Sezzjoni 120
Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il-Profeta, ġewwa Far West, f’Missouri, nhar it-8 ta’ Lulju, 1838, li fiha ġiet żvelata d-dispożizzjoni tal-ġid kollu li ngħata bħala dieċmi li jissemma fir-rivelazzjoni preċedenti, sezzjoni 119.
1 Tassew, dan jgħid il-Mulej, wasal issa ż-żmien li jkun hemm kunsill li jiddisponi minnu, li għandu jkun magħmul mill-Ewwel Presidenza tal-Knisja tiegħi, u mill-isqof u l-kunsill tiegħu, u mill-kunsill għoli tiegħi; skont dak li ngħidilhom jien, jgħid il-Mulej. Hekk għandu jkun. Ammen.