Skrittura
Paġna tat‑Titlu tal‑Ktieb ta’ Mormon


Il‑Ktieb ta’ Mormon

Rakkont Miktub minn
Id Mormon
fuq Pjanċi
Meħuda mill‑Pjanċi ta’ Nefi

Għalhekk, dan hu kompendju tal‑annali tal‑poplu ta’ Nefi, kif ukoll tal‑Lamaniti—Miktub għal‑Lamaniti, li huma fdal tad‑dar ta’ Iżrael; kif ukoll għal‑Lhud u għall‑Ġentili—Miktub fuq ordni ta’ kmandament, kif ukoll permezz tal‑ispirtu tal‑profezija u r‑rivelazzjoni—Miktub u ssiġillat, u moħbi għall‑Mulej, ħalli ma jiġix meqrud—Biex jara d‑dawl permezz tad‑don u l‑qawwa ta’ Alla ħalli jiġi interpretat—Issiġillat minn id Moroni, u moħbi għall‑Mulej, biex jara d‑dawl meta jkun il‑waqt permezz tal‑Ġentili—L‑interpretazzjoni tiegħu permezz tad‑don ta’ Alla.

Kompendju meħud ukoll mill‑Ktieb ta’ Għeter, li hu l‑istorja tal‑poplu ta’ Ġared, li nxtered fiż‑żmien li fih il‑Mulej ħawwad il‑lingwa tal‑poplu, meta huma bdew jibnu torri biex jitilgħu fis‑smewwiet—Sabiex juri lill‑fdal tad‑dar ta’ Iżrael xi ħwejjeġ kbar għamel il‑Mulej għal missirijiethom; u sabiex ikunu jafu l‑patti tal‑Mulej, ħalli ma jiġux imwarrbin għal dejjem—Kif ukoll biex jikkonvinċi lil‑Lhud u lill‑Ġentili li Ġesù hu l‑Kristu, Alla l‑Etern, li qed juri lilu nnifsu lill‑ġnus kollha—U issa, jekk fih xi żbalji, huma l‑iżbalji tal‑bnedmin; għalhekk, tikkundannawx il‑ħwejjeġ ta’ Alla, sabiex intom tinstabu bla tebgħa quddiem it‑tribunal ta’ Kristu.

Traduzzjoni oriġinali mill‑pjanċi għall‑Ingliż
Minn Joseph Smith, Jun.