Kapitlu 1Leħi jħabbar dwar art ta’ ħelsien—Nislu se jiġi mxerred u kkastigat jekk iwarrab lill‑Qaddis ta’ Iżrael—Hu jħeġġeġ lil uliedu s‑subien biex jilbsu fuqhom l‑armatura tas‑sewwa. Madwar 588–570 Q.K. Kapitlu 2Il‑fidwa tinkiseb permezz tal‑Messija Mqaddes—Il‑ħelsien tal‑għażla (il‑volontà) hu essenzjali għall‑eżistenza u l‑progressjoni—Adam waqa’ biex il‑bnedmin jistgħu jkunu—Il‑bnedmin huma ħielsa li jagħżlu l‑ħelsien u l‑ħajja ta’ dejjem. Madwar 588–570 Q.K. Kapitlu 3Ġużeppi fl‑Eġittu ra lin‑Nefiti permezz ta’ dehra—Hu ħabbar dwar Joseph Smith, il‑veġġent tal‑aħħar żmien; dwar Mosè, li kien sejjer jeħles lil Iżrael; u dwar il‑miġja tal‑Ktieb ta’ Mormon. Madwar 588–570 Q.K. Kapitlu 4Leħi jagħti parir u jbierek lil nislu—Huwa jmut u jindifen—Nefi jeżulta fit‑tjubija ta’ Alla—Nefi jafda fil‑Mulej għal dejjem. Madwar 588–570 Q.K. Kapitlu 5In‑Nefiti jinfirdu minn mal‑Lamaniti, iħarsu l‑liġi ta’ Mosè, u jibnu tempju—Minħabba n‑nuqqas ta’ fidi tagħhom, il‑Lamaniti jinqatgħu mill‑preżenza tal‑Mulej, taqa’ fuqhom saħta, u jsiru pjaga għan‑Nefiti. Madwar 588–559 Q.K. Kapitlu 6Ġakobb jirrakkonta l‑istorja tal‑Lhud: Il‑jasar fil‑Babilonja u r‑ritorn tagħhom; il‑ministeru u l‑kruċifissjoni tal‑Qaddis ta’ Iżrael; l‑għajnuna li jiksbu mill‑Ġentili; u r‑restawrazzjoni tal‑Lhud fl‑aħħar żmien meta huma jemmnu fil‑Messija. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 7Ġakobb ikompli jaqra minn Isaija: Isaija jitkellem f’sens messjaniku—Il‑Messija se jkollu lsien ta’ wieħed għaref—Hu jagħti dahru lil dawk li jsawtuh—Huwa mhux se jiġi umiljat—Qabbel Isaija 50. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 8Ġakobb ikompli jaqra minn Isaija: Fl‑aħħar żminijiet, il‑Mulej sejjer ifarraġ lil Sijon u jiġbor lil Iżrael—Il‑mifdija se jiġu Sijon fost hena kbira—Qabbel Isaija 51 u 52:1–2. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 9Ġakobb jispjega li l‑Lhud sejrin jinġabru flimkien fl‑artijiet imwiegħda tagħhom kollha—L‑Espjazzjoni tifdi lill‑bniedem mill‑Waqgħa—L‑iġsma tal‑mejtin sejrin iqumu mill‑qabar, u l‑ispirti tagħhom se jqumu mill‑infern u mill‑ġenna—Se jsir ħaqq minnhom—L‑Espjazzjoni tifdina mill‑mewt, mill‑infern, mix‑xitan, u minn tbatija bla tmiem—Il‑ġusti għandhom jiġu salvati fis‑saltna ta’ Alla—Stabbiliti l‑penali għad‑dnubiet—Il‑Qaddis ta’ Iżrael huwa l‑għassies tal‑bieb. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 10Ġakobb jispjega li l‑Lhud se jsallbu lil Alla tagħhom—Huma se jispiċċaw imxerrdin sakemm jibdew jemmnu fih—L‑Amerika se tkun art ta’ ħelsien fejn l‑ebda sultan ma jsaltan—Irrekonċiljaw irwieħkom ma’ Alla u iksbu s‑salvazzjoni permezz tal‑grazzja tiegħu. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 11Ġakobb ra lill‑Feddej tiegħu—Il‑Liġi ta’ Mosè tissimbolizza lil Kristu u turina li Hu għandu jiġi. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 12Isaija jara t‑tempju tal‑aħħar żmien, il‑ġabra ta’ Iżrael, u l‑ġudizzju u s‑sliem f’żmien il‑millennju—Il‑kburin u l‑ħżiena se jieħdu tisbita ’l isfel waqt it‑Tieni Miġja—Qabbel Isaija 2. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 13Ġuda u Ġerusalemm se jiġu kkastigati għad‑diżubbidjenza tagħhom—Il‑Mulej se jiddefendi lill‑poplu tiegħu u jagħmel ħaqq minnu—Il‑bniet ta’ Sijon huma misħuta u maħqura minħabba l‑mondanità tagħhom—Qabbel Isaija 3. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 14Sijon u l‑bniet tagħha se jiġu mifdija u mnaddfa f’żmien il‑millennju—Qabbel Isaija 4. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 15L‑għalqa tal‑Mulej (Iżrael) se ssir ħerba, u l‑poplu tiegħu se jinxtered—Huma se jintlaqtu mill‑miżerja fl‑istat imxerred tagħhom ta’ apostasija—Il‑Mulej se jgħolli stendard u jiġbor lil Iżrael—Qabbel Isaija 5. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 16Isaija jara lill‑Mulej—Dnubiet Isaija maħfura—Hu ġie msejjaħ biex iħabbar—Huwa jħabbar dwar il‑Lhud li warrbu t‑tagħlim ta’ Kristu—Fdal se jerġa’ lura—Qabbel Isaija 6. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 17Efrajm u Aram iddikjaraw gwerra kontra Ġuda—Kristu se jitwieled minn verġni—Qabbel Isaija 7. