Skrittura
Duttrina u Patti 52


Sezzjoni 52

Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il-Profeta lill-presbiteri tal-Knisja, f’Kirtland, Ohio, nhar is-6 ta’ Ġunju, 1831. Ittellgħet konferenza ġewwa Kirtland, li bdiet fit-3 ta’ Ġunju u ntemmet fis-6 ta’ Ġunju. Waqt din il-konferenza saru l-ewwel ordinazzjonijiet speċifiċi għall-uffiċċju ta’ qassis il-kbir, u sar dixxerniment ta’ ċerti manifestazzjonijiet ta’ spirti foloz u qarrieqa li ġew mrażżna.

1–2, Ġie deċiż li l-konferenza ta’ wara kellha ssir ġewwa Missouri; 3–8, Ċerti presbiteri ntalbu sabiex jivvjaġġaw flimkien; 9–11, Il-presbiteri għandhom jgħallmu dak li kitbu l-appostli u l-profeti; 12–21, Dawk li huma mnebbħa mill-Ispirtu jagħmlu l-frott tat-tifħir u l-għerf; 22–44, Bosta presbiteri jintalbu sabiex imorru jxandru l-evanġelju waqt li jkunu fi triqthom lejn Missouri għall-konferenza.

1 Araw, dan jgħid il-Mulej lill-presbiteri li huwa sejjaħ u għażel f’dawn l-aħħar żminijiet, permezz ta’ leħen l-Ispirtu tiegħu—

2 Fejn huwa jgħid: Jiena, il-Mulej, se niżvelalkom x’irridkom tagħmlu minn issa sal-konferenza li jmiss, li għandha ssir ġewwa Missouri, fuq l-art li jiena se nikkonsagra għall-poplu tiegħi, li huwa fdal ta’ Ġakobb, u għal dawk li huma werrieta skont il-patt.

3 Għalhekk, tassew ngħidilkom, hemm bżonn li l-qaddejja tiegħi Joseph Smith, Jun., u Sidney Rigdon jitilqu minn hawn hekk kif isiru t-tħejjijiet biex huma jħallu djarhom, u jerħulha lejn l-art ta’ Missouri.

4 U jekk huma jibqgħu fidili lejja, jiġi żvelat lilhom x’għandhom jagħmlu;

5 U jekk huma jibqgħu fidili tiġi żvelata lilhom ukoll l-art ta’ wirtkom.

6 U jekk huma ma jibqgħux fidili, huma jispiċċaw jitwarrbu, skont ir-rieda tiegħi, kif jidhirli jien.

7 U għal darb’oħra, tassew ngħidilkom, hemm bżonn li l-qaddej tiegħi Lyman Wight u l-qaddej tiegħi John Corrill jitilqu minn hawn minnufih;

8 U l-istess il-qaddej tiegħi John Murdock, u l-qaddej tiegħi Hyrum Smith, hemm bżonn li huma jerħulha lejn l-istess post u jgħaddu minn Detroit.

9 U hemm bżonn li huma jgħaddu minn hemm u fi triqthom ixandru l-kelma, u huma m’għandhom jgħidu xejn għajr dak li kitbu l-profeti u l-appostli, u dak li jiġi mgħallem lilhom mill-Farrâġ permezz tat-talb tal-fidi.

10 Hemm bżonn li huma jmorru tnejn tnejn, u hemm bżonn li meta jkunu fi triqthom huma jieqfu jxandru f’kull kongregazzjoni, u jgħammdu permezz tal-ilma, u jqiegħdu jdejhom fuq in-nies ħdejn il-post bl-ilma.

11 Għax dan jgħid il-Mulej, fi żmien qasir jien se nara li l-ħidma tiegħi tintemm fis-sewwa, għax jasal iż-żmien meta jiena se nwassal il-ġustizzja għar-rebħa.

12 U hemm bżonn li l-qaddej tiegħi Lyman Wight joqgħod attent, għax Satana jixtieq li jgħarblu bħal karfa.

13 U araw, min hu fidil jiena se nafdah fuq ħafna.

14 U għal darb’oħra, jien se nagħtikom eżempju fuq xiex timxu, f’kull ħaġa, sabiex intom ma tiġux imqarrqin, għax Satana jinsab jiġġerra mad-dinja, iqarraq bil-ġnus—

15 Għalhekk min jitlob, bi spirtu niedem, lilu jiena nilqa’ għandi, jekk huwa jobdi l-ordinanzi tiegħi.

16 Min hu niedem fl-ispirtu, u jitkellem diskors ħelu u edifikanti, huwa tabilħaqq ġej minn Alla, jekk huwa jobdi l-ordinanzi tiegħi.

17 U għal darb’oħra, min jitriegħed minħabba setgħeti sejjer jikseb il-qawwa, u sejjer jagħmel il-frott tat-tifħir u l-għerf, skont ir-rivelazzjonijiet u l-veritajiet li jiena tajtkom.

