Skrittura
2 Nefi 14


Kapitlu 14

Sijon u l‑bniet tagħha se jiġu mifdija u mnaddfa f’żmien il‑millennju—Qabbel Isaija 4. Madwar 559–545 Q.K.

1 U dakinhar jaqbdu seba’ nisa ma’ raġel wieħed u jgħidulu: Nieklu ħobżna, u nxiddu lbiesna; biżżejjed nissejħu b’ismek biex jitneħħa l‑għajb minn fuqna.

2 Dakinhar il‑fergħa tal‑Mulej tkun ġmiel u glorja; il‑frott tal‑art ikun eċċellenti u mill‑itjeb għal dawk li ħarbu minn Iżrael.

3 U jiġri li min jibqa’ f’Sijon u min jitħalla f’Ġerusalemm, qaddis jissejjaħ, kull min hu miktub fost il‑ħajjin f’Ġerusalemm—

4 Meta l‑Mulej ikun naddaf il‑ħmieġ tal‑bniet ta’ Sijon, u ħasel id‑dmija ta’ Ġerusalemm minn ġo nofsha bl‑ispirtu tal‑ħaqq u bl‑ispirtu tal‑qerda tan‑nar.

5 U joħloq il‑Mulej fuq il‑medda kollha tal‑muntanja ta’ Sijon, u fuq in‑nies miġmugħa fiha, sħaba binhar u duħħan, u dija ta’ nar iħeġġeġ billejl; għax il‑protezzjoni se tkun fuq il‑glorja kollha ta’ Sijon.

6 U se jkun hemm tabernaklu għad‑dell mis‑sħana binhar, u post kenni, u lqugħ mill‑maltemp u x‑xita.