Skrittura
1 Nefi 6


Kapitlu 6

Nefi jikteb dwar il‑ħwejjeġ ta’ Alla—L‑għan ta’ Nefi hu li jipperswadi lill‑bnedmin biex jersqu lejn l‑Alla ta’ Abraham u jsalvaw. Madwar 600–592 Q.K.

1 U issa jien, Nefi, mhux se nagħti l‑arblu tar‑razza ta’ missirijieti f’din il‑parti tal‑annali tiegħi; u fl‑ebda ħin wara ma jien se nagħtih fuq dawn il‑pjanċi li qiegħed nikteb; għaliex ingħata fl‑annali li żamm għandu missieri; għalhekk, jien mhux se niktbu f’din il‑kitba.

2 Għax biżżejjed għalija li ngħid li aħna ġejjin min‑nisel ta’ Ġużeppi.

3 U m’għandix interess li nikteb fid‑dettall rakkont sħiħ tal‑ħwejjeġ kollha ta’ missieri, għax ma jistgħux jinkitbu fuq dawn il‑pjanċi, għaliex nixtieq li jkolli spazju biżżejjed biex inkun nista’ nikteb dwar il‑ħwejjeġ ta’ Alla.

4 Għax l‑intenzjoni kollha tiegħi hi li nkun nista’ nipperswadi lill‑bnedmin biex jersqu lejn l‑Alla ta’ Abraham, u l‑Alla ta’ Iżakk, u l‑Alla ta’ Ġakobb, u jsalvaw.

5 Għalhekk, mhux se nikteb il‑ħwejjeġ li jogħġbu lid‑dinja, iżda se nikteb il‑ħwejjeġ li jogħġbu lil Alla u lil dawk li mhumiex tad‑dinja.

6 Għalhekk, jien se nagħti kmandament lin‑nisel tiegħi, li huma m’għadhomx jokkupaw dawn il‑pjanċi bi ħwejjeġ li mhumiex ta’ valur għal ulied il‑bnedmin.