Sezzjoni 13
Silta mill‑istorja ta’ Joseph Smith li tiddeskrivi l‑ordinazzjoni tal‑Profeta u Oliver Cowdery għas‑Saċerdozju ta’ Aron qrib Harmony, Pennsylvania, nhar il‑15 ta’ Mejju, 1829. L‑ordinazzjoni saret minn idejn anġlu li qalilhom li kien jismu Ġwanni, l‑istess wieħed li jissejjaħ Ġwanni l‑Battista fit‑Testment il‑Ġdid. L‑anġlu spjega li hu kien qed jaġixxi taħt id‑direzzjoni ta’ Pietru, Ġakbu, u Ġwanni, l‑Appostli ta’ żmien il‑qedem, li kienu jħaddnu l‑imfietaħ tas‑saċerdozju ogħla, li kien jissejjaħ is‑Saċerdozju ta’ Melkisedek. Joseph u Oliver ġew mwiegħda li meta jkun il‑waqt huma jingħataw dan is‑saċerdozju ogħla. (Ara sezzjoni 27:7–8, 12.)
Elenkati l‑imfietaħ u l‑qawwiet tas‑Saċerdozju ta’ Aron.
1 F’isem il‑Messija, jiena nagħti lilkom, qaddejja sħabi, is‑Saċerdozju ta’ Aron, li jħaddan fih l‑imfietaħ tal‑qadi tal‑anġli, u tal‑evanġelju tal‑indiema, u tal‑magħmudija b’immersjoni għall‑maħfra tad‑dnubiet; u dan qatt mhu se jerġa’ jittieħed minn fuq l‑art, qabel ma’ wlied Levi jerġgħu joffru lill‑Mulej offerta bis‑sewwa.