Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 10: Għallem biex Tibni l-Fidi f’Ġesù Kristu.


“Kapitlu 10: Għallem biex Tibni l-Fidi f’Ġesù Kristu.” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)

“Kapitlu 10,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

Immaġni
Id-Diskors tal-Muntanja, ta’ Harry Anderson

Kapitlu 10

Għallem biex Tibni l-Fidi f’Ġesù Kristu.

Ikkunsidra Dan

  • Kif nista’ niddependi permezz tal-Ispirtu?

  • Kif nista’ ngħallem mill-iskrittura?

  • Kif għandi naqsam it-testimonjanza tiegħi meta nkun qed ngħallem?

  • Kif nistgħu nippjana u nirranġa it-tagħlim tiegħi biex nilħaq il-bżonnijiet tan-nies?

  • Kif nista’ nistaqsi mistoqsijiet aħjar u nsir semmiegħ aħjar?

  • Kif nista’ ngħin lin-nies isibu tweġibiet għall-mistoqsijiet tagħhom u jirċievu gwida u qawwa?

Inti msejjaħ biex tgħallem l-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu lil kull min lest li jilqgħek. It-tagħlim huwa fil-qofol ta’ dak kollu li tagħmel. Hekk kif tiddependi fuq il-Mulej għall-għajnuna, Huwa wiegħed:

“U kull min jilqagħkom, hemm inkun jiena wkoll, għax jiena se nkun quddiemkom. Jiena se nkun fuq il-lemin u fuq ix-xellug tagħkom, u l-Ispirtu tiegħi se jkun f’qalbkom, u l-anġli tiegħi jduru magħkom, biex jgħinukom” (Duttrina u Patti 84:88).

Itlob, studja, u pprattika biex ittejjeb il-ħila tiegħek biex tgħallem. Applika l-prinċipji ta’ dan il-kapitlu u ta’ kapitli oħrajn f’dan il-ktieb. Fottex bil-ħerqa r-rigal tat-tagħlim sabiex tkun tista’ tbierek lill-oħrajn u tigglorifika lil Alla. Il-Mulej se jgħinek tgħallem bil-qawwa u l-awtorità hekk kif b’diliġenza tfittxu u titgħallem il-kelma Tiegħu.

Fittex li Tgħallem kif Għallem is-Salvatur

Matul il-ministeru tiegħu fid-dinja, Ġesù “dar il-Galilja kollha … jgħallem …, ixandar …, u jfejjaq” (Mattew 4:23). Huwa għallem f’bosta ambjenti—fis-sinagogi, fid-djar, u barra fit-toroq. Huwa għallem quddiem ġemgħat kbar ta’ nies u matul konverżazzjonijiet privati. Uħud mill-iktar interazzjonijiet qawwija tiegħu kienu qsar ħafna jew f’ambjenti insoliti. Huwa għallem permezz tal-għemejjal tiegħu u anki permezz ta’ kliemu.

Is-Salvatur għallem lil kull persuna skont il-ħtiġijiet tagħha. Per eżempju, meta kien qed jaqdi raġel paralizzat, Huwa ħafirlu dnubietu u fejqu (ara Mark 2:1–12). Meta kien qed jimministra lil mara li kienet għamlet l-adulterju, Huwa pproteġiha u stedinha biex ma tindimx iktar (ara Ġwanni 8:2–11). Meta kien qed jitkellem ma’ raġel żagħżugħ li xtaq il-ħajja eterna, Huwa “ħabbu” minkejja li ż-żagħżugħ ċaħad li jaċċetta l-istedina Tiegħu biex jimxi warajh (Mark 10:21; ara vrus 17–21).

Tista’ ttejjeb il-mod kif tgħallem billi titgħallem kif għallem is-Salvatur. Per eżempju, Hwa ħabb lill-Missier u lil dawk li għallem. Kien jitlob ħafna. Kien jgħallem mill-iskrittura. Kien jitħejji spiritwalment. Kien jistaqsi mistoqsijiet ta’ ispirazzjoni. Kien jistieden lin-nies biex jaġixxu bil-fidi. Kien iqabbel l-prinċipji tal-evanġelju mal-ħajja ta’ kuljum.

Li nfittxu li ngħallmu kif għallem is-Salvatur huwa għan għall-ħajja kollha. Ħa tiġi għandek linja fuq linja hekk kif int timxi warajh (ara 2 Nefi 28:30; Għeter 12:41).

“Fittex li Tikseb il-Kelma Tiegħi”

Biex tgħallem l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, jeħtieġlek tkun taf d-duttrina u l-prinċipju tal-evanġelju. Trid ukoll l-għarfien spiritwali u l-konferma tal-veritajiet tal-evanġelju. Il-Mulej qal, “Tfittixx li tiddikjara l-kelma tiegħi, iżda l-ewwel fittex li tikseb il-kelma tiegħi.”

Li “ikseb il-kelma tal-Mulej ifisser li tistudjaha u tħalliha tinżel fil-fond ta’ qabel. Hekk kif tagħmel dan l-isforz, Huwa wiegħed, “Mbagħad ilsienek jinħall; jekk tixtieq, int ikollok l-Ispirtu tiegħi u l-kelma tiegħi, iva, il-qawwa ta’ Alla għall-konvinzjoni tal-bniedem” (Duttrina u Patti 11:21).

Immaġni
persuna timmarka l-iskrittura

Il-Mulej qal ukoll li “għożż f’ moħħok kontinwament kliem il-ħajja” (Duttrina u Patti 84:85). Li tgħożż kliem il-Mulej se jkattarlek l-għarfien u x-xhieda tiegħek. Ix-xewqa u l-ħila tiegħek li tgħallem l-evanġelju se tiżdied bl-istess mod. (Ara Ġakobb 4:6–7; Alma 32:27–42; 36:26; 37:8–9.)

Bl-għajnuna tat-talb ikseb u għożż il-kelma tal-Mulej billi tistudja l-iskrittura, kliem il-profeti tajbin, u l-lezzjonijiet f’kapitlu 3.

Għallem permezz tal-Ispirtu

L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Huwa “l-qawwa ta’ Alla għas-salvazzjoni lil kull min jemmen” (Rumani 1:16). Għal dik ir-raġuni, jeħtieġ il-messaġġ tar-Restawrazzjoni tal-evanġelju jiġi mgħallem b’qawwa divina—il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Huwa importanti li tiżviluppa ħiliet biex tgħallem. Huwa importanti wkoll li int titgħallem id-duttrina u l-prinċipji li tgħallem. Madanakollu, meta qed tgħallem veritajiet spiritwali, inti ma tiddependix primarjament fuq il-ħiliet u l-għarfien tiegħek.

Il-veritajiet spiritwali huma mgħallma bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Il-Mulej qal, “L-Ispirtu jingħatalkom bit-talb tal-fidi; u jekk ma tirċevux l-Ispirtu m’ għandkomx tgħallmu” (Duttrina u Patti 42:14; ara wkoll Duttrina u Patti 50:13–14, 17–22).

Xi Jfisser li Tgħallem permezz tal-Ispirtu

Meta tgħallem permezz tal-Ispirtu, int titlob li jkollok il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu fit-tagħlim tiegħek. Int titlob ukoll li n-nies jirċievu l-veritajiet permezz tal-Ispirtu. In-nies jistgħu jiġu persważi minn xi veritajiet, imma biex jikkonvertu, huma jeħtiġilhom li jkollhom esperjenza permezz tal-Ispirtu (ara Duttrina u Patti 8:2–3).

Ipprepara lilek innifsek biex tkun strument li permezz tiegħu l-Ispirtu jista’ jgħallem. Qis l-Ispirtu s-Santu bħala l-kumpann tiegħek fit-tagħlim.

Iddependi fuq l-Ispirtu biex jgħinek tkun taf x’għandek tgħid. Huwa se jfakkrek id-duttrina li inti studjajt. Huwa se jgħinek tippjana u taġġusta dak li inti tgħallem skont il-ħtiġijiet tal-persuna.

Meta tgħallem permezz tal-Ispirtu, huwa se jieħu l-messaġġ tiegħek ġewwa l-qalb tan-nies. Huwa se jikkonferma l-messaġġ tiegħek meta int tagħti t-testimonjanza tiegħek. Int u dawk li jirċievu dak li int tgħallem permezz tal-Ispirtu se jkunu edifikati, jifhmu lil xulxin, u jithennew flimkien. (ara 2 Nefi 33:1; Duttrina u Patti 50:13-22.

Immaġni
Il-President Ezra Taft Benson

“L-Ispirtu huwa l-iktar element waħdani importanti f’din il-ħidma. Hekk kif l-Ispirtu jkabbar is-sejħa tiegħek, int tista’ tagħmel mirakli għall-Mulej fl-għalqa tal-missjoni. Mingħajr l-Ispirtu, qatt ma jista’ jirnexxielek minkejja it-talent u l-abbiltà tiegħek” (Ezra Taft Benson, seminar għal presidenti tal-missjoni ġodda, 25 ta’ Ġunju, 1986).

Il-Wegħda tas-Sejħa Tiegħek

Inti ġejt imsejjaħ u distint “biex tippriedka l-evanġelju tiegħi bl-Ispirtu, saħansitra l-Farrâġ li kien ntbagħat biex jgħallem il-verità” (Duttrina u Patti 50:14). Xi drabi taf tħossok anzjuż u inadegwat. Forsi tinkwieta li ma tafx biżżejjed jew li m’għandekx biżżejjed esperjenza.

Il-Missier fis-Smewwiet, li jafek perfettament, sejjaħlek sforz dak li int tista’ toffri bħala wieħed li huwa kommess li jimxi wara Ġesù Kristu. Huwa ma jħallikx waħdek. Afda li l-Ispirtu se jkabbar il-ħiliet tiegħek u se jgħallem il-verità li fawk li huma lesti li jirċevuha.

