Skrittura
Duttrina u Patti 37


Sezzjoni 37

Rivelazzjoni mogħtija lil Joseph Smith il‑Profeta u Sidney Rigdon, qrib Fayette, New York, Diċembru 1830. Fiha qed jingħata l‑ewwel kmandament li jikkonċerna l‑ġabra f’din id‑dispensazzjoni.

1–4, Il‑Qaddisin huma msejħa biex jinġabru fl‑Ohio.

Araw, jien ngħidilkom li għalissa qed nara li ma jaqbilx li intom tkomplu tittraduċu qabel ma intom tmorru fl‑Ohio, u dan minħabba l‑għadu u għall‑ġid tagħkom.

U ngħidilkom ukoll li intom m’għandkomx tmorru qabel ma l‑ewwel ixxandru l‑evanġelju tiegħi f’dawk l‑inħawi, u qabel ma intom issaħħu l‑knisja kull fejn tinsab, speċjalment ġewwa Colesville; għax, araw, huma nies li lili jitolbuni b’fidi kbira.

U għal darb’oħra, jiena se nagħti kmandament lill‑knisja, li jien qed nara li jkun jaqbel li huma jinġabru flimkien fl‑Ohio, bi tħejjija għal meta l‑qaddej tiegħi Oliver Cowdery jerġa’ lura fosthom.

Araw, ikun għaqli li jsir dan, u araw li kull bniedem jagħmel din l‑għażla għalih innifsu sakemm jiena niġi. Hekk għandu jkun. Ammen.