1–10, Il‑presbiteri huma msejħa sabiex ixandru l‑evanġelju, jgħammdu lill‑ikkonvertiti, u jibnu l‑Knisja; 11–12, Jeħtieġ li huma jiġu msejħa u ordnati u huma għandhom jgħallmu l‑prinċipji tal‑evanġelju kif jinsabu fl‑iskrittura; 13–17, Huma għandhom jgħallmu u jħabbru bil‑qawwa tal‑Ispirtu; 18–29, Il‑Qaddisin huma ordnati biex ma joqtlux, ma jisirqux, ma jgħidux kelma b’oħra, ma jagħtuhiex għall‑ġibdiet ħżiena, ma jagħmlux adulterju, u ma jgħidu xejn ħażin fuq ħaddieħor; 30–39, Elenkati l‑liġijiet li jirregolaw il‑konsagrazzjoni tal‑proprjetà; 40–42, Il‑Mulej jikkundanna l‑kburija u l‑għażż; 43–52, Il‑morda għandhom jitfejqu permezz tal‑amministrazzjoni u permezz tal‑fidi; 53–60, Fl‑iskrittura nsibu l‑liġijiet li fuqhom għandha timxi l‑Knisja u hija għandha tiġi mxandar mad‑dinja; 61–69, Se jiġi żvelat il‑post fejn sejra tinbena Ġerusalemm il‑Ġdida u se jiġu żvelati wkoll il‑misteri tas‑saltna; 70–73, Il‑propjetà kkonsagrata għandha tintuża biex tissapportja l‑uffiċjali tal‑Knisja; 74–93, Elenkati liġijiet relatati maż‑żina, mal‑adulterju, mal‑qtil, mas‑serq, u mal‑qrar tad‑dnub.