Immaġni
Il-Presbiteru Neil L. Andersen

Il-Presbiteru Neil L. Andersen qal: “Jien u ikkontemplajt l-isfida ta’ missjoni, jien ħassejtni inadegwat ħafna u xejn ippreparat. Niftakarni nitlob, ‘Missier fis-Smewwiet, kif nista’ nservi missjoni meta naf tant ftit?’ Jien kont nemmen fil-Knisja, iżda ħassejt li l-għarfien spiritwali tegħi kienu limitat ħafna. Jien u nitlob, wasal is-sentiment: ‘Ma tafx kollox, imma taf biżżejjed!’ Dik ir-riassigurazzjoni tatni l-kuraġġ biex nagħti l-pass li kien imiss fl-għalqa tal-missjoni” (“Int Taf Biżżejjed,” Liahona, Nov. 2008, 13).

Stieden lill-Ispirtu hekk kif Tibda Tgħallem

L-ewwel ftit mumenti man-nies huma importanti ħafna. Kun ġenwin u uri rispett. Uri interess u mħabba sinċiera. Fittex li tikseb il-fiduċja tagħhom. Mod kif tikseb il-fiduċja huwa meta n-nies iħossu l-Ispirtu miegħek.

Staqsi xi ftit mistoqsijiet sempliċi biex jgħinuk tifhem minn liema ambjent ġejjin u l-aspettazzjonijiet tagħhom dwar iż-żjarat tiegħek. Isma’ bir-reqqa kollha.

Qabel ma tibda, stieden lil dawk kollha preżenti biex jingħaqdu fil-lezzjoni. Inkoraġġihom biex ineħħu kull ħaġa ta’ distrazzjoni biex l-Ispirtu tal-Mulej ikun jista’ jinħass.

Spjega li tixtieq tibda u tispiċċa kull lezzjoni b’talba. Offri li tagħmel it-talba tal-bidu. Itlob b’mod sempliċi u sinċier li Alla se jbierek lin-nies li qed tgħallem f’kull aspett ta’ ħajjithom. Itlob li jkunu jistgħu jħossu l-verità ta’ dak li se tgħallem. Ftakar li “it-talba tal-bniedem ġust magħmula bil-ħerqa għandha qawwa kbira” (Ġakbu 5:16).

Ara li jkollok il-fidi fil-qawwa li tikkonverti permezz tal-Ispirtu s-Santu. Hekk kif iggwidat bl-Ispirtu, int tista’ turi ħsibijiet bħal dawn li ġejjin meta tibda tgħallem:

  • Alla Huwa Missierna fis-Smewwiet li tant iħobbna. Aħna lkoll aħwa. Huwa jridna nkunu kuntenti.

  • Aħna lkoll għandna diffikultajiet u tbatijiet. Irrelevanti minn xiex għaddejin, Ġesù Kristu u t-tagħlim tiegħu jistgħu jgħinukom. Huwa jista’ jgħinkom issib il-paċi, it-tama, il-fejqan, u l-kuntentizza. Ġesù jista’ jgħinkom biex ikollkom qawwa kbira għad-diffikultajiet tal-ħajja.

  • Aħna lkoll nagħmlu żbalji, li jistgħu joħolqu sentimenti ta’ ħtija, mistħija, u dispjaċir. Dawn is-sentimenti imorru biss hekk kif aħna nindmu u nfittxu l-maħfra ta’ Alla. Permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu biss aħna nistgħu nkunu totalment imfejqin minn dnubietna.

  • Aħna se nkunu gwidi biex int tistgħu tigħallmu l-verità tal-messaġġ tagħna għalikom infuskom. Aħna se nistidnukom biex tagħmlu xi affarijiet, bħal qari, talb, u attendenza fil-knisja. L-irwol tagħna huwa li ngħinukom taġixxu fuq dawn l-istediniet u nispjegaw il-barkiet li intom tistgħu tirċievu. Jekk jogħġbkom staqsu mistoqsijiet.

  • Aħna ġejna msejħin minn profeta ta’ Alla biex naqsmu ma’ ħaddieħor dak li nafu. Aħna nafu li l-messaġġ tagħna huwa veru.

  • Aħna se ngħallmukom kif tagħmlu l-patti, jew wegħdiet speċjali, ma’ Alla. Dawn il-patti se jgħaqqdukom ma’ Alla u jħallukom tirċievi l-hena, il-qawwa, u wegħdiet speċjali mingħandu.

  • Intpm se titgħallmu kif se tagħmlu l-bidliet fil-ħajja tagħkom u timxu wara Ġesù Kristu u t-tagħlim tiegħu. Tagħlima waħda essenzjali ta’ Ġesù Kristu, u l-ewwel patt li nagħmlu, huwa l i nimxu fuq l-eżempju tiegħu u nitgħammdu minn awtorità xierqa (ara Ġwanni 3:5; Duttrina u Patti 22).

Immaġni
missjunarji jitolbu

Qabel tgħallem lezzjoni, agħti sommarju ħafif ta’ dak li se tgħallem. Għin lin-nies jaraw kif se jkollha relevanzi għalihom. Per eżempju, tista’ tgħid, “Aħna qegħdin hawn biex naqsmu mal-oħrajn il-messaġġ li Ġesù Kristu stabbilixxa l-Knisja tiegħu fuq din id-dinja llum u sejjaħ profeti ħajjin biex jiggwidawna.” Jew inkella tista’ tgħid, “Aħna qegħdin hawn biex ngħinukom issiru tafu li Alla jħobbkom u għandu pjan għall-kuntentizza tagħkom.”

In-nies kollha se jibbenifikaw hekk kif jaċċettaw u jgħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Missierna fis-Smewwiet jista’ jkun li bierek lin-nies li se ssib bi preparazzjoni ta’ valur spiritwali (ara Alma 16:16–17).

Meta tistieden lill-Ispirtu u taqsam mal-oħrajn il-verità fl-ewwel laqgħa se tgħin lin-nies jagħrfuk bħala qaddejja tal-Mulej.

Studju Personali jew Akkumpanjat

Uża s-suġġerimenti f’din is-sezzjoni biex tipprattika modi differenti biex tibda lezzjoni.

Uża l-Iskrittura

Ix-xogħlijiet standard tal-Knisja huma s-sorsi ewelnin biex tgħallem l-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu. Hemm bosta raġunijiet għalfejn hija xi ħaġa vitali li tuża l-iskrittura bħala bażi għat-tagħlim tiegħek. Per eżempju:

  • L-iskrittura tistieden lill-Ispirtu s-Santu fit-tagħlim tiegħek (ara Luqa 24:13–32).

  • Iktar minn kull ħaġa oħra, l-iskrittura għandha effett qawwi ħafna fuq l-imħuħ tan-nies (ara Alma 31:5).

  • L-iskrittura tindirizza l-ikbar mistoqsijiet tar-ruħ (ara kapitlu 5; ara wkoll 2 Nefi 32:3; Ġakobb 2:8).

  • L-iskrittura tagħti awtorità u validità lit-tagħlim tiegħek.

  • Il-Mulej u l-profeti tiegħu qalu li hekk tagħmel (ara Duttrina u Patti 42:12, 56–58; 71:1).

Meta tuża l-iskrittura fit-tagħlim tiegħek, int tista’ tgħin lill-oħrajn jibdew jistudjaw l-iskrittura waħedhom. Peress li l-imħabba tiegħek għall-iskrittura hija evidenti, huma se jitħeġġu biex jistudjaw. Uri kif li jistudjaw l-iskrittura se jgħinhom jitgħallmu l-evanġelju u jħossu l-imħabba ta’ Alla. Agħti eżempji ta’ kif l-iskrittura tista’ tgħinhom isibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet u jirċievu l-gwida u l-qawwa.

Agħti lilek innifsek lill-istudju tal-iskrittura sabiex int tkun tista’ tgħallem minnha b’mod effettiv (ara kapitlu 2). Il-ħila tiegħek li tgħallem mill-iskrittura se titjieb hekk kif tistudjaha kull ġurnata, kemm personalment u kemm mal-kumpann tiegħek.

Għin lin-nies jiżviluppaw il-fidi f’Ġesù Kristu billu jistudjaw l-iskrittura, partikolarment il-Ktieb ta’ Mormon. Is-suġġerimenti li ġejjin jistgħu jgħinuk.

Immaġni
grupp qed jistidja l-iskrittura

Introduċi l-Iskrittura

Fil-qosor iddeskrivi l-isfond tal-passaġġ. L-eżempji li ġejjin juri xi modi kif tintroduċi l-iskrittura:

  • “Fl-istorja ta’ Joseph Smith, Joseph jgħidilna fi kliemu x’ġara meta mar fil-masaġar jitlob. Huwa qal, ‘Rajt kolonna ta’ dawl …’”

  • “F’dan il-passaġġ, il-profeta Alma qed jgħallem lin-nies li huma fqar biex jeżerċitaw il-fidi tagħhom fil-kelma ta’ Alla. Huwa jqabbel il-kelma ta’ Alla ma’ żerriegħa li tista’ tinżera’ f’qalbna. Tixtieq tibda taqra vers … ?”

Aqra l-Passaġġ

Aqra l-versi b’leħen għoli jew staqsi lill-persuna li qed tgħallem biex taqra tgħajjat. Kun sensittiv għal dawk li jbatu biex jaqraw. Jekk il-passaġġ huwa wieħed diffiċli għalihom biex jifhmu, aqra magħhom u spjega skont il-bżonn. Iddefinixxi kull kelma jew frażi diffiċli. Jew inkella għatihom passaġġ iktar sempliċi biex jaqraw. Stedinhom biex ifittxu xi punti partikolari fil-passaġġ.

Applika mill-Iskrittura

Nefi qal, “Jiena xebbaht l‑iskrittura kollha magħna, sabiex tkun għalina ta’ benefiċċju u tagħlim.” (1 Nefi 19:23). Li “xxebbah” ifisser li tapplika l-iskrittura f’ħajtek.