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 18Kristu se jkun ġebla ta’ tfixkil u blata ta’ offiża—Fittxu l‑Mulej, mhux lis‑sħaħar li jsefsfu—Ħarsu lejn il‑liġi u lejn ix‑xhieda għall‑gwida—Qabbel Isaija 8. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 19Isaija jitkellem f’sens messjaniku—In‑nies fid‑dalma se jaraw dawl kbir—Tweldilna tifel—Hu se jkun il‑Prinċep tas‑Sliem u se jsaltan fuq it‑tron ta’ David—Qabbel Isaija 9. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 20Il‑qerda tal‑Assirja hija raffigurazzjoni tal‑qerda tal‑ħżiena fit‑Tieni Miġja—Ftit se jkun baqa’ nies wara li l‑Mulej jerġa’ jiġi—F’dak il‑jum il‑fdal ta’ Ġakobb se jerġgħu lura—Qabbel Isaija 10. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 21Iz‑zokk ta’ Ġesse (Kristu) se jagħmel ħaqq ġust—L‑għarfien ta’ Alla se jilħaq lid‑dinja kollha fil‑Millennju—Il‑Mulej se jgħolli sinjal u jiġbor flimkien lil Iżrael—Qabbel Isaija 11. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 22Fi żmien il‑millennju l‑bnedmin kollha se jroddu ħajr lill‑Mulej—Hu se jgħammar fosthom—Qabbel Isaija 12. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 23Il‑qerda ta’ Babilonja hija raffigurazzjoni tal‑qerda fit‑Tieni Miġja—Dan se jkun jum ta’ korla u vendetta—Babilonja (id‑dinja) se taqa’ darba għal dejjem—Qabbel Isaija 13. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 24Iżrael se jinġabar u se jgawdi l‑mistrieħ waqt il‑millennju—Luċifru ġie mkeċċi ’l barra mis‑smewwiet talli rvella—Iżrael se joħroġ rebbieħ fuq Babilonja (id‑dinja)—Qabbel Isaija 14. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 25Nefi jeżulta fis‑sempliċità—Il‑profeziji ta’ Isaija se jiġu mifhuma fl‑aħħar żminijiet—Il‑Lhud jerġgħu lura minn Babilonja, isallbu lill‑Messija, u jiġu mxerrdin u kkastigati—Huma jiġu rrestawrati meta jemmnu fil‑Messija—Hu jiġi għall‑ewwel darba sitt mitt sena wara li Leħi ħalla Ġerusalemm—In‑Nefiti jħarsu l‑liġi ta’ Mosè u jemmnu fi Kristu, li hu l‑Qaddis ta’ Iżrael. Madwar 559‑545 Q.K. Kapitlu 26Kristu se jkun qaddej fost in‑Nefiti—Nefi jipprevedi l‑qerda tal‑poplu tiegħu—Huma se jitkellmu minn ġot‑trab—Il‑Ġentili se jibnu knejjes foloz u alleanzi sigrieti—Il‑Mulej jipprojbixxi l‑bnedmin milli jwettqu l‑frodi saċerdotali. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 27Id‑dlam u l‑apostasija se jiksu l‑art fl‑aħħar żminijiet—Il‑Ktieb ta’ Mormon se jinġieb għad‑dawl—Tliet Xhieda se jixhdu dwar il‑ktieb—L‑istudjuż jgħid li ma jistax jaqra l‑ktieb issiġillat—Il‑Mulej sejjer iwettaq ħidma tassew meraviljuża u tal‑għaġeb—Qabbel Isaija 29. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 28Fl‑aħħar żminijiet se jinbnew bosta knejjes foloz—Huma se jgħallmu duttrina falza, fiergħa, u assurda—L‑apostasija se tkun prevalenti minħabba għalliema foloz—Ix‑xitan jgħaddab qlub il‑bnedmin—Hu jgħallem kull xorta ta’ duttrina falza. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 29Bosta Ġentili se jwarrbu l‑Ktieb ta’ Mormon—Huma se jgħidu, M’għandniex bżonn ta’ aktar Bibbja—Il‑Mulej ikellem lil bosta ġnus—Hu jagħmel ħaqq mid‑dinja permezz tal‑kotba li se jinkitbu. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 30Il‑Ġentili li jikkonvertu se jingħaddu mal‑poplu tal‑patt—Bosta Lamaniti u Lhud se jemmnu l‑kelma u jsiru nies dħulin—Iżrael se jiġi rrestawrat u l‑ħżiena sejrin jinqerdu. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 31Nefi jgħid għalfejn Kristu tgħammed—Il‑bnedmin jeħtieġ li jimxu wara Kristu, jitgħammdu, jirċievu l‑Ispirtu s‑Santu, u jibqgħu sħaħ sal‑aħħar biex huma jsalvaw—L‑indiema u l‑magħmudija huma l‑bieb li jagħti għall‑mogħdija stretta u dejqa—Il‑ħajja ta’ dejjem jiksbuha dawk li jħarsu l‑kmandamenti wara l‑magħmudija. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 32L‑anġli jitkellmu bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu—Il‑bnedmin jeħtieġ li jitolbu u jiksbu l‑għarfien għalihom infushom mill‑Ispirtu s‑Santu. Madwar 559–545 Q.K. Kapitlu 33Kliem Nefi huwa veru—Huwa jixhed dwar Kristu—Dawk li jemmnu fi Kristu jemmnu kliem Nefi, li se jkun xhud quddiem l‑iżbarra tal‑ġudizzju. Madwar 559–545 Q.K.