Sezzjoni 16
Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il‑Profeta lil Peter Whitmer Jr., ġewwa Fayette, New York, Ġunju 1829 (ara l‑intestatura għal sezzjoni 14). Peter Whitmer Jr. aktar tard sar wieħed mit‑Tmien Xhieda għall‑Ktieb ta’ Mormon.
1–2, Driegħ il‑Mulej jilħaq l‑art kollha; 3–6, Li wieħed ixandar l‑evanġelju u jsalva l‑erwieħ hija l‑aktar ħaġa ta’ siwi.
1 Agħti widen, O qaddej tiegħi Peter, u isma’ kliem Ġesù Kristu, il‑Mulej u l‑Feddej tiegħek.
2 Għax ara, jiena se nkellmek bl‑aktar mod ċar u b’qawwa, għax driegħi jilħaq l‑art kollha.
3 U jien se nkellmek dwar dak li jien u int biss nafu dwaru—
4 Għax kemm‑il darba inti xtaqt tkun taf mingħandi x’inhi l‑aktar ħaġa ta’ siwi għalik.
5 Ara, hieni int minħabba dan, u talli inti tennejt il‑kliem li jiena tajtek skont il‑kmandamenti tiegħi.
6 U issa, ara, jiena ngħidlek, li l‑aktar ħaġa ta’ siwi għalik se tkun li inti xxandar l‑indiema lil dan il‑poplu, biex inti tkun tista’ tressaq l‑erwieħ lejja, biex flimkien magħhom inti tkun tista’ tikseb il‑mistrieħ fis‑saltna ta’ Missieri. Ammen.