Skrittura
Duttrina u Patti 80


Sezzjoni 80

Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il‑Profeta lil Stephen Burnett, f’Ħiram, Ohio, nhar is‑7 ta’ Marzu, 1832.

1–5, Stephen Burnett u Eden Smith huma msejħa biex ixandru l‑kelma fejn jagħżlu huma.

Tassew, dan jgħid il‑Mulej lilek O qaddej tiegħi Stephen Burnett: Mur, mur fid‑dinja u xandar l‑evanġelju lil kull ħlejqa li jkollha l‑opportunità li tisma’ dak li għandek xi tgħid.

U għax tixtieq li jkollok xi ħadd jakkumpanjak, jiena se nagħtik lill‑qaddej tiegħi Eden Smith.

Għalhekk, morru u xandru l‑evanġelju tiegħi, u ma tagħmilx differenza jekk tmorrux lejn in‑naħa tat‑tramuntana jew lejn in‑nofsinhar, lejn il‑lvant jew lejn il‑punent, għax tmorru fejn tmorru m’għandkomx tfallu.

Għalhekk, xandru l‑ħwejjeġ li intom smajtu, u li temmnu tassew, u li tafu li huma vera.

Araw, din hija r‑rieda ta’ dak li lilkom sejjaħ, il‑Feddej tagħkom, l‑istess Ġesù Kristu. Ammen.