Sezzjoni 116
Silta mill-istorja ta’ Joseph Smith, li titkellem dwar rivelazzjoni mogħtija lil Joseph Smith il-Profeta, qrib il-Lanċa ta’ Wight, f’post li jismu Spring Hill, fil-Kontea ta’ Daviess, ġewwa Missouri, f’Mejju jew Ġunju 1838.
1 Spring Hill jingħata l-isem ta’ Adam-ondi-Ahman mill-Mulej, għax huwa qal li dan hu l-post fejn Adam se jiġi jżur lill-poplu tiegħu, jew fejn ix-Xiħ fl-Għomor sejjer joqgħod bilqiegħda, kif intqal minn Danjel il-profeta.