Skrittura
Testimonjanza ta’ Tmien Xhieda


It‑Testimonjanza ta’ Tmien Xhieda

Biex kull ġens, tribù, ilsien, u poplu, li għandu se jasal dan il‑ktieb, ikun jaf: Li Joseph Smith, Jun., it‑traduttur ta’ dan il‑ktieb, wera lilna l‑pjanċi li ssemmew qabel, li jidhru li huma tad‑deheb; u li aħna missejna b’idejna l‑folji kollha li l‑imsemmi Smith ittraduċa; u li aħna rajna wkoll l‑inċiżjonijiet ta’ fuqhom, fejn ilkoll kemm huma jidhru li huma xogħol antik, u magħmulin b’sengħa kbira. U ta’ dan aħna nagħtu xhieda b’mod mill‑aktar solenni, li l‑imsemmi Smith uriena l‑pjanċi, għax aħna rajnihom u żammejnihom f’idejna, u nafu tassew li l‑imsemmi Smith għandu l‑pjanċi li tkellimna dwarhom. U aħna nagħtu isimna lid‑dinja, biex nixhdu mad‑dinja dak li aħna rajna. U aħna ma ngħidux kelma b’oħra, Alla hu xhud ta’ dan.

Christian Whitmer

Jacob Whitmer

Peter Whitmer, Jun.

John Whitmer

Hiram Page

Joseph Smith, Sen.

Hyrum Smith

Samuel H. Smith