Xebbah l-iskrittura ma’ dawk li tgħallem billi turi li l-istejjer u l-prinċipji huma relevanti għalihom personalment. Per eżempju:

  • “Il-poplu ta’ Alma jixbahkom: kellhom ħafna toqol, kważi iktar milli kienu jifilħu. Iżda hekk kif eżerċitaw il-fidi u bdew jitolbu, Alla qawwihom u hekk setgħu jissaportu l-isfidi. Imbagħad Hu ħelishom mill-provi tagħhom. L-istess kif Hu għamel ma’ dawn in-nies, jien naf li Alla se jgħinkom fil-provi tagħkom kif intom …” (Ara Mosija 24.)

  • “L-istruzzjoni ta’ Alma lill-poplu fl-Ilmijiet ta’ Mormon tapplika għalina llum il-ġurnata. John, int tixtieq li … ?” Ara Mosija 18.

Għallem lin-nies kif “ixebbhu” l-iskrittura waħedhom. Li tiskopri l-applikazzjonijiet personali se jgħinhom japplikaw u jesperjenzaw il-qawwa tal-kelma ta’ Alla.

Stieden u Għin lin-Nies Jaqraw Waħedhom

In-nies li inti tgħallem jeħtiġilhom jaqraw l-iskrittura, partikolarment il-Ktieb ta’ Mormon, biex jiksbu testimonjanza tal-verità. Billi tuża l-iskrittura b’mode effettiv inti u tgħallem, int tista’ tgħin lin-nies jibdew jistudjaw l-iskrittura waħedhom.

Wara kull żjara, issuġġerixxi kapitli jew versi speċifiċi biex huma jaqraw. Issuġġerixxi mistoqsijiet biex jikkunsidraw huma u jaqraw. Ħeġġiġhom biex jistudjaw l-iskrittura ta’ kuljum, waħedhom u mal-familja tagħhom. Tista’ ssaqsi wkoll lill-membri biex jaqraw magħhom bejn il-lezzjonijiet.

Qabel ma tibda l-lezzjoni li jmiss, irrevedi billi tiddiskuti dak li kont setdinthom jaqraw. Skont kif meħtieġ, għinhom jifhmu u “jxebbhu” dawn l-iskritturi. Ħeġġiġhom biex iniżżlu l-ħsibijiet u l-mistoqsijiet tagħhom.

Meta tgħin lin-nies jaqraw, jifhmu, u japplikaw l-iskrittura—speċjalment il-Ktieb ta’ Mormon—huma se jkollhom esperjenzi spiritwali bil-klema ta’ Alla. Ħa tikber il-ħajra fihom li jaqraw waħedhom u li jagħmlu l-iskrittura parti importanti minn ħajjithom.

Immaġni
missjunarji jgħallmu familja

Għin lin-Nies Jaċċessew l-Iskrittura

L-iskrittura u l-kliem tal-profeti ħajjin huma disponibbli b’bosta modi u f’lingwi, ħafna iktar milli kienu qabel. Sir af x’għażliet stampati u diġitali huma disponibbli għan-nies li tgħallem. Għin lin-nies jaċċessaw l-iskrittura bil-modi li jaqblu mal-ħtiġijiet u l-prefernzi tagħhom. Ikkunsidra dan li ġej:

  • Staqsi lin-nies b’liema lingwa jixtiequ jaqraw jew jisimgħu l-iskrittura.

  • Dawk li jbatu biex jaqraw, jew dawk li jbatu biex jifhmu dak li jaqraw, jistgħu jibbenifikaw billi jaqraw jgħajtu jew billi jisimgħu awdjo rikordings. Dawn huma disponibbli fl-apps u l-websajts tal-Knisja bla ħlas.

  • Jekk persuna għandha tagħmir diġitali, għinha taċċessa l-iskrittura, speċjalment il-Ktieb ta’ Mormon. L-app tal-Ktieb ta’ Mormon u l-Librerija tal-Evanġelju huma bla ħlas u faċli biex taqsamhom ma’ oħrajn.

  • Jekk qed tuża l-messaġġi, taħdit onlajn, jew imejl, ibgħat il-ħoloq jew ritratti tal-iskrittura. Meta tgħallem permezz tal-vidjow, ikkunsidra li taqsam l-iskrin tiegħek mal-oħrajn biex tkunu tistgħu taqraw il-versi flimkien.

  • Għin lin-nies jaċċessaw il-kliem tal-profeti ħajjin.

Studju Personali jew Akkumpanjat

Kun ċert li int u l-kumpann tiegħek ikollkom riżorsi tal-iskrittura aġġornati fuq il-mowbajl tagħkom, inkluż l-app tal-Ktieb ta’ Mormon u l-Librerija tal-Evanġelju.

Agħżel wieħed mill-passaġġi tal-iskrittura li ġejjin: paġna tat-titlu tal-Ktieb ta’ Mormon; 3 Nefi 11; Moroni 10:3–8; Ġwanni 17:3; Rumani 8:16–17; 1 Korintin 15:29; Ġakbu 1:5; 1 Pietru 3:19–20; Amos 3:7.

Iddetermina kif se:

  • Tintroduċi l-passaġġ.

  • Tipprovdi sfond u kuntest.

  • Taqra l-passaġġ u tispjega t-tifsira tiegħu.

  • Tispjega kliem diffiċli.

  • Tgħin lil dawk li tgħallem japplikawh fil-ħajja tagħhom.

Studju tal-Iskrittura

Għalxiex huwa importanti li tgħallem l-iskrittura?

Aqsam it-Testimonjanza Tiegħek

Testimonjanza hi xhieda spiritwali mogħtija li xi individwu permezz tal-Ispirtu s-Santu. Li taqsam it-testimonjanza tiegħek mal-oħrajn huwa li tagħti dikjarazzjoni tal-għarfien sempliċi u diretta jew tat-twemmin dwar il-verità tal-evanġelju. Meta taqsam mal-oħrajn it-testimonjanza tiegħek tkun qed iżżid ix-xhieda personali tiegħek mill-veritajiet li għallimt mill-iskrittura.

Li taqsam it-testimonjanza tiegħek mal-oħrajn huwa mod qawwi kif tistieden lill-Ispirtu u tgħin lill-oħrajn iħossu l-influwenza tiegħu. Waħda mill-missjonijiet tal-Ispirtu s-Santu hi li jixhed dwar Missierna fis-Smewwiet u Ġesù Kristu. Ħafna drabi Hu jwettaq dan bis-sħubija tiegħu miegħek hekk kif int tagħti testimonjanza.

Testimonjanza qawwija ma tiddependix fuq l-elokwenza jew il-volum tal-vuċi tiegħek—iżda fuq il-konvinzjoni u s-sinċerità ta’ qalbkom. Oqgħod attent biex ma tgħaġġilx it-testimonjanza tiegħek, u ma tiddrammatizzahiex. Agħti ċ-ċans lin-nies li jħossu lill-Ispirtu s-Santu jagħtihom xhieda li dak li għallimthom huwa veru.

It-testimonjanza tiegħek tista’ tkuun xi ħaġa sempliċi bħala “Ġesù Kristu huwa s-Salvatur u l-Feddej tagħna” jew “Jien tgħallimt waħdi li l-Ktienb ta’ Mormon huwa veru.” Tista’ wkoll taqsam magħhom esperjenza qasira dwar kif ksibt din it-testimonjanza.

Meta tgħallem, aqsam it-testimonjanza man-nies malli tħoss is-suġġerimenti, u mhux fl-aħħar biss. Meta l-kumpann tiegħek qed jgħallem, aqsam it-Testimonjanza tiegħek biex tipprovdi t-tieni xhieda ta’ dak li hu għallem, jew hi għallmet.

Aqsam it-testimonjanza tiegħek li l-prinċipju li qed tgħallem se jbierek il=ħajja tal-persuna jew din se tiimxi fuqu. Tkellem kif li qed tgħix dan il-prinċipju beriklek ħajtek. It-testimonjanza sinċiera tiegħek se tgħin biex jinħoloq ambjent biex in-nies iħossu l-Ispirtu s-Santu jikkonferma l-verità.

Studju Personali

Il-passaġġi li ġejjin mill-iskrittura huma eżempji ta’ testimonjza mogħtija. Ikkonsidra l-mistoqsijiet hekk kif taqra kull skrittura. Niżżel it-tweġibiet tiegħek fid-djarju tal-istudju tiegħek.

Studju tal-Iskrittura

X’jgħallmu s-siltiet tal-iskrittura li ġejjin dwar il-prinċipji u l-wegħdiet talli nagħtu testimonjanza?

Ippjana u Aġġusta t-Tagħlim Tiegħek biex Tilħaq il-Ħtiġijiet

Kull persuna li tgħallem hija unika. Fittex li tifhem l-interessi, il-ħtiġijiet, u t-tħassib tal-persuna. Staqsi mistoqsijiet u isma’ b’attenzjoni. Għalkemm jista’ jagħti l-każ li int ma tifhimx b’mod sħiħ il-ħtiġijiet tal-persuna, ftakar li l-Missier fis-Smewwiet jifhimhom bis-sħiħ. Huwa se jiggwidak permezz tal-Ispirtu s-Santu.

Immaġni
missjunarji qed jgħallmu koppja

Ħalli l-Ispirtu Jiggwida l-Ordni tal-Lezzjonijiet

Ħalli l-Ispirtu jiggwida l-ordni li biha inti tgħallem il-lezzjonijiet tiegħek. Int għandek il-flessibiltà biex tgħallem il-lezzjonijiet fl-aqwa ordni għall-ħtiġijiet, mistoqsijiet, u ċirkostanzi ta’ dawk li tgħallem.

Xi kultant forsi tista’ tikkombiina prinċipji minn lezzjonijiet differenti biiex tindirizza l-ħtiġijiet jew l-interessi ta’ persuna. Ara t-tliet eżempji li ġejjin.

