Konferenza Ġenerali
Nimministraw
konferenza ġenerali April 2023


Nimministraw

Ejjew nersqu lejn oħrajn u nieħdu ħsiebhom kif kieku kien jagħmel is-Salvatur, speċjalment lil dawk li aħna pprivileġġjati b’imħabba u b’assenjazzjoni li nimministraw.

Għeżież ħuti, ħbieb, merħba għall-konferenza ġenerali!

Wara l-konferenza ġenerali f’Ottubru li għadda, Sister Gong u jien mxejna fost iċ-Ċentru għall-Konferenza biex ngħidu kelma u nisimgħu esperjenzi tagħkom tal-evanġelju.

Il-membri tagħna mill-Messiku qalu, “Hoy es el tiempo de Mexico.”

Immaġni
Gilly u Mary mal-Presbiteru u Sister Gong.

Sirna nafu li Gilly u Mary huma ħbieb mill-Ingilterra. Meta Mary ingħaqdet mal-Knisja, tilfet il-post tagħha fejn tgħix. B’ġenerożità kbira, Gilly stiednet lil Mary biex tmur toqgħod magħha. Mimlija bil-fidi, Gilly qalet, “Qatt ma ddubitajt li l-Mulej huwa miegħi.” Fil-konferenza, Gilly kellha wkoll riunjoni sabiħa ħafna mal-oħt missjunarju li għallmitha 47 sena ilu.

Immaġni
Jeff u Melissa mal-Presbiteru u Sister Gong.

Jeff u martu, Melissa, kienu qed jattendu l-konfereza ġenerali għall-ewwel darba. Jeff kien jilgħab il-baseball b’mod professjonali (bħala ‘catcher’) u issa huwa tabib anestesjologu. Qalli, “B’sorprisa kbira, qed nersaq lejn il-magħmudija għaliex inħoss bħallikieku din hija l-iktar mod awtentiku u onest kif wieħed jgħix.”

Iktar qabel, Melissa skużat ruħha mal-presbiteru li kien ġie assenjat biex jimministra lil Jeff, “Jeff ma jridx ‘qomos bojod’ f’darna.” Il-presbiteru li jimministra qal, “Ħalli nsib mod ieħor.” Issa huwa u Jeff saru ħbieb ta’ ġewwa. Fil-magħmudija ta’ Jeff, iltqajt ma’ kongregazzjoni ta’ Qaddisin tal-Aħħar Żmien li Jeff, Melissa, u binthom, Charlotte, iħobbu.

Bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu, aħna nfittxu li nimministraw lil oħrajn kif jagħmel Hu għaliex Hu qed jistenna li jbiddel il-ħajjiet.

Meta Peggy qaltli li żewġha, John, wara 31 sena ta’ żwieġ, se jitgħammed, jien staqsejtha x’kien inbidel.

Peggy qalet, “John u jien konna qed nistudjaw it-Testment il-Ġdid Ejja, Imxi Warajja, u John staqsa dwar id-duttrina tal-Knisja.”

Peggy qalet, “Ejja nistiednu lill-missjunarji.”

John qal, “Xejn missjunarji—sakemm ma jiġix il-ħabib tiegħi.” Tul dawk l-10 snin, dak li kien qed jimministra lil John kien sar il-ħabib affidabbli tiegħu. (Minn moħħi għaddieli ħsieb: X’kien jiġri kieku dak li mministra lil John kien waqaf imur wara sena, sentejn, jew disa’ snin?)

John sema’. Huwa qara l-Ktieb ta’ Mormon b’intenzjoni sħiħa. Meta l-missjunarji staqsew lil John biex jitgħammed, huwa wieġeb iva. Peggy qalet, “Jien waqajt mis-siġġu u nfqajt nibki.”

John qal, “Jien inbdilt iktar ma bdejt noqrob lejn il-Mulej.” Iktar tard, John u Peggy gew issiġillati fit-tempju mqaddes. F’Diċembru li għadda, John ħalliena fl-età ta’ 92 sena. Peggy tgħid, “John minn dejjem kien persuna tajba, imma sar differenti b’mod sabiħ wara li tgħammed.”

