Kapitlu 1Ammaron jagħti struzzjonijiet lil Mormon dwar l‑annali sagri—Jingħata bidu għal gwerra bejn in‑Nefiti u l‑Lamaniti—It‑Tliet Nefiti jittieħdu minn fuq l‑art—Jiddomina l‑ħażen, in‑nuqqas ta’ twemmin, is‑seħer, u l‑magħmul. Madwar 321–326 W.K. Kapitlu 2Mormon imexxi l‑armati Nefiti—Tixrid ta’ demm u qtil mal‑pajjiż kollu—In‑Nefiti jibku u jixhru filwaqt li l‑ikkundannati jitnikktu—Il‑jum ta’ grazzja tagħhom jgħaddi—Mormon jikseb il‑pjanċi ta’ Nefi—Ikomplu l‑gwerer. Madwar 327–350 W.K. Kapitlu 3Mormon ixandar l‑indiema lin‑Nefiti—Huma jiksbu rebħa kbira u jibdew jiftaħru bihom infushom—Mormon ma jaċċettax li jkun il‑mexxej tagħhom, u t‑talb li jitlob għalihom hu talb bla fidi—Il‑Ktieb ta’ Mormon jistieden lit‑tnax‑il tribù ta’ Iżrael biex jemmnu fl‑evanġelju. Madwar 360–362 W.K. Kapitlu 4Tkompli l‑gwerra u jkompli t‑tixrid tad‑demm—Il‑ħżiena jikkastigaw lill‑ħżiena—Il‑ħażen jinxtered aktar minn qatt qabel ma’ Iżrael kollu—In‑nisa u t‑tfal jiġu ssagrifikati lill‑allat foloz—Il‑Lamaniti jibdew jeqirdu lin‑Nefiti kollha li jsibu quddiemhom. Madwar 363–375 W.K. Kapitlu 5Mormon jerġa’ jieħu f’idejh it‑tmexxija tal‑armati Nefiti f’battalji li jwasslu għal ħafna tixrid ta’ demm u qtil—Il‑Ktieb ta’ Mormon se jinġieb għad‑dawl biex jikkonvinċi lill‑ulied kollha ta’ Iżrael li Ġesù hu l‑Kristu—Minħabba n‑nuqqas ta’ fidi tagħhom, il‑Lamaniti jispiċċaw imxerrdin ma’ kullimkien, u l‑Ispirtu ma jibqax jgħammar aktar magħhom—Fl‑aħħar żminijiet huma jirċievu l‑evanġelju mingħand il‑Ġentili. Madwar 375–384 W.K. Kapitlu 6In‑Nefiti jinġabru fl‑art ta’ Kumora għall‑aħħar battalji—Mormon jaħbi l‑annali sagri fl‑għolja ta’ Kumora—Il‑Lamaniti joħorġu rebbieħa u l‑ġens Nefita jispiċċa jinqered—Mijiet ta’ eluf jinqatlu permezz tax‑xabla. Madwar 385 W.K. Kapitlu 7Mormon jistieden lil‑Lamaniti tal‑aħħar żminijiet biex jemmnu fi Kristu, jaċċettaw l‑evanġelju tiegħu, u jiksbu s‑salvazzjoni—Dawk kollha li jemmnu l‑Bibbja jemmnu wkoll il‑Ktieb ta’ Mormon. Madwar 385 W.K. Kapitlu 8Il‑Lamaniti jmorru jfittxu lin‑Nefiti u jeqirduhom—Il‑Ktieb ta’ Mormon se jinġieb għad‑dawl bil‑qawwa ta’ Alla—Ħażin ikun għalihom dawk li jlissnu kliem ta’ rabja u jeħduha kontra l‑ħidma tal‑Mulej—Il‑kitba tan‑Nefiti sejra tinġieb għad‑dawl fi żmien ta’ ħażen, deġenerazzjoni, u apostasija. Madwar 400–421 W.K. Kapitlu 9Moroni jappella lil dawk li ma jemmnux fi Kristu sabiex jindmu—Huwa jitkellem dwar Alla tal‑mirakli, li jagħti r‑rivelazzjoni lill‑fidili u jsawwab fuqhom ċerti doni u sinjali—Il‑mirakli jieqfu jseħħu minħabba n‑nuqqas ta’ fidi—Is‑sinjali jsieħbu lil dawk li jemmnu—Il‑bnedmin huma mitluba sabiex ikunu għaqlin u jħarsu l‑kmandamenti. Madwar 401–421 W.K.