Skrittura
Duttrina u Patti 26


Sezzjoni 26

Rivelazzjoni mogħtija lil Joseph Smith il‑Profeta, ’l Oliver Cowdery, u ’l John Whitmer, ġewwa Harmony, Pennsylvania, Lulju 1830 (ara l‑intestatura għal sezzjoni 24).

1, Huma mitlubin biex jistudjaw l‑iskrittura u jxandru l‑kelma; 2, Affermata l‑liġi tal‑kunsens komuni.

1 Araw, jien ngħidilkom li intom għandkom tgħaddu ħinkom tistudjaw l‑iskrittura, ixxandru l‑kelma, tikkonfermaw lill‑membri tal‑knisja ġewwa Colesville, u taħdmu fir‑raba’, skont dak li jkun meħtieġ minnkom, sakemm jasal iż‑żmien li titilqu lejn il‑punent biex ittellgħu l‑konferenza li jmiss; u mbagħad jiġi żvelat lilkom x’għandkom tagħmlu.

2 U kollox jeħtieġ li jseħħ b’kunsens komuni fil‑knisja, permezz tat‑talb u l‑fidi, għax permezz tal‑fidi kollox jingħatalkom. Ammen.