18 U għal darb’oħra, min jispiċċa maħkum u ma jagħmilx frott, skont l-eżempju li tajtkom, mhuwiex ġej minni.

19 Għalhekk, permezz ta’ dan l-eżempju intom għandkom tagħrfu l-ispirti f’kwalunkwe sitwazzjoni mis-sema ’l isfel.

20 U ż-żmien wasal; il-bnedmin se jsir minnhom skont il-fidi tagħhom.

21 Araw, dan il-kmandament huwa mogħti lill-presbiteri kollha li jien għażilt.

22 U għal darb’oħra, tassew ngħidilkom, hemm bżonn li l-qaddej tiegħi Thomas B. Marsh u l-qaddej tiegħi Ezra Thayre imorru jxandru wkoll il-kelma waqt li huma jkunu fi triqthom, u għandhom jgħaddu minn din l-istess art.

23 U għal darb’oħra, hemm bżonn li l-qaddej tiegħi Isaac Morley u l-qaddej tiegħi Ezra Booth imorru jxandru wkoll il-kelma waqt li huma jkunu fi triqthom, u għandhom jgħaddu minn din l-istess art.

24 U għal darb’oħra, hemm bżonn li l-qaddejja tiegħi Edward Partridge u Martin Harris jitilqu minn hawn flimkien mal-qaddejja tiegħi Sidney Rigdon u Joseph Smith, Jun.

25 Hemm bżonn li l-qaddejja tiegħi David Whitmer u Harvey Whitlock imorru jxandru wkoll il-kelma waqt li huma jkunu fi triqthom, u għandhom jgħaddu minn din l-istess art.

26 U hemm bżonn li l-qaddejja tiegħi Parley P. Pratt u Orson Pratt imorru jxandru l-kelma waqt li huma jkunu fi triqthom, u għandhom jgħaddu minn din l-istess art.

27 U hemm bżonn li l-qaddejja tiegħi Solomon Hancock u Simeon Carter jitilqu wkoll minn hawn u jmorru jxandru l-kelma waqt li huma jkunu fi triqthom, u għandhom jgħaddu minn din l-istess art.

28 Hemm bżonn li l-qaddejja tiegħi Edson Fuller u Jacob Scott jitilqu wkoll minn hawn.

29 Hemm bżonn li l-qaddejja tiegħi Levi W. Hancock and Zebedee Coltrin jitilqu wkoll minn hawn.

30 Hemm bżonn li l-qaddejja tiegħi Reynolds Cahoon u Samuel H. Smith jitilqu wkoll minn hawn.

31 Hemm bżonn li l-qaddejja tiegħi Wheeler Baldwin u William Carter jitilqu wkoll minn hawn.

32 U hemm bżonn li l-qaddejja tiegħi Newel Knight u Selah J. Griffin jiġu ordnati t-tnejn li huma, u jitilqu wkoll minn hawn.

33 Iva, tassew jiena ngħid li hemm bżonn li dawn kollha jitilqu lejn post wieħed, u jgħaddu minn rotti differenti, u l-ebda wieħed minnhom m’għandu jibni fuq il-pedament tal-ieħor, u lanqas m’għandu jgħaddi mir-rotta tal-ieħor.

34 Min hu fidil, huwa se jkun imħares u mbierek biex jipproduċi ħafna frott.

35 U għal darb’oħra, jien ngħidilkom, hemm bżonn li l-qaddejja tiegħi Joseph Wakefield and Solomon Humphrey jerħulha lejn l-artijiet tal-lvant;

36 Hemm bżonn li huma jaħdmu mal-familji tagħhom, u huma m’għandhom ixandrulhom xejn għajr kliem il-profeti u l-appostli, il-ħwejjeġ li huma raw u semgħu u li seħħew fosthom, sabiex jiġu fis-seħħ il-profeziji.

37 Minħabba t-trasgressjoni tiegħu, jeħtieġ li Heman Basset jitteħidlu dak li ġie mogħti lilu u jingħata lil Simonds Ryder.

38 U għal darb’oħra, tassew ngħidilkom, hemm bżonn li Jared Carter jiġi ordnat qassis, u George James jiġi ordnat qassis ukoll.

39 Hemm bżonn li l-kumplament tal-presbiteri jieħdu ħsieb il-knejjes, u jxandru l-kelma fl-inħawi ta’ madwarhom; u jeħtieġ li huma jaħdmu b’idejhom stess ħalli ħadd ma jaqa’ fl-idolatrija jew fil-ħażen.

40 U araw li f’kull ħaġa tiftakru fil-foqra u f’dawk li huma fil-bżonn, u fil-morda u l-imsejknin, għax min ma jagħmilx dan, huwa mhuwiex dixxiplu tiegħi.

41 U għal darb’oħra, jeħtieġ li l-qaddejja tiegħi Joseph Smith, Jun., u Sidney Rigdon u Edward Partridge jieħdu magħhom rakkomandazzjoni mill-knisja. U jeħtieġ li l-qaddej tiegħi Oliver Cowdery jingħata waħda wkoll.

42 U b’hekk, kif jiena għidt, jekk intom tibqgħu fidili, intom għandkom tinġabru flimkien u tgawdu l-hena fl-art ta’ Missouri, li hija l-art ta’ wirtkom, li bħalissa hija l-art tal-għedewwa tagħkom.

43 Iżda araw, jien, il-Mulej, se nħabrek biex tinbena l-belt fil-ħin opportun, u lill-fidili ninkurunahom bil-ferħ u l-hena.

44 Araw, jiena Ġesù Kristu, Bin Alla, u lilhom jiena sejjer ngħolli ’l fuq fl-aħħar jum. Hekk għandu jkun. Ammen.