Immaġni
Jenny u Meb

Sister Gong u jien iltqajna ma’ Meb u Jenny bil-vidjo matul il-pandemija tal-COVID. (Iltqajna ma’ ħafna koppji u individwi mill-aqwa bil-vidjo fi żmien il-COVID, kull wieħed u waħda minnhom introdotti permezz tat-talb mill-presidenti tal-wited tagħhom.)

Bl-umiltà kollha, Meb u Jenny qalu kif ċertu tħassib f’ħajjithom ġegħilhom jistaqsu jekk iż-żwieġ fit-tempju tagħhom setax jiġi salvat, u jekk iva, kif. Huma emmnu li l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu u l-impenji tal-patti tagħhom setgħu jgħinuhom.

Immaġinaw kemm fraħt meta Meb u Jenny irċevew rakkomandazzjoni tat-tempju u rritornaw flimkien f’dar il-Mulej. Wara Meb kważi mietet. X’barka din li Meb u Jenny irrestawraw ir-relazzjonijiet tal-patt mal-Mulej u ma’ xulxin, u jħossu l-imħabba tal-imministrar ta’ bosta madwarhom.

Kull fejn immur, jien bi gratitudni nitgħallem minn dawk li jimministraw u jieħdu ħsieb lil ħaddieħor kif kieku kien jagħmel is-Salvatur.

Immaġni
Salvador mal-Presbiteru u Sister Gong

Fil-Peru, Sister Gong u jien iltqajna ma’ Salvador u ħutu.1 Salvador u ħutu huma orfni. Dak inhar kien għeluq snin Salvador. Il-mexxejja u l-membri tal-Knisja li jimministraw b’fidi lil din il-familja jispirawni. “Reliġjon pura u mhux imniġġsa … hija din, Li nżuru l-iltiema u lir-romol,”2 “ngħinu lil min hu dgħajjef, inqawwu l-idejn mitruħa u nsaħħu l-irkupptejn imriegħda.”3

F’Ħong Kong, president tal-kworum tal-presbiteri b’umiltà qasam magħna kif il-kworum tagħhom b’mod konsistenti jmexxi 100 fil-mija intervisti ta’ ministeru. “Bl-għajnuna tat-talb, norganizzaw attivitajiet ta’ sħubija sabiex kulħadd ikun jista’ jieħu ħsieb xi ħadd u xi ħadd jieħu ħsieb lilu,” hu jgħid. “Regolarment nistaqsu lil kull sħubija dwar dawk li għalihom ikunu qed jimministraw.” Aħna ma nimmarkawx il-kaxxi; aħna nimministraw mal-ministri li jieħdu ħsieb il-poplu tagħna.”

Immaġni
Il-familja Bokolo

F’Kinshasa, fir-Repubblika Demokratika tal-Gongo, il-President Bokolo jaqsam magħna kif hu u l-familja tiegħu ngħaqdu mal-Knisja fi Franza. Jum minnhom, waqt li kien qed jaqra l-barka patrijarkali tiegħu, l-Ispirtu ispira lil Brother Bokolo biex jirritorna mal-familja tiegħu fir-RD Kongo. Brother Bokolo kien jaf li kellhom jiffaċċjaw ħafna sfidi li kieku kellhom jirritornaw. U l-Knisja tagħhom, il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, kienet għadha mhux stabbilita f’Kinshasa.

Madanakollu, kollhom fidi, kif kellhom ħafna oħrajn, il-membri tal-familja Bokolo mxew wara l-Ispirtu tal-Mulej. F’Kinshasa, huma mministraw u bierku lil dawk ta’ madwarhom, għelbu l-isfidi, irċevew barkiet spiritwali u temporali. Illum, huma ferħanin li għandhom dar tal-Mulej f’pajjiżhom.4

Raġel ikkonvertit kien imministrat permezz ta’ eżempju personali. Bħala żagħżugħ, huwa qal li kien qatta’ żmienu jiddeverti f’xatt il-baħar. Jum fost l-oħrajn, irrakkonta, “Rajt tfajla ħelwa b’malja modesta.” Mistagħġeb kif kien, mar u saqsieha għala tfajla daqshekk attraenti kellha tilbes malja daqshekk modesta. Kienet membru tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien u staqsietu bi tmissima, “Titħajjar tiġi l-knisja nhar il-Ħadd?” Hu wieġeb Iva.

