Skrittura
Duttrina u Patti 99


Sezzjoni 99

Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il‑Profeta lil John Murdock, nhar id‑29 ta’ Awwissu, 1832, f’Hiram, Ohio. John Murdock kien ilu ’l fuq minn sena jxandar l‑evanġelju, waqt li wliedu—li kienu spiċċaw bla omm wara l‑mewt ta’ martu, Julia Clapp, f’April 1831—kienu qed joqogħdu ma’ familji oħra ġewwa Ohio.

1–8, John Murdock msejjaħ biex ixandar l‑evanġelju, u dawk li jilqgħu lilu jkunu qed jilqgħu lill‑Mulej u huma jsibu l‑ħniena.

Ara, dan jgħid il‑Mulej lill‑qaddej tiegħi John Murdock—inti ġejt imsejjaħ biex terħilha lejn l‑inħawi tal‑lvant u tmur iddur minn dar għall‑oħra, minn raħal għall‑ieħor, u minn belt għall‑oħra, ixxandar l‑evanġelju ta’ dejjem tiegħi lil min jgħammar fihom, f’dan iż‑żmien ta’ persekuzzjoni u ħażen.

U min jilqa’ lilek ikun qed jilqa’ lili; u inti tiġi mgħoni bil‑qawwa li xxandar il‑kelma tiegħi fil‑preżenza tal‑Ispirtu s‑Santu tiegħi.

U min jilqa’ lilek bħal tifel ċkejken, ikun qed jilqa’ s‑saltna tiegħi; u henjin huma, għax huma jsibu l‑ħniena.

U min ma jilqax lilek ma jiġix milqugħ minn Missieri u min‑nies ta’ daru; u matul it‑triq ara li tnaddaf riġlejk fil‑moħbi bħala xhieda kontrihom.

U ara, jien dalwaqt se niġi biex nagħmel ħaqq minnhom, u lilhom ilkoll nikkundanna għal kull xorta ta’ ħażen li wettqu kontrija, kif hemm miktub fil‑ktieb tal‑istruttura.

U issa, tassew ngħidlek, li ma jaqbilx li inti tmur qabel ma wliedek jingħataw is‑sapport li jeħtieġu u jintbagħtu bil‑ħlewwa għand l‑isqof ta’ Sijon.

U wara ftit tas‑snin, jekk tkun tixtieq minni dan, inti tkun tista’ titla’ wkoll fl‑art it‑tajba, biex tikseb sehemek;

Altrimenti inti tista’ tkompli xxandar l‑evanġelju tiegħi sakemm tittieħed. Ammen.