Skrittura
Duttrina u Patti 73


Sezzjoni 73

Rivelazzjoni mogħtija lil Joseph Smith il‑Profeta u Sidney Rigdon, ġo Ħiram, Ohio, nhar l‑10 ta’ Jannar, 1832. Il‑Profeta u Sidney kienu ilhom għaddejjin ixandru l‑kelma sa mill‑bidu ta’ Diċembru li għadda, u minħabba f’hekk huma rnexxielhom itaffu ferm is‑sentimenti xejn sbieħ li kienu tqanqlu kontra l‑Knisja (ara l‑intestatura għal sezzjoni 71).

1–2, Il‑Presbiteri ordnati jkomplu jxandru l‑kelma; 3–6, Joseph Smith u Sidney Rigdon ordnati jkomplu jittraduċu l‑Bibbja sakemm ilestu.

1 Għax tassew dan jgħid il‑Mulej, jiena nħoss li jkun jaqbel li sal‑konferenza huma jkomplu jxandru l‑evanġelju, u jfissruh lill‑knejjes fl‑inħawi tal‑madwar;

2 U mbagħad, araw, se jiġu żvelati lilhom waqt il‑konferenza, permezz ta’ leħen in‑nies, il‑bosta missjonijiet tagħhom.

3 Issa, tassew ngħidilkom, O qaddejja tiegħi, Joseph Smith, Jun., u Sidney Rigdon, dan jgħid il‑Mulej, jeħtieġ li intom tkomplu tittraduċu;

4 U sakemm ikun possibbli, għandkom tmorru xxandru l‑kelma fl‑inħawi tal‑madwar sa jum il‑konferenza; u wara jeħtieġ li intom tkomplu bil‑ħidma tat‑traduzzjoni sakemm tlestu.

5 U jeħtieġ li l‑presbiteri jimxu wara dan l‑eżempju sakemm jingħataw aktar għarfien, sewwasew kif hemm miktub.

6 Għal issa mhu se nħabbrilkom xejn aktar. Ħażżmu ġenbejkom u kunu meqjusa. Hekk għandu jkun. Ammen.