Yuki sabek onlajn u qed tistaqsi għala l-ħbieb tagħha fil-Knisja ma jpejpux u ma jixorbux. Tista’ tgħallimha dwar il-barkiet tal-kmandamenti billi tuża s-sezzjonijiet li ġejjin minn kapitlu 3.

Samuel iħossu li ma jippartjeni mkien. Tista’ tgħallmu dwar l-identità tiegħu u postu fil-familja ta’ Alla billi tuża s-sezzjonijiet li ġejjin minn kapitlu 3.

Tatyana studjat ħafna reliġjonijiet u trid tkun taf x’għandha differenti l-Knisja. Tista’ tgħallimha dwar ir-Restawrazzjoni tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu tuża billi s-sezzjonijiet li ġejjin minn kapitlu 3.

Il-Missier fis-Smewwiet jaf lil uliedu, allura fittex l-ispirazzjoni biex tieħu dawn id-deċiżjonijiet hekk kif tipprepara ruħek biex tgħallem. Itlob għar-rigal tad-dixxerniment hekk kif tiddeċiedi x’tgħallem. Oqogħod attent għall-ħsibijet u s-sentimenti li jiġuk.

Immaġni
familja taqra l-iskrittura

Ħalli Żmien biex in-Nies Japplikaw Dak li Qed Jitgħallmu

Meta tgħallem, ħalli żmien biex in-nies japplikaw dak li qed jitgħallmu (ara 3 Nefi 17:2–3). Fittex modi xierqa biex tissapportjahom sabiex iżommu l-impenji tagħhom. Iffoka kif se tgħinhom permezz ta’ azzjonijiet li se jibnulhom sisien ta’ fidi, bħat-talb, il-qari, u l-attendenza l-knisja. Dan se jippermettilhom li jżommu impenji addizzjonali.

Hekk kif tippjana u tgħallem, kun sensittiv dwar kemm se taqsam informazzjoni ġdida. Għan primarju tat-tagħlim tiegħek huwa li tgħin lill-persuna tibni fidi f’Ġesù Kristu ħalli twassalha sal-indiema. L-għan tiegħek mhuwiex li tara kemm int tista’ tiddisponi ammont ta’ informazzjoni.

Għallem b’pass li huwa xieraq għall-persuna. Staqsi mistoqsijiet u isma’ b’attenzjoni sabiex tifhem kemm hu jew hi qed jitgħallmu tajjeb u japplikaw tajjeb dak li int qed tgħallem.

Il-veritajiet li tgħallem, flimkien mal-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, jistgħu jinfluwenzaw lin-nies biex jeżerċitaw il-volontà tagħhom b’modi li jibnu l-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu. Hekk kif jeżerċitaw il-fidi tagħhom fil-Mulej billi japplikaw dak li jitgħallmu, huma se jaslu biex jagħrfu permezz tal-Ispirtu li l-evanġelju huwa minnu,

Uża Varjetà ta’ Opportunitajiet ta’Tagħlim

L-opportunitajiet ta’ tagħlim jieħdu bosta forom, bħal żjajjar personali, chats bil-vidjo, telefonati, messaġġi elettroniċi, u midja soċjali.

Irrispetta l-Ħin li Għandhom in-Nies

Żomm it-tagħlim tiegħek sempliċi u fil-qosor. Hemm iktar ċans li n-nies jiltaqgħu miegħek meta int tirrispetta l-ħin li għandhom għad-dispożizzjoni u r-rikjesti tagħhom. Staqsihom kemm għandhom ħin għaż-żjara. Ibda u għalaq it-taħdita fil-ħin miftiehem, sew jekk qed tgħallem fil-persuna u sew jekk qed tagħmel dan onlajn. Żomm f’moħħok li, f’ċerti postijiet, it-telefonati u c-chats bil-vidjo jafu jkunu għaljin.

Se jkollok bżonn numru ta’ laqgħat biex tgħallem il-prinċipji li jinsabu f’lezzjoni waħda. Tipikament żjara ta’ tagħlim m’għandhiex tkun itwal minn 30 minuta, u tista’ tgħallem persuna anki f’5 minuti. Aġġusta t-tagħlim tiegħek skont il-ħin tan-nies.

Uża t-Teknoloġija b’Mod Għaqli

Għandek bosta opportunitajiet biex tgħallem lin-nies bl-użu tat-teknoloġija. Xi nies jippreferu l-konvenjenza jew il-privatezza li jiltaqgħu permezz ta’ mezzi elettroniċi. Anki dawk in-nies li inti żżur fil-persuna jistgħu jibbenefikaw minn sapport addizzjonali permezz tat-teknoloġija. Iddiskuti r-riżorsi disponibbli biex tikkomunika. Imbagħad erġa’ segwi u żomm kuntatt. Ħalli l-preferenzi ta’ kull persuna jiggwidaw l-interazzjonijiet tiegħek.

It-teknoloġija bħal telefonati viżivi jistgħu jkunu ta’ għajnuna b’mod partikolari meta tgħallem lin-nies li għandhom skeda mimlija jew joqogħdu ‘l bogħod. Xi drabi huwa aktar faċli għall-membri biex jipparteċipaw f’lezzjoni permezz tat-teknoloġija.

Għin Studenti Iżgħar

Matul il-ministeru tas-Salvatur, Hu qal lid-dixxipli tiegħu, “Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla” (Mark 10:14). Meta tgħallem lit-tfal, aġġusta l-atteġġjament u l-messaġġ tiegħek biex tilħaq il-bżonnijiet tagħhom. Għinhom jitgħallmu l-evanġelju billi jiddiskutu affarijiet li huma familjari biex jitgħallmu. Kun ċert li qed jifhmu dak li qed tgħallem.

Studju tal-Iskrittura

Aqra Duttrina u Patti 84:85. Xi tfisser li tingħata “dak il-purzjon li se jingħata lil kull bniedem”? Kif tista’ tapplika dan fit-tagħlim tiegħek?

X’wiegħed il-Mulej lill-missjunarji fidili dwar li se jkunu jafu xi jridu jgħidu?

Għallem mal-Kumpann Tiegħek f’Unità

Il-Mulej qal, “Ħa tmorru intom bil-qawwa tal-Ispirtu tiegħi, filwaqt li tippridkaw l-evanġelju tiegħi, tnejn tnejn” (Duttrina u Patti 42:6). Hu wkoll jordna lilek u lill-kumpann tiegħek biex “tkunu ħaġa waħda” (Duttrina u Patti 38:27). It-tagħlim tiegħek se jkun aktar qawwi u interessanti jekk int u l-kumpann tiegħek taħdmu f’unità. Biddel billi tagħti purzjonijiet qosra tal-lezzjonijiet.

Waqt studju akkumpanjat, iddiskutu u prattikaw kif se tgħallmu biex tkunu magħqudin. Ippreparaw kif se taħdmu flimkien meta tgħallem lin-nies onlajn. Segwu s-salvagwardji tal-użu tat-teknoloġija, imsemmija f’kapitlu 2.

Immaġni
missjunarji jgħallmu raġel

Meta l-kumpann tiegħek ikun qed jgħallem, itlob għalih, isimgħu, u ħares lejh. Uri sapport mal-kumpann tiegħek billi toffrilu xhud sekondarju għall-veritajiet li hu għallem (ara Alma 12:1). Segwi l-impressjonijet meta l-Ispirtu jissuġġerilek biex tgħid xi ħaġa.

Uri interess sinċier fin-nies li tgħallem. Ismagħhom. Żomm kuntatt bl-għajnejn meta huma jew int qed titkellem. B’attenzjoni osserva r-rispons tagħhom, u ssemma’ s-suġġerimenti spiritwali.

Stieden lill-Membri biex Jipparteċipaw

Stieden lill-membri biex jgħinuk tgħallem u tissapportja lin-nies li qed taħdem magħhom. Dan jista’ jiġri b’mod reali jew virtwali. Matul il-laqgħa ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa, tkellem mal-mexxejja tal-qasam dwar lil min tistgħu tgħallmu.

Meta l-membri jipparteċipaw fit-tagħlim u fil-ħbiberiji, jistgħu jżidu l-ħsibijiet tagħhom u jagħmlu konnessjonijiet bħala ħbieb. Huma se jħossu l-hena tal-ħidma missjunarja.

Stieden lill-Membri biex Jgħinuk Tgħallem.

Qabel il-lezzjonijiet, ippjana mal-membri kif se taħdmu flimkien. Int tista’ tuża messaġġ jew telefonata qasira biex tikkonferma dak li se tkun qed tgħallem, min se jitlob, min se jmexxi l-konverżazzjoni, u dettalji oħrajn.

L-irwol primarju tal-membri fil-lezzjonijiet huwa li joffru testimonjanza sinċiera, jaqsmu esperjenza personali qasira mal-oħrajn, u jiżviluppaw relazzjoni ma’ dawk li qed jiġu mgħallma. Int tista’ tistaqsi lill-membri biex jaqsmu bejniethom kif kienu kapaċi jitgħallmu, jaċċettaw, u jgħixu xi prinċipju partikolari fil-lezzjoni. Jekk huma kkonvertiti, stedinhom biex jaqsmu mal-oħrajn kif iddeċidew li jingħaqdu mal-Knisja.

Meta l-membri jirreferu lil xi ħadd, staqsihom biex jipparteċipaw fit-tagħlim. Il-membri jistgħu jkunu aktar involuti f’dawn is-sitwazzjonijiet. Ikkonsulta magħhom dwar kif jixtiequ li jipparteċipaw.

Ikkunsidra kif l-użu tat-teknoloġija biex tgħallem mal-membri tista’ tkun xi ħaġa xierqa. It-teknoloġija tippermetti lill-membri biex jingħaqdu miegħek mingħajr l-impenn tal-ħin li tirrikjedi żjara reali.

