Skrittura
Duttrina u Patti 40


Sezzjoni 40

Rivelazzjoni mogħtija lil Joseph Smith il‑Profeta u Sidney Rigdon, ġo Fayette, New York, nhar is‑6 ta’ Jannar, 1831. Immedjatament qabel ma nkitbet din ir‑rivelazzjoni, l‑istorja tal‑Profeta tiddikjara, “Peress li James [Covel] ma laqgħax il‑kelma tal‑Mulej, u reġa’ lura għall‑prinċipji li kien iħaddan qabel u għan‑nies li kien jagħmilha magħhom qabel, il‑Mulej ta lili u lil Sidney Rigdon ir‑rivelazzjoni li ġejja” (ara sezzjoni 39).

1–3, Il‑biża’ mill‑persekuzzjoni u l‑inkwiet żejjed għall‑ħwejjeġ tad‑dinja jwasslu lill‑bniedem biex ma jaċċettax l‑evanġelju.

Araw, tassew, ngħidilkom, li qalb James Covel tinsab fil‑post it‑tajjeb f’għajnejja, għax huwa għamel patt miegħi li huwa lest li jobdi kelmti.

U huwa laqa’ b’ferħ il‑kelma, iżda Satana beda jġarrbu minnufih; u l‑biża’ mill‑persekuzzjoni u l‑inkwiet żejjed għall‑ħwejjeġ tad‑dinja wassluh biex ma jaċċettax il‑kelma.

Għalhekk huwa kiser il‑patt tiegħi, u issa f’idejja biex jien nagħmel minnu kif jidhirli jien. Ammen.