Skrittura
Duttrina u Patti 15


Sezzjoni 15

Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il‑Profeta lil John Whitmer, ġewwa Fayette, New York, Ġunju 1829 (ara l‑intestatura għal sezzjoni 14). Impressjonanti kemm il‑messaġġ huwa wieħed daqstant intimu u personali fejn il‑Mulej jitkellem dwar xi ħaġa li kienu jafu biha biss John Whitmer u l‑Mulej innifsu. John Whitmer aktar tard sar wieħed mit‑Tmien Xhieda għall‑Ktieb ta’ Mormon.

1–2, Driegħ il‑Mulej jilħaq l‑art kollha; 3–6, Li wieħed ixandar l‑evanġelju u jsalva l‑erwieħ hija l‑aktar ħaġa ta’ siwi.

1 Agħti widen, o qaddej tiegħi John, u isma’ kliem Ġesù Kristu, il‑Mulej u l‑Feddej tiegħek.

2 Għax ara, jiena se nkellmek bl‑aktar mod ċar u b’qawwa, għax driegħi jilħaq l‑art kollha.

3 U jien se nkellmek dwar dak li jien u int biss nafu dwaru—

4 Għax kemm‑il darba inti xtaqt tkun taf mingħandi x’inhi l‑aktar ħaġa ta’ siwi għalik.

5 Ara, hieni int minħabba dan, u talli inti tennejt il‑kliem li jiena tajtek skont il‑kmandamenti tiegħi.

6 U issa, ara, jiena ngħidlek, li l‑aktar ħaġa ta’ siwi għalik se tkun li inti xxandar l‑indiema lil dan il‑poplu, biex inti tkun tista’ tressaq l‑erwieħ lejja, biex flimkien magħhom inti tkun tista’ tikseb il‑mistrieħ fis‑saltna ta’ Missieri. Ammen.