Fil-lagħqa ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa, ippjana mal-mexxejja tal-qasam biex ikollok membru jipparteċipa f’kemm jista’ jkun lezzjonijiet (ara kapitlu 13). Ikkunsidra li tistaqsi lill-membri ġodda biex jgħinuk tgħallem.

Studju Personali jew Akkumpanjat

Immaġina li għandek appuntament biex tgħallem lezzjoni lil familja f’dar ta’ membru. Iddiskuti kif kieku tinvolvi lill-membri kollha msemmija biex jgħinuk tgħallem:

  • Missjunarju tal-qasam li rritorna riċentament mill-missjoni full-time

  • Qassis

  • Membru ġdid

  • Il-kworum tal-presbiteri jew il-president tas-Soċjetà tas-Solliev

Stieden lill-Membri biex Jagħtu Sapport

Il-membri jistgħu wkoll jagħtu sapport ta’ valur lin-nies bejn żjara ta’ tagħlim u oħra. Jistgħu jibagħtu messaġġ, jaqraw l-iskrittura flimkien, jistiednu lin-nies fid-djar tagħhom jew għall-attivitajiet, jew jistednuhom biex ipoġġu ħdejn xulxin fil-knisja. Jistgħu jwieġbu mistoqsijiet u juru kif inhi ħajjithom bħala membri tal-Knisja. L-esperjenza ta’ ħajjithom u l-perspettiva tagħhom jistgħu jgħinuhom jirrelataw man-nies b’modi li xi kultant huma differenti ħafna minn kif jirrelataw il-missjunarji.

Ikkonsulta mal-membri dwar modi kif tista’ taħdem flimkien biex tissapportja lin-nies barra miż-żjarat ta’ tagħlim.

Għallem Sabiex Jifhmu

Għallem l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu biex in-nies jifhmuh. Studja l-iskrittura u l-lezzjonijiet biex tkun tista’ tgħallem b’mod ċar minnhom. Aktar kemm tgħallem b’mod ċar, aktar ikun hemm opportunità għall-Ispirtu s-Santu biex jixhed il-verità.

Staqsi mistoqsijiet biex tgħin lin-nies jaħsbu dwar dak li int għallimt. Imbagħad isma’ biex tara jekk fehmuhx u jekk aċċettawhx.

Parti milli tgħallem għall-fehim huwa li tispjega kliem, frażijiet, u ideat. Tista’ ttejjeb l-abbiltà tiegħek biex tgħallem l-evanġelju billi:

  • Tifhem il-kliem li tuża.

  • Tfiehem il-kliem li xi oħrajn jista’ jkun li ma jifhmux.

  • Tistaqsi lin-nies mitoqsijiet bħal “Tista’ taqsam magħna l-fehim tiegħek ta’ dak li għadek kemm għidt?” jew “Tkun interessat li tagħti sommarju ta’ dak li tkellimna dwaru?”

Hekk kif tgħallem id-duttrina f’kapitlu 3, innota xi kliem, frażijiet, u ideat li n-nies jista’ jkun ma jifhmux. Iddefinixxi dawn billi tuża r-riżorsi fil-Librerija tal-Evanġelju, bħal Gwida għall-Iskrittura, id-Dizzjunarju tal-Bibbja, u s-Suġġetti tal-Evanġelju.

Żomm it-tagħlim tiegħek sempliċi u fil-qosor. Żomm ruħek iffukat fuq l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, billi tibni fehim bażiku tad-duttrina u l-prinċipji. Għin lin-nies ifittxu li l-fehim li jiġi mill-Ispirtu s-Santu. Hekk kif jibnu l-fehim, huma se jibdew jemmnu l-messaġġ tal-evanġelju.

Studju tal-Iskrittura

Għaliex irridu nispjegaw id-duttrina b’attenzjoni?

Kif nitgħallmu? Għaliex huwa importanti li tgħallem l-informazzjoni b’mod gradwali?

Għaliex is-sempliċità hija importanti?

X’tista’ titgħallem mill-versi li ġejjin dwar kif jikkomunika Alla ma’ wliedu?

Staqsi Mistoqsijiet

Is-Salvatur staqsa mistoqsijiet li kienu jistiednu lin-nies biex jaħsbu u jħossu b’mod profond dwar il-veritajiet li Hu għallem. Il-mistoqsijiet tiegħu kienu jqanqlu tfittxija u impenn fir-ruħ.

Il-mistoqsijiet tajbin huma importanti wkoll fit-tagħlim tiegħek. Huma jgħinuk tifhem l-interessti, it-tħassib, u l-mistoqsijiet tan-nies. Il-mistoqsijiet tajbin jistgħu jistiednu lill-Ispirtu u jgħinu lin-nies jitgħallmu.

Staqsi Mistoqsijiet Ispirati

Fittex il-gwida tal-Ispirtu meta tiġi biex issqsi stoqsijiet tajbin. Il-mistoqsijiet propizji fil-ħin propizju jistgħu jgħinu lin-nies jitgħallmu l-evanġelju u jħossu l-Ispirtu.

Mistoqsijiet ispirati u smigħ sinċier se jgħinu lin-nies ikunu iktar komdi biex jitkellmu b’mod miftuħ u jaqsmu s-sentimenti tagħhom ma’ oħrajn. Dan jaf jgħinhom jiskopru testimonjanza li qed tikber. Huma se jkunu wkoll iktar komdi biex jistaqsuk mistoqsijiet meta ma jifhmux xi ħaġa jew ikolhom xi tħassib.

It-tabella li ġejja turi xi prinċipji ta’ kif ssaqsi mistoqsijiet ispirati, flimkien ma’ xi eżempji.

Prinċipji u Eżempji ta’ Mistoqsijiet Ispirati

Prinċipji

Eżempji

Staqsi mistoqsijiet li jgħinu lin-nies iħossu l-Ispirtu.

  • Tista’ taqsam esperjenza meta int ħassejt l-influwenza ta’ Alla f’ħajtek?

  • Kif ħassejt l-imħabba ta’ Alla għalik?

Staqsi mistoqsijiet li huma sempliċi u ħfief biex tifhimhom.

  • X’tgħallimt dwar Ġesù Kristu minn din is-silta mill-iskrittura?

Staqsi mistqosijiet li jgħinu lin-nies jaħsbu dwar dak li qed tgħallem.

  • Dan kif inhuwa simili għal dak li int diġà temmen fih? Kif inhu differenti?

Staqsi mistoqsijiet li jgħinuk tifhem kemm in-nies qed jifhmu tajjeb dak li int qed tgħallimhom.

  • X’mistoqsijiet għandek dwar dak li għallimniek?

  • Kieku kellek tgħid fil-qosor dak li tħadditna llum, x’tgħid?

Staqsi mistoqsijiet li jgħinu lin-nies jaqsmu magħkom dak li qed iħossu.

  • Ġesù Kristu kif għenek f’ħajtek?

  • X’kien l-iktar importanti għalik minn dak li tħadditna dwaru llum?

Staqsi mistoqsijiet li juru mħabba u interess ġenwin.

  • Kif nistgħu ngħinuk?

Staqsi mitoqsijiet li jgħinu lin-nies japplikaw dak li jitgħallmu.

  • X’nistgħu nitgħallmu minn din is-silta mill-iskrittura?

  • Kif tista’ din is-silta mill-iskrittura tgħinek f’ħajtek?

  • Meta tħadditna, x’kont impressjonat li għandek tagħmel minn dak li int tgħallimt?

Studju akkumpanjat

Irrevedi l-pjan tal-lezzjoni tiegħek minn lezzjoni riċenti li għallimt. Ikteb mistoqsija waħda għal kull wieħed mill-prinċipji spjegati fil-pjan tiegħek.

Irrevedi l-mistoqsijiet biex tara humiex f’armonija mal-prinċipji ta’ din is-sezzjoni.

Imbagħad, wieġeb kull mistoqsija bħallikieku inti xi ħadd li qed jiġi mgħallem.

Aqsam il-mistoqsijiet mal-kumpann tiegħek. Flimkien, evalwaw il-mistoqsijiet u araw kif itejbuhom.

Studju Personali jew Akkumpanjat

In-nies li qed tgħallem jistgħu jiltaqgħu mal-esperjenzi li ġejjin:

  • Ikollhom esperjenza spiritwali waqt li jaqraw il-Ktieb ta’ Mormon.

  • Sħabhom tax-xogħol regolarment iwaqqgħu affarjiet spiritwali għaż-żufjett.

  • Membri tal-familja huma membri akkaniti ta’ knisja oħra.

  • Xi ħbieb jemmnu li “l-Mormoni” mhumiex Kristjani.

Aħseb f’misoqsija li kieku kellek issaqsi biex titgħallem iżjed dwar kull waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet. Ikteb dawn il-mistoqsijiet fid-djarju tal-istudju tiegħek. Iddiskuti mal-kumpann tiegħek kif tista’ ttejjeb il-mistoqsijiet li inti ktibt.

Evita Mistoqsijiet Ineffettivi u Eċċessivi

Ipprova ssaqsix mistoqsijiet li:

  • Għandhom risposti ovvji.

  • Jafu jimbarazzaw lil dak li jkun jekk il-persuna ma tkunx taf it-tweġiba.

  • Jinkludu iktar minn idea waħda.

  • Jagħmlu parti minn duttrina li int għadek ma għallimtx.

  • M’għandhomx għan ċar.

  • Huma eċċessivi,

  • Qed jidħlu fil-ħajja personali jew li jistgħu jirritaw u joffendu lin-nies.

Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ mistoqsijiet inqas effettivi:

  • Min kien l-ewwel profeta? (Il-persuna forsi ma tkunx taf ir-risposta.)

  • Meta nżommu lil ġisimna pur kif jista’ jgħinna jkollna l-Ispirtu u juri li aħna għandna r-rieda li nimxu wara l-profeta ta’ Alla? (Hemm iktar minn idea waħda.)

