Ordinanzi u Proklamazzjonijiet
Kapitlu 9: Profeti


Kapitlu 9

Profeti

Illum min jista’ jitkellem f’isem Missierna fis-Smewwiet u jgħidilna xi jridna nkunu nafu u nagħmlu Missierna fis-Smewwiet?

Profeta Hu Raġel li Jitkellem f’Isem Missierna fis-Smewwiet

Missierna fis-Smewwiet jagħżel raġel biex jitkellem f’ismu fid-dinja. Dan ir-raġel jissejjaħ profeta. Il-profeta jħobb lil Missierna fis-Smewwiet u jagħmel l-affarijiet li jridu jagħmel Missierna fis-Smewwiet. Missierna fis-Smewwiet jgħallem lill-profeta dawk l-affarijiet li jeħtieġ inkunu nafu u nagħmlu. Imbagħad il-profeta jgħidilna dawk l-affarijiet. Meta l-profeta jitkellem f’isem Missierna fis-Smewwiet, hu jgħidilna l-affarijiet li jgħidilna Missierna fis-Smewwiet li kieku kien qed ikellimna Hu.

Dawn huma wħud mill-affarijiet li jgħidilna l-profeta:

  • Hu jgħidilna li Ġesù hu Iben Missierna fis-Smewwiet, li Ġesù hu s-Salvatur tagħna, u li t-tagħlim ta’ Ġesù huwa veru.

  • Hu jgħallimna affarijiet li Missierna fis-Smewwiet qalilna li għandna nagħmlu.

  • Hu jgħidilna biex nieqfu nagħmlu affarijiet ħżiena.

  • Hu jgħidilna dwar affarijiet li se jseħħu fil-futur.

Hu biss Missierna fis-Smewwiet li jista’ jagħżel profeta. In-nies ma jistgħux jagħżlu profeta. Raġel ma jistax jagħżel lilu nnifsu biex ikun profeta. Missierna fis-Smewwiet jagħti lill-profeta l-awtorità li jwettaq il-ħidma tiegħu u li jitkellem f’ismu. L-ebda bniedem ma jista’ jirrappreżenta lil Missierna fis-Smewwiet jekk ma jkollux din l-awtorità.

Diskussjoni

  • Profeta f’isem min jitkellem?

  • X’inhuma wħud mill-affarijiet li jgħidilna profeta?

Missierna fis-Smewwiet Dejjem Bagħat Profeti biex Jgħinuna

Missierna fis-Smewwiet dejjem kien jimpurtah minn uliedu fid-dinja. Sa minn żmien Adam, Huwa bagħat profeti biex jgħinu lil uliedu. Hu jibgħat profeti biex iwissu lin-nies kontra l-periklu. Hu jibgħathom biex imexxu lin-nies ’il bogħod minn kull inkwiet. Hu jibgħathom biex jgħinu lin-nies jitħejjew għal avvenimenti kbar. Dawn huma wħud mill-profeti li bagħat Missierna fis-Smewwiet:

  1. Noè: Hu wissa lin-nies li Missierna fis-Smewwiet kien se jibgħat dilluvju biex jeqridhom jekk ma kinux se jieqfu jagħmlu affarijiet ħżiena.

  2. Abraham: Hu obda lil Missierna fis-Smewwiet u għallem lil uliedu biex jobdu lil Missierna fis-Smewwiet. Missierna fis-Smewwiet wiegħed li jagħti ħafna affarijiet lil Abraham u lid-dixxendenti tiegħu.

  3. Mosè: Hu ħareġ lill-poplu ta’ Iżrael mill-Eġittu u mexxih lejn art li Missierna fis-Smewwiet ħejja għalih.

Missierna fis-Smewwiet bagħat profeti wkoll fi żmienna. Wieħed mill-profeti li kien jgħix fi żmien mhux daqstant ’il bogħod kien raġel jismu Joseph Smith. Hu kien jgħix fl-Istati Uniti tal-Amerka. Fl-1820 Joseph Smith kellu 14-il sena. F’dawk iż-żminijiet, bosta nies ingħaqdu ma’ knejjes differenti, fit-tfittxija tagħhom għall-vera Knisja. Joseph ried ikun bniedem tajjeb u ried isib il-vera Knisja ta’ Missierna fis-Smewwiet.

Darba Joseph kien qed jaqra ktieb qaddis jissejjaħ il-Bibbja. Hu qara li jekk int trid tkun taf xi ħaġa, għandek tistaqsi lil Missierna fis-Smewwiet, u Missierna fis-Smewwiet iwieġbek. Hu emmen li Missierna fis-Smewwiet verament kien se jgħidlu x’kellu jagħmel. Hu ddeċieda li jgħid talba speċjali lil Missierna fis-Smewwiet.

