Skrittura
Duttrina u Patti 32


Sezzjoni 32

Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il‑Profeta lil Parley P. Pratt u lil Ziba Peterson, f’Manchester, New York, fil‑bidu ta’ Ottubru 1830. Il‑presbiteri ħassew fihom interess qawwi u xewqa kbira fejn jidħlu l‑Lamaniti, u l‑Knisja saret taf bil‑barkiet imbassra tagħhom mill‑Ktieb ta’ Mormon. B’konsegwenza ta’ dan, huma talbu lill‑Mulej biex huwa jurihom x’kienet ir‑rieda tiegħu, jekk il‑presbiteri kellhomx jintbagħtu f’dak il‑waqt fost it‑tribujiet Indjani fil‑Punent. Din hi r‑rivelazzjoni li ngħatat wara.

1–3, Parley P. Pratt u Ziba Peterson jiġu msejħa biex ixandru l‑kelma fost il‑Lamaniti u biex imorru jakkumpanjaw lil Oliver Cowdery u Peter Whitmer Jr.; 4–5, Huma għandhom jitolbu biex ikollhom għarfien tal‑iskrittura.

1 U issa fejn jidħol il‑qaddej tiegħi Parley P. Pratt, ara, jien ngħidlu li daqs kemm jiena ħaj, jiena rrid li huwa jmur ixandar l‑evanġelju tiegħi u jitgħallem minni, u rridu jkun ta’ qalb ħelwa u umli.

2 U lilu jiena ħtart sabiex imur ġewwa x‑xagħri fost il‑Lamaniti flimkien mal‑qaddejja tiegħi, Oliver Cowdery u Peter Whitmer, Jun.

3 U Ziba Peterson għandu jmur magħhom ukoll; u jiena stess se mmur magħhom u nkun f’nofshom; u jiena l‑avukat tagħhom mal‑Missier, u xejn ma jegħlibhom.

4 U huma għandhom jagħtu widen għal dak li hemm miktub, u ma jistqarrux li rċevew xi rivelazzjoni oħra; u huma għandhom jitolbu dejjem biex ikunu jistgħu jifhmu dak li hemm miktub.

5 U huma għandhom jagħtu widen għal dan il‑kliem u ma jiddisprezzawhx, u lilhom jiena nbierek. Ammen.