  • Huwa importanti li tkun taf dwar il-kmandamenti ta’ Alla? (Din hi mistoqsija ta’ “iva jew le”, u t-tweġiba hija waħda ovvja.)

  • Semmi xi ħaġa li nistgħu nagħmlu kull jum li tista’ tgħinna nħossuna eqreb ta’ Alla. (Din hija mistoqsija vaga li qed tistenna mistoqsija speċifika: li titlob.)

  • Min kien il-profeta li ġie wara Noè? (Il-persuna taf ma tkunx taf il-mistoqsija, u l-mistoqsija mhijiex importanti għall-messaġ tiegeħk.)

  • Qed tifhem x’qed ngħid? (Il-persuna taf tħossha patronizzata.)

Studju Personali jew Akkumpanjat

Ikkunsidra l-ħtiġijiet ta’ xi ħadd li qed tgħallem. Iddiskuti kif hu jew hi jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek. Ippjana xi mistoqsijiet x’issaqi li jimxu wara l-linjigwida f’din is-sezzjoni. Iddiskuti kif dawn il-mistoqsijiet jistgħu jistiednu l-Ispirtu u jgħinu lill-persuna titgħallem l-evanġelju.

Isma’

Meta tisma’ lill-oħrajn b’attenzjoni, tifhimhom aħjar. Meta huma jafu li l-ħsibijiet u s-sentimenti huma impprtanti għalik, hemm iktar ċans li huma jkunu miftuħin għat-tagħlim tiegħek, li jaqsmu miegħek esperjenzio personali, u li jidħlu għal impenji.

Int u tisma’, int se tikseb ideat ta’ kif għandek taddatta t-tagħlim tiegħek għall-ħtiġijet u l-ineteressi tagħhom. Se jkollok għarfien aħjar ta’ liema veritajiet tal-evanġelju se jkunu tal-ikbar benefiċċju għalihom.

Speċjalment issemma’ għas-sefsif tal-Ispirtu. Meta l-oħrajn jaqsmu s-sentimenti tagħhom, l-Ispirtu s-Santu jaf jissuġġerilek ħsibijiet jew ideat. L-Ispirtu jaf ukoll jgħinek tifhem dak li ħaddieħor ikun qed jipprova jesprimi.

Immaġni
Missjunarji jitkellmu ma’ familja

Isma’ b’Interess Ġenwin

Biex tisma’ trid tagħmel sforz u turi interess ġenwin. Waqt li oħrajn ikunu qed jitkellmu, kun ċert li qed tikkonċentra fuq dak li jkunu qed jgħidu. Evita t-tendenza li toqgħod tippjana dak li se twieġeb.

Il-Presbiteru Jefferty R. Holland għallem: “Li tisma’ huwa iktar importanti minn dak li tgħid. Dawn in-nies mhumiex xi oġġett bla ħajja f’sura ta’ statistika tal-magħmudija. … Staqsi lil dawn il-ħbieb x’inhu dak li hu l-iktar importanti għalihom. X’jgħożżu huma, u huma x’iħossu li hu għażiż għalihom? Imbagħad ismagħhom. Jekk is-sitwazzjoni hija waħda propizja, forsi tista’ ssaqsihom x’inhuma l-beżgħat tagħhom, x’inhuma x-xenqat tagħhom, jew x’iħossu li huwa nieqes f’ħajjithom. Jien inwegħidkom li xi ħaġa minn dak li jgħidu dejjem se tindika l-verità tal-evanġelju li dwarha inti tista’ tagħti xhieda u li dwarha inti mbagħad tista’ toffri iktar. … Jekk aħna nisimgħu lil ħaddieħor b’imħabba, m’hemmx għalfejn noqogħdu ninkwetaw x’naqbdu ngħidu. Se jingħatalna—mill-Ispirtu u minn ħbiebna” (“Xhieda Tiegħi,” Ensign, Mejju 2001, 15).

Osserva Messaġġi li Ma Jingħadux

In-nies jikkomunikaw ukoll permezz tal-lingwa tal-ġisem. Innota l-mod kif ipoġġu bilqiegħda, l-espressjonijiet ta’ wiċċhom, x’jagħmlu b’idejhom, it-ton tal-vuċi, u fejn qed iħarsu. Li tosserva dawn il-messaġġi li ma jingħadux jista’ jgħinek tifhem is-sentimenti ta’ dawk li tgħallem.

Kun konxju wkoll tal-lingwa tal-ġisem tiegħek stess. Ibgħat messaġġ ta’ interess u entużjażmu billi tisma’ b’mod sinċier.

Ippermetti lin-Nies li Jaħsbu u Jirrispondu

Is-Salvatur spiss staqsa mistoqsijiet li jeħtieġu l-ħin biex persuna tirrispondihom. Meta ssaqsi mistqosija, agħti pawsa biex tagħti ċans lill-persuna li taħseb u tirrispondi. Tibżax mis-silenzju. In-nies spiss jeħtieġu l-ħin biex jaħsbu u biex jirrispondu għall-mistoqsijiet jew biex jesprimu dak li qed iħossu.

Forsi tista’ tieħu pawsa wara li ssaqsi mistoqsija, wara li taqsam esperjenza spiritwali, jew meta n-nies qed isibu diffikultà biex jesprimu ruħhom. Kun ċert li tagħtihom ħin biex jiproċessaw il-ħsibijiet tagħhom qabel ma tirrispondi. Tinterrompix waqt li qed jitkellmu.

Irrispondi b’Empatija

Meta persuna tirrispondi mistoqsija, ibda r-rispons tiegħek billi tesprimi empatija jekk xieraq. L-empatija turi li int ġenwinament jimpurtak. Evita li taqbeż għall-konklużjonijiet, toffri soluzzjonijiet immedjati, jew turi li għandek it-tweġibiet kollha.

Ikkonferma Li Tifhem Dak Li Jgħidu n-Nies

Meta tfittex li tifhem dak li qed tgħid persuna, staqsi biex tkun ċert li fhimt. Per eżempju, tista’ tistaqsi, “Allura dak li qed tgħid huwa . Sewwa qed ngħid?” jew “Jekk qed nifhem sew, int qed tħoss li .” Meta mintix ċert li qed tifhem, staqsi lill-persuna għal kjarifika.

Innaviga Interazzjonijiet ta’ Sfida

L-iktar mod kif tista’ tgħin lin-nies billi tgħallimhom l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Xi nies jafu jkunu jridu jitkellmu ħafna. Xi drabi in-nies iridu sempliċiment li xi ħadd jisma’ b’kompassjoni dwar it-taħbit u s-sentimenti tagħhom. Xi nies oħra jafu jippruvaw jiddominaw jew jargumentaw.

Tgħallem kif issib irkaptu ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn b’tattika u anki b’imħabba. Taf tkun trid taddatta t-tagħlim tiegħek biex tindirizza xi ħaġa li persuna tkun qasmet. Jew forsi jkollok bżonn li b’mod ċivili tgħid li tixtieq tiddiskuti dan is-suġġett xi darb’oħra. L-Ispirtu jista’ jgħinek tkun taf kif tirrispondi għal dawn is-sitwazzjonijiet sfidanti.

Għin lin-Nies Iħossuhom Komdi Kaqsmu Sentimenti Veri

Biex tevita l-imbarazzament, xi nies se jwieġbu għall-mistoqsijiet bil-mod li jaħsbu li int tridhom jirripsondu iktar milli li jaqsmu miegħek is-sentimenti veri tagħhom. Fittex li tiżviluppa relazzjoni li tippewrmettilhom li jkunu komdi jaqsmu s-sentimenti veri tagħhom miegħek.

Li tifhem u li turi empatija man-nies se jippermetti li inti tgħinhom, li tilħaq l-interessi u l-ħtiġijiet tagħhom, u tesprimi l-imħabba tas-Salvatur għalihom. Oħloq relazzjoni ta’ fiduċja billi tkun onest magħhom, billi żżomm relazzjoni missjunarja xierqa, u billi turi rispett.

Studju Personali jew Akkumpanjat

Irrifletti kemm qed tisma’ lil oħrajn b’mod tajjeb. Ikteb risposti fid-djarju tal-istudju tiegħek għall-mistoqsijiet ta’ hawn taħt. Jew inkella ddiskutihom mal-kumpann tiegħek.

A = Qatt ma nagħmel dan, B = Ġieli nagħmel dan, Ċ = Normalment nagħmel dan, D = Dejjem nagħmel dan

  • Meta ħaddieħor ikellimni, jien inkun qed naħseb f’esperjenzi simili li jien nista’ naqsam minflok li nisma’ b’attenzjoni.

  • Meta ħaddieħor ikellmini dwar is-sentimenti tiegħu jew tagħha, jien nipprova nimmaġinani minflok il-persuna biex nara kif kieku kien iħossni.

  • Meta ngħallem lin-nies, jien naħseb x’inkun se ngħid jew ngħallem wara.

  • Inħossni frustrat meta n-nies jitkellmu ħafna.

  • Inbati biex insegwi x’qed jgħidli ħaddieħor jew biex isegwi.

  • Moħħi spiss jibda jaħseb f’affarjiet oħra meta l-kumpann tiegħi ikun qed jgħallem.

  • Nibda niddejjaq meta xi ħadd ikun qed ikellimni u xi ħadd ieħor jaqbeż fin nofs jew ifixkel l-attenzjoni tiegħi.

  • Nirċievi suġġerimenti spiritwali biex ngħid jew nagħmel xi ħaġa, u jien ninjorahom.

Għin lin-Nies Isibu Tweġibiet għall-Mistoqsijiet u t-Tħassib Tagħhom

Agħmel sforz serju li tindirizza l-mistqsijiet tan-nies u tgħinhom jsibu soluzzjoni għat-tħassib tagħhom. Madanakollu, mhix ir-responsabbiltà tiegħek biex twieġeb kull mistoqsija. Fl-aħħar mill-aħħar, in-nies iridu bis-saħħa tagħhom stess isibu soluzzjoni tal-mistoqsijiet u t-tħassib tagħhom.

