Skrittura
Duttrina u Patti 2


Sezzjoni 2

Silta mill‑istorja ta’ Joseph Smith li tirrapporta l‑kliem li l‑anġlu Moroni qal lil Joseph Smith il‑Profeta, meta kien fid‑dar mibnija biz‑zkuk tal‑familja Smith ġewwa Palmyra, New York, fil‑lejla tal‑21 ta’ Settembru, 1823. Moroni kien l‑aħħar wieħed minn linja twila ta’ storiċi li kitbu l‑istorja li issa tinsab quddiem id‑dinja bħala l‑Ktieb ta’ Mormon. (Qabbel Malakija 4:5–6; kif ukoll sezzjonijiet 27:9; 110:13–16; u 128:18.)

1, Elija sejjer jiżvela s‑saċerdozju; 2–3, Il‑wegħdiet tal‑missirijiet huma mħawla fi qlub l‑ulied.

1 Araw, jiena se jiżvela magħkom is‑saċerdozju, permezz ta’ Elija l‑profeta, qabel ma jasal jum il‑Mulej u jum il‑biża’.

2 U hu se jħawwel f’qalb l‑ulied il‑wegħdiet li saru lill‑missirijiet, u se jraġġa’ qalb l‑ulied lejn missirijiethom.

3 Li ma kienx hekk, id‑dinja tispiċċa tinqered għal kollox f’jum il‑miġja tiegħu.