Skrittura
Duttrina u Patti 91


Sezzjoni 91

Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il‑Profeta, f’Kirtland, Ohio, nhar id‑9 ta’ Marzu, 1833. F’dan iż‑żmien il‑Profeta kien għaddej jittraduċi t‑Testment il‑Qadim. Hekk kif wasal f’dik il‑parti tal‑kitba antika li tissejjaħ l‑Apokrifi, huwa staqsa lill‑Mulej dwarha u ngħata din l‑istruzzjoni.

1–3, L‑Apokrifi huma fil‑parti l‑kbira tagħhom tradotti b’mod tajjeb iżda fihom bosta interpolazzjonijiet miżjuda mill‑bnedmin li mhumiex vera; 4–6, Huma ta’ benefiċċju għal min hu mdawwal bl‑Ispirtu.

Tassew, dan hu li jgħidilkom il‑Mulej dwar l‑Apokrifi—Fihom hemm bosta ħwejjeġ li huma vera, u fil‑parti l‑kbira tagħhom huma tradotti b’mod tajjeb;

Fihom hemm bosta ħwejjeġ li mhumiex vera, li huma interpolazzjonijiet miżjuda mill‑bnedmin.

Tassew ngħidilkom, li l‑Apokrifi m’hemmx għalfejn jiġu tradotti.

Għalhekk, ħa jifhem min jaqrahom, għax il‑verità tiġi żvelata lilu permezz tal‑Ispirtu;

U min hu mdawwal bl‑Ispirtu jista’ jibbenefika minnhom;

U min mhuwiex imdawwal bl‑Ispirtu, ma jista’ jibbenefika xejn. Għalhekk m’hemmx għalfejn jiġu tradotti. Ammen.