Ifhem li mhux il-mistoqsijiet u t-tħassib kollha jistgħu jitwieġbu kompletament. Xi tweġibiet jintgħarfu biż-żmien. Oħrajn għadhom ma ġewx revelati. Iffola biex tibni sisien b’saħħithom tal-veritajiet bażiċi u essenzjali tal-evanġelju. Dawn is-sisien se jgħinu lilek u lil dawk li tgħallem biex timxu dejjem ’il quddiem bis-sabar u l-fidi meta jkun hemm mistoqsijiet li għadhom mhux imwieġba jew li huma diffiċli.

Xi prinċipji biex inwieġbu l-mistoqsijiet huma spjegati f’din is-sezzjoni.

Immaġni
Ġesù ju l-Mara Samaritana Ħdejn il-Bir

Ifhem it-Tħassib

Xi affarjiet minn dak li tgħallem in-nies jafu jsibuh diffiċli jew mhux familjari għalihom. Jekk in-nies għandhom mistqosijiet jew tħassib, l-ewwel fittex li tifhimhom b’mod ċar. Xi drabi t-tħassib tan-nies huwa qisu iceberg. Parti ċkejkna biss hija viżibbli ’l fuq minn wiċċ il-baħar. Dan it-tħassib jaf ikun kumpless. Itlob għar-rigal tad-dixxerniment, u imxi wara l-Ispirtu f’dak li huwa kif tirrispondi. Il-Missier fis-Smewwiet jaf il-qalb u l-esperjenzi tal-bnedmin kollha (l-iceberg sħiħa). Huwa se jgħinek tkun taf x’inhu l-aqwa għal kull persuna.

Ta’ spiss it-tħassib huwa wieħed soċjali iktar milli duttrinali. Per eżempju, xi nies jafu jkunu qed jibżgħu minn oppożizzjoni minn membri tal-familja jekk huma jingħaqdu mal-Knisja. Jew forsi jibżgħu li jisfgħu miċħudin minn sħabhom tax-xogħol.

Fittex li tifhem is-sors tal-inkwiet billi tistaqsi mistoqsijiet u billi tsima’. It-tħassib beda għaliex il-persuna m’għandhiex konferma spiritwali tal-verità tar-Restawrazzjoni? Beda għaliex il-persuna ma tridx tikkommetti ruħha għall-prinċipju tal-evanġelju ħaj? Li tkun taf l-għerq tat-tħassib tagħhom se jgħinek issir taf għandekx tiffoka fuq testimonjanza jew impenn.

Uża l-Iskrittura, Speċjalmet il-Ktieb ta’ Mormon, biex Tgħinek Twieġeb Mistoqisjiet

Uri lin-nies kif il-veritajiet fl-iskrittura jistgħu jgħinu biex jitwieġbu l-mistoqsijiet tagħhon u biex jiġi indirizzat it-tħassib tagħhom. (Ara “Il-Ktieb ta’ Mormon Jindirizza Mistoqsijet tar-Ruħ” f’kapitlu 5.) Meta n-nies ifittxu ispirazzjoni billi jistudjaw l-iskrittura u japplikawha, huma se jkabbru l-kapaċità tagħhom li jisimgħu l-Mulej u jimxu warajh. Il-fidi tagħhom fih se tikber. Flimkien ma’ tkabbir ta’ fidi se jaslu wkoll ix-xhieda, l-indiema, u l-ordinanza tal-magħmudija.

Immaġni
Il-President Henry B. Eyring

“Xi drabi nirrikorri għall-iskrittura għad-duttrina. Xi drabi nirrikorri għall-iskrittura għall-istruzzjoni. Nirrikorri b’mistoqsija, u l-mistoqsija normalment hi ‘Kieku x’ikun iridni nagħmel Alla?’ jew ‘Hu x’iridni nħoss? Invarjabbilment, jien insib ideat ġodda, ħsibijiet li qatt ma kelli qabel, u nirċievi ispirazzjoni u struzzjoni u risposti għall-mistoqsijiet tiegħi” (Henry B. Eyring, fi “Diskussjoni fuq l-Istudju tal-Iskrittura,” Ensign, Lulju 2005, 22).

Jaf ikun ta’ għajnuna li tispjega li ħafna mill-għarfien tagħna tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu ġej minn dak li żvela l-Profeta Joseph Smith u dawk li ssuċċedewh. Il-mistosqsijiet dwar il-verità tal-evanġelju jistgħu jiġu risolti billi tikseb testimonjanza li Joseph Smith kien profeta ta’ Alla. Li naqraw u titolbu dwar il-Ktieb ta’ Mormon huwa mod vitali biex niksbu din it-testimonjanza.

Għin lin-nies jiffukaw fuq kif jistgħu jqawwu l-fidi ta’ Ġesù Kristu. Li jaqraw u jitolbu dwar il-Ktieb ta’ Mormon huwa mod importanti biex iqawwu l-fidi tagħhom.

Stieden lin-Nies biex Jadixxu fil-Fidi

Hekk kif in-nies jiżviluppaw u jqawwu t-testimonjanza tagħhom tal-evanġelju rrestawrat, huma ħa jkunu jistgħu jindirizzaw il-mistoqsijiet u t-tħassib tagħhom mis-sisien tal-fidi. Hekk kif jaġixxu fil-fidi fuq il-veritajiet li jemmnu fihom, huma se jkunu jistgħu jiksbu testimonjanzi tal-veritajiet tal-evanġelju.

Xi modi kif taġixxi fil-fidi jinkludu li:

  • Titlob ta’ spiss u b’intenzjoni reali għall-ispirazzjoni u l-gwida.

  • Tistudja l-iskrittura, speċjalemnt il-Ktieb ta’ Mormon.

  • Tattendi l-knisja.

Studju akkumpanjat

Agħżel stedina waħda biex tagħml meta tgħallem lezzjoni. Imbagħad identifika tħassib li jista’ jżomm lil xi ħadd milli jaċetta l-istedina jew li jżomm l-impenn. Iddiskuti u pprattika kif tista’ tgħin lin-nies jaħdmu biex jirrisolvu t-tħassib tagħhom.

Studju Personali jew Akkumpanjat

Fid-djarju tal-istudju tiegħek, niżżel kif int ħa tirreferi għal Joseph Smith u l-Ktieb ta’ Mormon biex tirrispondi għal dan it-tħassib li ġej:

  • “Ma nemminx li Alla għadu jkellem lin-nies.”

  • “Nemmen li jien nista’ nqim lil Alla bil-mod tiegħi milli permezz ta’ reliġjon organizzata.”

  • “Għalfejn għandi nieqaf nieħu l-inbid mal-ikel jekk ningħaqad mal-knisja?”

  • “Għalfejn għandi bżonn ta’ reliġjon?”

Ħalli Xi Ħaġa biex Jistudjaw u Jitolbu Dwarha

Fl-aħħar ta’ kull żjara ta’ tagħlim, agħti lin-nies xi ħaġa x’jistudjaw, jgħarblu, u jitolbu dwarha sabiex iħejju lilhom infushom għal-laqgħa li jmiss. Li jaqraw, jitolbu, u jgħarblu bejn żjarat ta’ tagħlim jistieden l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu f’ħajjithom.

Tista’ tistieden lin-nies jaqraw kapitli speċifiċi mill-Ktieb ta’ Mormon. Inkella tista’ tħeġġiġhom biex jużaw riżorsi tal-Knisja, bħal-Librerija tal-Evanġelju, biex isibu tweġibiet, jitgħallmu dwar is-suġġett, jew jaraw vidjo. Dan jaf ikun is-suġġett biex jiftaħ id-diskussjoni fil-laqgħa ta’ wara.

Immaġni
persuna tistudja l-iskrittura

Evita li tagħti lin-nies iżżejjed x’jagħmlu, speċjalment jekk għandek interezzjonijiet ta’ tagħlim qosra u frekwenti magħhom.

Studju Personali jew Akkumpanjat

Ikkunsidra kull persuna li int skedat magħha biex tgħallimha din il-ġimgħa. Liema kaptli mill-Ktieb ta’ Mormon se jkunu l-aktar ta’ għajnuna għalihom? X’riżorsi oħra jistgħu jibbenifikaw minnhom? Żomm rekord ta’ dak li tixtieq li tipprovdi lil kull persuna. Żomm rekord ukoll ta’ dak li se tagħmel biex tkompli ssegwi matul iż-żjara tiegħek li jmiss.

Għin lin-Nies bil-Vizzji

Int tista’ tgħin lin-nies li qed ibatu biex jegħlbu l-vizzju billi b’imħabba tiddiskuti d-diffikultajiet tagħhom, tissapportajhom, u tagħtihom kuntatt ta’ riżorsi. Tista’ tinkoraġġihom biex jattendu wieħed mill-gruppi ta’ sapport tal-Knisja sabiex jirkupraw mill-vizzju. Dawn il-gruppi jistgħu jiltaqgħu fil-persuna jew onlajn. (Ara AddictionRecovery.ChurchofJesusChrist.org.) Inkoraġġihom biex jużaw ir-riżorsi fis-sezzjoni “Vizzji” tal-Għajnuna għall-Ħajja fil-Librerija tal-Evanġelju

Mexxejja u membri tal-Knisja Lokali jistgħu wkoll jipprovdu sapport. Xi nies bil-vizzji jista’ jkollhom bżonn trattament professjonali mediku u ta’ saħħa mentali.