Snin ilu, waqt li konna fuq essajnment flimkien, il-Presbiteru L. Tom Perry qasam l-esperjenza ta’ kif hu u l-kollega tiegħu regolarment imministraw oħt li kienet waħedha f’żona diffiċli f’Boston. Meta l-Presbiteru Perry u sieħbu waslu għandha, l-oħt b’kawtela kbira qaltilhom, “Għaddu r-rakkomandazzjoni tat-tempju tagħkom minn taħt il-bieb.” Kien biss wara li rat ir-rakkomandazzjonijiet tat-tempju li hi bdiet tħoll il-bosta firrolli u tiftaħ il-bieb.5 Naturalment, minix ngħid li sħab li jimministraw għandhom bżonn rakkomandazzjonijiet tat-tempju. Imma togħġobni l-idea li, meta dawk li jonorow il-patti jimministraw, id-djar ma jibqgħux imsakkrin u l-qlub jinfetħu.

Il-Presbiteru Perry offra wkoll xi pariri prattiċi. Hu qal, “Agħtu lill-kollegi li jimministraw numru raġonevoli ta’ essajnments, li magħżula fit-talb, u ġeografikament qrib ta’ xulxin kemm hu possibbli sabiex il-ħin tal-ivjaġġar ikun użat tajjeb.” Hu kien iħobb jagħti l-parir, “Ibdew b’dawk li l-iktar li għandhom bżonn attenzjoni. Aħdmu minn dawk li probabbilment se jilqgħukom u jirrispondu tajjeb għaż-żjajjar.” Huwa kkonkluda, “Il-konsistenza mimlija fidi ġġib il-mirakli.”

Il-ministeru ogħla u iktar qaddis 6 jasal meta aħna nitolbu għal “l-imħabba safja ta’ Kristu”7 u nimxu wara l-Ispirtu. Jasal ukoll meta l-presidenzi tal-kworum tal-Presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev, taħt id-direzzjoni tal-Isqof, jiggwidaw l-isforzi tal-ministeru, inkluż l-assenjar ta’ sħubija tal-ministeru. Nitlobkom li tagħtu liż-żgħażagħ tagħna, ġuvintur u tfajliet, l-opportunità meħtieġa biex jakkumpanjaw u jkunu indokrati minn aħwa fil-ministeru ta’ esperjenza. U nitlobkom biex tħallu lill-ġenerazzjoni żagħżugħa tagħna li għadha tielgħa tispira kollegi li jimministraw.

F’ċertu postijiet fil-Knisja, għandna lakuna ta’ ministeru. Hemm iktar nies li jgħidu li qed jimministraw milli li qed jiġu mministrati. Ma rridux li nirrikoru għal-lista ta’ kontroll. Iżda ta’ spiss għandna bżonn iktar minn hello sinċiera fl-intrata jew il-mistoqsija informali “Nista’ ngħinek?” fil-parking. F’bosta postijiet, nistgħu nirsistu biex nilħqu lill-oħrajn, nifhmuhom fejn huma, u nibnu relazzjonijiet meta regolarment inżuru membri fi djarhom. L-istediniet ispirati jibdlu l-ħajjiet. Meta l-istediniet jgħinuna nagħmlu u nħarsu patti sagri, aħna nersqu eqreb lejn il-Mulej u lejn xulxin.

Jingħad li dawk li jifhmu l-veru spirtu tal-ministeru jagħmlu iktar minn qabel, filwaqt li dawk li ma jifhmuhx jagħmlu inqas. Ejjew nagħmlu iżjed, kif kieku jagħmel is-Salvatur. Bħalma l-innu tagħna jgħid, huwa “barka ta’ dmir u mħabba.”8

Kunsilli tal-qasam, kwora ta’ presbiteri u Soċjetajiet tas-Solliev, nitlobkom tisimgħu mir-Ragħaj it-Tajjeb u għinuh “ifittex dak li hu mitluf, … irreġġa’ lura l-imxerrda, … jinfaxxa l-ġrieħi tal-miġrugħa, … iqawwi l-marid.”9 Nafu nilqgħu “l-anġli bla ma nkunu nafu”10 hekk kif nagħmlu spazju fil-lukanda tiegħu għal kulħadd.11