Għodwa waħda, Joseph mar ġo foresta żgħira biex jitlob. Waqt li kien qed jitlob, niżel mis-sema dawl jiddi aktar mix-xemx. F’dan id-dawl hu ra lil Missierna fis-Smewwiet u lil Ġesù Kristu. Missierna fis-Smewwiet ipponta lejn Ġesù u qal, “Dan hu Ibni l-Għażiż. Isimgħu!”

Joseph sema’ dak kollu li qallu Ġesù, u hu obda l-istruzzjonijiet li tah Ġesù.

Hekk kif Joseph beda jikber, Missierna fis-Smewwiet għażlu biex ikun il-profeti tiegħu. Hu kien profeta kbir. Hu għallem lin-nies l-affarijiet li riedhom jagħmlu Missierna fis-Smewwiet.

Joseph Smith miet fl-1844. Wara li miet, Missierna fis-Smewwiet għażel bniedem ieħor biex ikun il-profeta. Illum, kull meta jmut il-profeta, Missierna fis-Smewwiet jagħżel bniedem ieħor biex jitkellem għalih fid-dinja.

Missierna fis-Smewwiet bagħat profeti fi żmienna.

Immaġni
il-profeta Joseph Smith

Joseph Smith

Immaġni
Brigham Young

Brigham Young

Immaġni
John Taylor

John Taylor

Immaġni
Wilford Woodruff

Wilford Woodruff

Immaġni
Lorenzo Snow

Lorenzo Snow

Immaġni
Joseph F. Smith

Joseph F. Smith

Immaġni
Heber J. Grant

Heber J. Grant

Immaġni
George Albert Smith

George Albert Smith

Immaġni
David O. McKay

David O. McKay

Immaġni
Joseph Fielding Smith

Joseph Fielding Smith

Immaġni
Harold B. Lee

Harold B. Lee

Immaġni
Spencer W. Kimball

Spencer W. Kimball

Immaġni
Ezra Taft Benson

Ezra Taft Benson

Immaġni
Howard W. Hunter

Howard W. Hunter

Immaġni
Gordon B. Hinckley

Gordon B. Hinckley

Immaġni
Thomas S. Monson

Thomas S. Monson

Immaġni
Russell M. Nelson

Russell M. Nelson

Diskussjoni

  • Min huma wħud mill-profeti li għażel Missierna fis-Smewwiet?

  • X’għamel Joseph Smith?

Illum Hawn Profeta fid-Dinja

Missierna fis-Smewwiet iħobb lil uliedu li jinsabu fid-dinja llum. Huwa jaf li aħna għandna ħafna problemi. Huwa bagħat profeta biex jgħinna. Illum Hu jkellem lill-profeta l-istess kif kellem lill-profeti fil-passat. Lil dan il-profeta Missierna fis-Smewwiet jagħtih struzzjonijiet għan-nies tad-dinja kollha. Il-profeta hu l-uniku bniedem li jista’ jirċievi struzzjonijiet minn Missierna fis-Smewwiet għad-dinja kollha.

Il-profeta li jgħix illum huwa raġel meraviljuż. Huwa jħobb lil Missierna fis-Smewwiet u jrid jobdih. Missierna fis-Smewwiet jgħid lill-profeta affarijiet li jridna nkunu nafu u nagħmlu.

Diskussjoni

  • Għalfejn illum Missierna fis-Smewwiet bagħat profeta?

  • F’isem min jirċievi struzzjonijiet il-profeta?

  • Għalfejn għandna nemmnu dak kollu li jgħidilna l-profeta?

Missierna fis-Smewwiet Jgħinna Meta Aħna Nobdu l-Istruzzjonijiet li Hu Jagħti lill-Profeta

Missierna fis-Smewwiet talabna biex nobdu lill-profeta tiegħu meta l-profeta jitkellem f’ismu. Meta nobdu l-istruzzjonijiet li Missierna fis-Smewwiet jagħti lill-profeta, aħna nitgħallmu kif nistgħu nsiru aktar bħal Missierna fis-Smewwiet. Aħna nitgħallmu x’għandna nagħmlu. Nistgħu nitgħallmu kif insolvu l-problemi li jkollna. Missierna fis-Smewwiet jgħinna, u aħna jkollna l-paċi f’qalbna.

Diskussjoni

  • Għalfejn għandna nisimgħu mill-affarijiet li jgħidilna nagħmlu l-profeta?

  • Kif jgħinna Missierna fis-Smewwiet meta nagħmlu l-affarijiet li jitlob lill-profeta biex jgħidilna?