Kapitlu 1Paħoran it‑tieni jsir prim imħallef u jinqatel minn Kiskumeni—Pakumeni jokkupa s‑siġġu tat‑tribunal—Kurjantumir imexxi l‑armati Lamaniti, jieħu f’idejh Żaraħemla, u joqtol lil Pakumeni—Moronija jegħleb lil‑Lamaniti u jieħu lura f’idejh Żaraħemla, u Kurjantumir jinqatel. Madwar 52–50 Q.K. Kapitlu 2Ħelaman, bin Ħelaman, isir prim imħallef—Gadjantun imexxi t‑tajfa ta’ Kiskumeni—Il‑qaddej ta’ Ħelaman joqtol lil Kiskumeni, u t‑tajfa ta’ Gadjantun taħrab lejn ix‑xagħri. Madwar 50–49 Q.K. Kapitlu 3Bosta Nefiti jemigraw lejn l‑art tat‑tramuntana—Huma jibnu djar tas‑siment u jżommu għandhom bosta kitbiet—Għexieren ta’ eluf jikkonvertu u jitgħammdu—Il‑kelma ta’ Alla twassal lill‑bnedmin għas‑salvazzjoni—Nefi bin Ħelaman jokkupa s‑siġġu tat‑tribunal. Madwar 49–39 Q.K. Kapitlu 4Id‑dissidenti Nefiti u l‑Lamaniti jgħaqqdu l‑forzi tagħhom flimkien u jieħdu f’idejhom l‑art ta’ Żaraħemla—It‑telfiet li sofrew in‑Nefita huma riżultat ta’ ħżunithom—Il‑Knisja tiddiġenera, u n‑nies isiru dgħajfin bħal‑Lamaniti. Madwar 38–30 Q.K. Kapitlu 5Nefi u Leħi jiddedikaw lilhom infushom għax‑xandir tal‑kelma—Isimhom iħeġġiġhom biex ifasslu ħajjithom fuq l‑antenati tagħhom—Kristu jifdi lil dawk li jikkonvertu—Nefi u Leħi jikkonvertu lil ħafna u jiġu mitfugħin il‑ħabs, fejn jispiċċaw imdawrin bil‑fjammi tan‑nar—Sħab iswed jgħatti tliet mitt persuna—Titheżżeż l‑art, u leħen jordna lin‑nies sabiex jindmu—Nefi u Leħi jitkellmu mal‑anġli, u l‑miġemgħa tispiċċa mdawra bil‑fjammi tan‑nar. Madwar 30 Q.K. Kapitlu 6Il‑Lamaniti t‑twajbin ixandru l‑kelma lin‑Nefiti l‑ħżiena—Iż‑żewġ popli jikbru fil‑ġid fi żmien ta’ paċi u xaba’—Luċifru, l‑awtur tad‑dnub, iqanqal qlub il‑ħżiena u l‑briganti Gadjantuni biex joqtlu u jagħmlu l‑ħażen—Il‑briganti jieħdu f’idejhom il‑gvern mingħand in‑Nefiti. Madwar 29–23 Q.K. Kapitlu 7Nefi ma jkunx milqugħ fin‑naħa tat‑tramuntana u jerġa’ lura f’Żaraħemla—Huwa jmur jitlob fuq torri fil‑ġnien tiegħu u mbagħad iwiddeb lin‑nies biex jindmu jew inkella jinqerdu. Madwar 23–21 Q.K. Kapitlu 8Imħallfin korrotti jaraw kif ixewxu lin‑nies biex iqumu kontra Nefi—Abraham, Mosè, Żenos, Żenok, Eżija, Isaija, Ġeremija, Leħi, u Nefi lkoll taw xhieda ta’ Kristu—Permezz tal‑ispirazzjoni Nefi jħabbar il‑qtil tal‑prim imħallef. Madwar 23–21 Q.K. Kapitlu 9Messaġġiera jsibu lill‑prim imħallef mejjet fis‑siġġu tat‑tribunal—Huma jinxteħtu l‑ħabs u wara jinħelsu—Permezz tal‑ispirazzjoni Nefi jidentifika lil Seantu bħala l‑qattiel—Nefi jiġi aċċettat minn xi wħud bħala profeta. Madwar 23–21 Q.K. Kapitlu 10Il‑Mulej jagħti lil Nefi l‑qawwa tas‑siġill—Huwa jiġi mogħti l‑qawwa li jorbot u jħoll fuq l‑art u fis‑smewwiet—Huwa jordna lin‑nies biex jindmu jew inkella jinqerdu—L‑Ispirtu jġorru minn miġemgħa għall‑oħra. Madwar 21–20 Q.K. Kapitlu 11Nefi jipperswadi lill‑Mulej biex minflok il‑gwerra jibgħatilhom il‑ġuħ—Bosta nies jispiċċaw mejta—Huma jindmu, u Nefi jitlob b’ħerqa lill‑Mulej għax‑xita—Nefi u Leħi jirċievu bosta rivelazzjonijiet—Il‑briganti Gadjantuni jaħkmu l‑art f’idejhom. Madwar 20–6 Q.K. Kapitlu 12Il‑bnedmin huma dgħajfin u boloh u pronti biex iwettqu l‑ħażen—Il‑Mulej jagħti tbeżbiża lill‑poplu tiegħu—Ix‑xejn tal‑bnedmin huwa mqabbel mal‑qawwa ta’ Alla—F’jum il‑ħaqq, il‑bnedmin se jiksbu l‑ħajja ta’ dejjem jew il‑kundanna ta’ dejjem. Madwar 6 Q.K. Kapitlu 13Samwel il‑Lamanita jħabbar il‑qerda tan‑Nefiti jekk huma jibqgħu ma jindmux—Jinsteħtu huma u ġidhom—Huma jwarrbu u jħaġġru lill‑profeti, u jispiċċaw imdawrin bid‑demonji, u huma jfittxu l‑kuntentizza tagħhom f’għemejjel ħżiena. Madwar 6 Q.K. Kapitlu 14Samwel ibassar li se jkun hemm id‑dawl matul il‑lejl u kewkba ġdida mat‑twelid ta’ Kristu—Kristu jifdi lill‑bnedmin mill‑mewt temporali u spiritwali—Is‑sinjali tal‑mewt tiegħu jinkludu tlett ijiem ta’ dlam, blat jinqasam biċċiet, u taqlib kbir fin‑natura. Madwar 6 Q.K. Kapitlu 15Il‑Mulej ta tbeżbiża lin‑Nefiti għaliex ħabbhom—Il‑Lamaniti li kkonvertew huma nies ta’ fidi ferma u soda—Fl‑aħħar żminijiet il‑Mulej se juri l‑ħniena tiegħu mal‑Lamaniti. Madwar 6 Q.K. Kapitlu 16In‑Nefiti li jemmnu lil Samwel jiġu mgħammdin minn Nefi—Samwel ma jistax jinqatel bil‑vleġeġ u l‑ġebel tan‑Nefiti li baqgħu ma nidmux—Xi wħud iwebbsu qalbhom, u oħrajn jaraw l‑anġli—Dawk li ma jemmnux jgħidu li ma jagħmilx sens li wieħed jemmen fi Kristu u fil‑miġja tiegħu f’Ġerusalemm. Madwar 6–1 Q.K.