Sezzjoni 92
Rivelazzjoni mogħtija lil Joseph Smith il‑Profeta, f’Kirtland, Ohio, nhar il‑15 ta’ Marzu, 1833. Ir‑rivelazzjoni tagħti struzzjonijiet lil Frederick G. Williams, li kien għadu kif inħatar bħala kunsillier għal Joseph Smith, dwar id‑dmirijiet tiegħu fl‑Azjenda Unita (ara l‑intestaturi għal sezzjonijiet 78 u 82).
1–2, Il‑Mulej jagħti kmandament relatat mad‑dħul fl‑ordni unita.
1 Tassew, dan jgħid il‑Mulej, jiena nagħti lill‑ordni unita, li ġiet organizzata skont ordni li ngħatat qabel, rivelazzjoni u kmandament li jikkonċernaw lill‑qaddej tiegħi Frederick G. Williams, biex intom tilqgħuh ġewwa l‑ordni. Dak li ngħid lil wieħed ngħidu għal kulħadd.
2 U għal darb’oħra, jiena ngħidlek O qaddej tiegħi Frederick G. Williams, li inti għandek tkun membru attiv f’din l‑ordni; u diment li tibqa’ fidil fil‑ħarsien tal‑kmandamenti li ngħatajt qabel, hieni tkun inti għal dejjem. Ammen.