Skrittura
Duttrina u Patti 22


Sezzjoni 22

Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il‑Profeta, ġewwa Manchester, New York, nhar is‑6 ta’ April, 1830. Din ir‑rivelazzjoni ġiet mogħtija lill‑Knisja minħabba li kien hemm xi wħud li ġew mgħammdin qabel, li xtaqu jingħaqdu mal‑Knisja mingħajr ma jerġgħu jitgħammdu.

1, Il‑magħmudija hija l‑patt ġdid u għal dejjem; 2–4, Hemm bżonn ta’ magħmudija awtorevoli.

1 Araw, jiena ngħidilkom li permezz ta’ dan jiena rajt li l‑patti kollha ta’ qabel ma jibqgħux jgħoddu aktar; u dan huwa patt ġdid u għal dejjem, li ilu sewwasew sa mill‑bidu.

2 Għalhekk, minkejja li bniedem seta’ ġie mgħammed mitt darba, dan ma jiswieh għal xejn, għax intom ma tistgħux tidħlu mill‑bieb id‑dejjaq permezz tal‑liġi ta’ Mosè, lanqas permezz tal‑għemejjel mejta tagħkom.

3 Għax huwa minħabba l‑għemejjel mejta tagħkom li jiena rajt li jitwaqqaf dan l‑aħħar patt u li titwaqqaf din il‑knisja għalija, kif ġara fis‑snin l‑imgħoddija.

4 Għalhekk, għaddu mill‑bieb, kif ordnajtilkom jien, u tippruvawx tagħtu parir lil Alla tagħkom. Ammen.