Il-ministeru ispirat ibierek familji u individwi; iqawwi wkoll l-oqsma u l-fergħat. Immaġinaw il-qasam jew il-fergħa tagħkom bħallikieku ekosistema spiritwali. Fl-ispirtu tal-allegorija tas-siġar taż-żebbuġ li nsibu fil-Ktieb ta’ Mormon, is-Sid tal-għalqa u l-qaddejja tiegħu jagħmlu frott mill-aqwa u jsaħħu kull siġra billi jorbtu flimkien l-element qawwija u dawk dgħajfin tas-siġar kollha.12 Is-Sid tal-għalqa u l-qaddejja tiegħu kemm-il darba jistaqsu, “Xi stajt nagħmel aktar għall‑għalqa tiegħi?”13 Flimkien, huma jbierku l-qlub u d-djar, l-oqsma u l-fergħat, permezz ta’ ministeru ispirat, u konsistenti.14

Immaġni
Għeruq u friegħi jintrabtu flimkien

Il-ministeru—il-ħidma tar-ragħaj—jagħmel l-għalqa tagħna “ġisem wieħed”15—masġar sagru. Kull siġra fil-masġar tagħna hija siġra ħajja tal-familja. L-għeruq u l-friegħi jintrabtu flimkien. Il-ministeru jbierek lil ġenerazzjonijiet sħaħ. Meta s-servizz huwa meħtieġ, isqfijiet għaqlin, presidenzi tal-kworum tal-presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev jistaqsu, “Min huma l-imsieħba fil-ministeru?” Kunsilli tal-qasam u intervisti dwar ministeru jistaqsu mhux biss dwar sfidi jew problemi iżda wkoll iħarsu b’għajnejhom biex jaraw il-bosta atti teneri ta’ mogħdrija tal-Mulej f’ħajjitna u jifirħu fihom, hekk kif aħna nimministraw kif kieku kellu jagħmel hu.

Is-Salvatur huwa l-eżempju perfett tagħna.16 Għax Huwa tajjeb, Hu għadda jagħmel il-ġid. Huwa jbierek il-waħda u d-99. Huwa l-ministeru ppersonifikat. Insiru iktar nixbhu lil Ġesù Kristu meta aħna nagħmlu “ma’ kull wieħed mill-iżgħar fost dawn” kif kieku konna nagħmlu miegħu,18 meta nħobbu lil għajrna bħalna nfusna,19 meta aħna “nħobbu lil xulxin kif jien ħabbejtkom,”20 u meta “min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom.”21

Ġesù Kristu jimministra. L-anġli jimministraw.22 Dawk li jimxu wara Ġesù Kristu “jimministraw lil xulxin,”23 “jifirħu ma’ min jifraħ, jibku ma’ min jibki,”24 “jieħdu ħsieb lin‑nies tagħhom, jsostnuhom b’dak kollu li għandu x’jaqsam mas‑sewwa,”25 “jiftakru … fil-fqar u f’dawk fil-bżonn, il-morda u l-imġarrbin,”26 u jagħtu għarfien ta’ ismu permezz tal-ministeru tagħhom.27 Hekk kif nimministraw kif kieku jagħmel hu, aħna nixhdu l-barkiet u l-mirakli tiegħu.28 Aħna niksbu “ministeru iktar mill-aqwa.”29

Forsi ngħejjew fiżikament. Iżda fis-servizz tiegħu aħna ma “ngħejjewx nagħmu t-tajjeb.”30 Aħna nistinkaw biex nagħmlu mill-aħjar li nistgħu, ma niġrux iktar milli nifilħu, 31 imma nemmnu, kif jgħallem l-Appostlu Pawlu, li “Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ.”32 Għax Alla “lil min jiżra’ jagħtih iż-żerriegħa u l-ħobż għall-ikel, jagħti u jkattar iż-żerriegħa lilkom ukoll.”33 Fi kliem ieħor, Alla jistagħna “kollox b’kull ġid.”34 Min “jiżra’ ħafna, jaħsad ħafna.”35

Inkunu fejn inkunu, ejjew nersqu lejn oħrajn u nieħdu ħsiebhom kif kieku kien jagħmel is-Salvatur, speċjalment lil dawk li aħna pprivileġġjati b’imħabba u b’essajnment li nimministraw. Hekk kif nagħmlu dan, aħna nersqu eqreb lejh u lejn xulxin, u nsiru iktar bħalu u bħall-Qaddisn tal-Aħħar Żmien li jridna nkunu. Fl-isem sagru ta’ Ġesù Kistu, ammen.