Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il‑Profeta lil Sidney Rigdon, Parley P. Pratt, u Leman Copley, f’Kirtland, Ohio, nhar is‑7 ta’ Mejju, 1831. Leman Copley aċċetta bil‑qalb l‑evanġelju iżda baqa’ jħaddan ċertu tagħlim tax‑Shakers (Is‑Soċjetà Magħquda ta’ Dawk li Jemmnu fit‑Tieni Żjara ta’ Kristu), li kien jagħmel parti minnhom qabel. Parti mit‑twemmin tax‑Shakers kien jgħid li t‑Tieni Miġja ta’ Kristu diġà seħħet u li Huwa wera lilu nnifsu f’forma ta’ mara, Ann Lee. Huma ma kenux jikkunsidraw il‑magħmudija permezz tal‑ilma bħala xi ħaġa essenzjali. Huma ma kenux jaċċettaw iż‑żwieġ, u kienu jemmnu f’ħajja ta’ ċelibat totali. Ċerti Shakers kienu jipprojbixxu wkoll li wieħed jiekol il‑laħam. Bħala daħla għal din ir‑rivelazzjoni, l‑istorja ta’ Joseph Smith tiddikjara, “Sabiex ikolli għarfien aktar sħiħ dwar dan is‑suġġett, jiena tlabt lill‑Mulej, u ġie mogħti lili dan li ġej.” Ir‑rivelazzjoni xxejjen xi wħud mill‑kunċetti bażiċi tal‑għaqda tax‑Shakers. L‑aħwa li ssemmew qabel, ħadu magħhom kopja tar‑rivelazzjoni għand il‑komunità tax‑Shakers (qrib Cleveland, Ohio) u qrawha kollha kemm hi quddiemhom, iżda ma ġietx aċċettata.