Sezzjoni 47
Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il‑Profeta, f’Kirtland, Ohio, nhar it‑8 ta’ Marzu, 1831. John Whitmer, li diġà kien serva bħala skrivan għall‑Profeta, għall‑ewwel beda jaħsibha xi ftit meta ġie mistoqsi biex iservi bħala l‑istoriku u r‑reġistratur tal‑Knisja, biex jieħu post Oliver Cowdery. Huwa kiteb, “Nippreferi li ma nagħmilx dan, iżda nifhem li jeħtieġ li sseħħ ir‑rieda tal‑Mulej, u jekk huwa jixtieq dan, jien irrid li huwa juri dan permezz ta’ Joseph il‑Veġġent.” Wara li Joseph Smith irċieva din ir‑rivelazzjoni, John Whitmer aċċetta u serva fil‑kariga li ġie maħtur għaliha.
1–4, John Whitmer jinħatar biex jikteb l‑istorja tal‑Knisja u jikteb f’isem il‑Profeta.
1 Ara, jiena nħoss li hu xieraq li l‑qaddej tiegħi John jikteb l‑istorja u jagħmel dan b’mod regolari, u li huwa jassisti lilek, il‑qaddej tiegħi Joseph, billi jittraskrivi kull ħaġa li tingħata lilek, sakemm huwa jiġi msejjaħ biex iwettaq dmirijiet oħra.
2 Għal darb’oħra, tassew ngħidlek li huwa jista’ wkoll isemma’ leħnu fil‑laqgħat, kull meta jkun xieraq li jagħmel dan.
3 U jiena ngħidlek ukoll li huwa għandu jinħatar biex iżomm ir‑reġistru tal‑knisja u jikteb l‑istorja tal‑Knisja kontinwament; għax lil Oliver Cowdery jiena ħtartu għal kariga oħra.
4 Għalhekk, jingħata lilu permezz tal‑Farrâġ li diment li huwa jibqa’ fidil, huwa għandu jikteb dawn il‑ħwejjeġ. Hekk għandu jkun. Ammen.