Skrittura
Duttrina u Patti 114


Sezzjoni 114

Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il-Profeta, ġewwa Far West, Missouri, nhar il-11 ta’ April, 1838.

1–2, Pożizzjonijiet fil-Knisja li jħaddnu dawk li mhumiex fidili se jingħataw lil ħaddieħor.

Tassew dan jgħid il-Mulej: Ikun għaqli li l-qaddej tiegħi David W. Patten jirranġa dak kollu li għandu jirranġa fejn jidħol in-negozju tiegħu kemm jista’ jkun malajr, u jinħeles minn kull irbit li għandu x’jaqsam ma’ dan in-negozju, ħalli fir-rebbiegħa li ġejja jkun jista’ jmur jaqdi missjoni għalija, flimkien ma’ oħrajn, sewwasew tnax inkluż hu, biex huma jmorru jagħtu xhieda tiegħi u jaqsmu l-bxara t-tajba mad-dinja kollha.

Għax tassew dan jgħid il-Mulej, li jekk fostkom ikun hemm dawk li jiċħduni, jitħawlu oħrajn minflokhom u huma jirċievu l-veskovat tagħhom. Ammen.