Skrittura
Duttrina u Patti 79


Sezzjoni 79

Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il‑Profeta, f’Ħiram, Ohio, nhar it‑12 ta’ Marzu, 1832.

1–4, Jared Carter msejjaħ biex ixandar l‑evanġelju permezz tal‑Farrâġ.

Tassew ngħidilkom, li hija r‑rieda tiegħi li l‑qaddej tiegħi Jared Carter imur għal darb’oħra fl‑inħawi tal‑lvant, u jmur minn post għall‑ieħor, u minn belt għall‑oħra, bis‑setgħa tal‑ordinazzjoni li biha ġie ordnat, ixandar il‑bxara ta’ hena mill‑akbar, sewwasew l‑evanġelju ta’ dejjem.

U jiena nibgħat fuqu l‑Farrâġ, li jgħallmu l‑verità u jurih x’rotta għandu jaqbad.

U jekk huwa jibqa’ fidil, bil‑qatet jiena nżejnu.

Għalhekk, ħa tifraħ qalbek, O qaddej tiegħi Jared Carter, u la tibżax, jgħid Sidek il‑Mulej, l‑istess Ġesù Kristu. Ammen.