Skrittura
3 Nefi 25


Kapitlu 25

Fit‑Tieni Miġja, il‑kburin u l‑ħżiena għad jinħarqu bħat‑tiben—Elija se jerġa’ lura qabel jum il‑biża’—Qabbel Malakija 4. Madwar W.K. 34.

1 Għax, araw, jiġi l‑jum, jaqbad qisu forn; u l‑kburin kollha, iva, u dawk kollha li jagħmlu l‑ħażen se jkunu tiben; u l‑jum li ġej għad jaħraqhom, jgħid il‑Mulej tal‑Eżerċti, hekk li ma jħallilhom la għerq u lanqas fergħa.

2 Imma għalikom li tibżgħu minn ismi, għad jitla’ Bin il‑Ġustizzja, bil‑fejqan fuq ġwenħajh; u intom toħorġu taqbżu qiskom għoġġiela fil‑mandra.

3 U tisħqu l‑ħżiena; għax huma jkunu qishom irmied taħt qigħan riġlejkom fil‑jum imħejji minni, jgħid il‑Mulej tal‑Eżerċti.

4 Ftakru fil‑Liġi ta’ Mosè, il‑qaddej tiegħi, fil‑preċetti u l‑liġijiet li jiena fuq Ħoreb ordnajtlu għal Iżrael kollu.

5 Araw, jiena nibagħtilkom ’l Elija l‑profeta qabel ma jasal jum il‑Mulej u jum il‑biża’;

6 U hu jdawwar qalb il‑missirijiet lejn uliedhom u qalb l‑ulied lejn missirijiethom, li ma niġix naħbat għall‑art u nħalliha tinqered.