Hawn għandek issib xi ftit suġġerimenti ta’ kif tista’ toffri sapport lin-nies li qed ibatu biex jegħlbu l-vizzju:

  • Irrinforza l-isforzi tagħhom biex jersqu lejn Kristu. Għinhom jaraw li l-isforzi tagħhom biex jirkupraw u jfiequ huma sforzi rikonoxxuti u apprezzati mill-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu. Għallimhom li huma jistgħu jiġu mqawwija permezz tas-Salvatur u l-Espjazzjoni tiegħu. Hu jirikonoxxi b’mod sħiħ l-intenzjoni ta’ qalbhom biex jagħmlu t-tajjeb.

  • Itlob għalihom fit-talb personali tiegħek, u itlob magħhom. Hekk kif xieraq, ħeġġiġhom biex ifittxu barkiet tas-saċerdozju mill-mexxejja lokali tas-saċerdozju.

  • Kompli għallimhom l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Għallimhom li l-Missier fis-Smewwiet, is-Salvatur, u l-Ispirtu s-Santu jħobbuhom u jridu s-suċċess tagħhom.

  • Ħeġġiġhom biex jattendu l-knisja regolarment u jiżviluppaw ħbiberiji mal-membri.

  • Kun pożittiv u ssapportjahom, speċjalment jekk jerġgħu jaqgħu.

Immaġni
Ġesù jikkomunika ma’ mara

Il-vizzju huwa diffiċli biex negħlbuh, u nistgħu nerġgħu naqgħu. Mexxejja u membri tal-Knisja m’għandhomx ikunu impressjonati b’dan. Għandhom juru mħabba, u mhux ġudizzju.

Membru ġdid li jieqaf jattendi l-knisja jista’ jkun li rritorna lejn vizzju antik u jista’ jkun li jkun qed iħossu inutli u skoraġġut. Żjara immedjata biex toffri inkoraġġjament u sapport tista’ tgħin. Il-membri għandhom juru bil-kliem u bl-azzjoni li l-Knisja hija post fejn insibu l-imħabba ta’ Alla (ara 3 Nefi 18:32).

Studju Personali jew Akkumpanjat

Aħseb f’xi ħadd li qed tgħallem jew li huwa ġdid jew membru li reġa’ rritorna li qed jipprova jegħleb vizzju. Irrevedi “Fidi f’Ġesù Kristu” u “Indiema” mil-lezzjoni “L-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu” f’kapitlu 3.

  • X’tista’ tgħallimgha lil din il-persuna minn dik il-lezzjoni u minn dan il-kapitlu li jista’ jgħinha?

  • Oħloq pjan ta’ lezzjoni biex tgħin lil din il-persuna.

Tgħallem lin-Nies Li M’Għandhomx Sfond Kristjan

Xi ftit minn dawn in-nies li tgħallem jista’ jkun li ma jkollhomx sfond Kristjan jew ma jemmnux fil-Missier fis-Smewwiet jew f’Ġesù Kristu. Madanakollu, ħafna minn dawn in-nies għandhom twemmin, prattiċi, u postijiet li jgħożżu bħala sagri. Huwa essenzjali li turi rispett għat-twemmin u t-tradizzjonijiet reliġjuż tagħhom.

Għinhom Jifhmu Min Hu Alla

Tista’ tistaqsi lilek innifsek kif għandek taġġusta t-tagħlim tiegħek għan-nies li m’għandhomx sfond Kristjan. Il-prinċipji li jgħinu lil persuna tibni l-fidi huma l-istess f’kull kultura. Għin lin-nies jiksbu fehim korrett ta’ Alla u l-missjoni Divina ta’ Ġesù Kristu. L-aqwa mod għalihom biex jitgħallmu dawn il-veritajiet huwa li jkollhom esperjenzi spiritwali personali. Xi modi li bihom tista’ tgħinhom ikollhom dawn l-esperjenzi huma mniżżlin hawn taħt:

  • Għallem li Alla huwa Missierna fis-Smewwiet u li hu jħobbna. Aħna wliedu. Stedinhom biex ifittxu x-xhieda għalihom infushom.

  • Għallem dwar il-pjan tas-salvazzjoni.

  • Għallem li Alla l-Missier u Ġesù Kristu dehru lill-Profeta Joseph Smith.

  • Kun xhud tat-testimonjanza tal-evanġelju, inkluż kif tħoss l-imħabba tal-Missier fis-Smewwiet u għalxiex għażilt li timxi wara Ġesù Kristu.

  • Stedinhom biex joffru talb sempliċi, mill-qalb—miegħek u waħedhom.

  • Stedinhom biex jaqraw il-Ktieb ta’ Mormon kuljum—miegħek u waħedhom.

  • Stedinhom biex jattendu l-knisja.

  • Introduċihom mal-membri tal-Knisja li jistgħu jispjegaw kif waslu biex jemmnu fil-Missier fis-Smewwiet u f’Ġesù Kristu.

  • Stedinhom biex iħarsu l-kmandamenti.

Ħafna min-nies jixtiequ li jkollhom konnessjoni akbar ma’ Alla u li jsibu għan u tifsira fil-ħajja. Għinhom jaraw kif huma huma wlied tal-Missier fis-Smewwiet li tant iħobb u kif għandu pjan għalihom. Per eżempju, tista’ tibda billi tgħid xi ħaġa bħal dan li ġej:

Alla huwa Missierna fis-Smewwiet, u jħobbna. Aħna wliedu. Aħna għexna miegħu qabel ma twelidna. Peress li aħna kollha wliedu, aħna lkoll aħwa. Huwa jridna nerġgħu lura għandu. Minħabba l-imħabba tiegħu lejh, hu pprovdielna mod biex nirritornaw lura lejh permezz ta’ Ibnu, Ġesù Kristu.

Adatta t-Tagħlim Tiegħek kif Meħtieġ

Ħafna mill-ikkonvertiti minn sfond mhux Kristjan jgħidu li ma fehmux ħafna minn dak li kienu qed jgħallmu l-missjunarji. Madanakollu, huma ħassew l-Ispirtu u riedu jagħmlu dak li staqsew il-missjunarji. Agħmel dak kollu li tista’ biex tgħin lin-nies jifhmu d-duttrina tal-evanġelju. Kun paċenzjuż u offri sapport. Jista’ jkun li teħodlok il-ħin biex tgħallem persuna tidentifika u tesprimi s-sentimenti tagħha. Jista’ jkun li jkollok taġġusta r-ritmu u l-profondità tat-tagħlim tiegħek biex tgħinhom.

Is-suġġerimenti li ġejjin jistgħu jgħinuk hekk kif tipprepara biex tgħallem lin-nies li m’għandhomx sfond Kristjan:

  • Ifhem liema bżonnijiet u interess spiritwali ħeġġuhom biex jiltaqgħu miegħek.

  • Ipprovdi sommarji u reviżjonijiet sempliċi għal kull lezzjoni.

  • Staqsihom biex jgħidulek dak li fehmu u dak li esperjenzaw.

  • Iddefinixxi kliem u prinċipji essenzjali. In-nies jistgħu ma jkunux familjari ma’ ħafna mill-kliem li tuża meta tgħallem.

  • Irritorna għal lezzjoni li diġà għallimt biex tgħallem id-duttrina b’mod ċar. Dan jaf ikun neċessarju kull ħin matul il-proċess ta’ tagħlim.

  • Identifika stediniet li tista’ testendi biex tgħin lin-nies jesperjenzaw il-barkiet tal-evanġelju.

Hawn taħt hawn xi riżorsi fil-Librerija tal-Evanġelju li tista’ tuża biex tgħin lil dawk li m’għandhomx sfond Kristjan:

  • Min Hu Alla?

  • Min Hu Ġesù Kristu?

  • Ġesù Kristu, Iben Alla

  • X’Għandek Tistenna Meta Tiltaqa’ mal-Missjunarji tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien

  • Musulmani u Qaddisin tal-Aħħar Żmien: Twemmin, Valuri, u Tipi ta’ Ħajja

Studju Personali jew Akkumpanjat

Jekk huwa possibbli, identifika konvertit li ma kellux sfond Kristjan qabel ma ltaqa’ mal-missjunarji. Ftiehem biex tiltaqa’ u tistaqsih dwar l-esperjenza ta’ konverżjoni tiegħu. Per eżempju, jista’ jkun li tistaqsi lill-persuna dwar:

  • X’wasslu biex jemmen fil-Missier fis-Smewwiet u f’Ġesù Kristu.

  • X’kienet l-esperjenza li titlob għall-ewwel darba.

  • X’ħass meta għall-ewwel draba ħass tweġiba għat-talb.

  • L-irwol tal-iskrittura fil-konverżjoni tiegħu.

  • X’kienet l-esperjenza meta attenda l-knisja.

Ikteb dak li titgħallem fid-djarju tal-istudju tiegħek.

Ikkonsidra li tistieden lill-persuna biex tgħinek tgħallem lil xi ħadd li m’għandux sfond Kristjan.


Ideat għal Studju u Applikazzjoni

studju personali

  • Assumi li tispiċċa fis-sitwazzjonijiet li ġejjin. Kieku kif tuża l-prinċipji u l-ħiliet f’dan il-kapitlu biex tgħin lil dawn in-nies jagħmlu progress? Ippjana kif kieku kont tapplikahom f’kull sitwazzjoni.

    • Xi ħadd li kien qed iħejju ruħu għall-magħmudija jgħidlek li ma jridx jiltaqa’ iżjed miegħek.

    • Int se tiltaqa’ għas-seba’ darba ma’ persuna li ġiet mgħallma minn bosta missjunarji fuq perjodu ta’ sentejn. Ma kien hemm l-ebda sinjali ta’ progress, jew għallinqas ftit.

  • Agħżel waħda mill-lezzjonijiet tal-missjunarji. Identifika passaġġ jew tnejn minn kull wieħed mill-prinċipji ewlenin. Ipprattika tagħlim minn dawk il-passaġġi kif spjegat fis-sezzjoni ta’ dan il-kapitlu “Uża l-Iskrittura.”

Kumpann tal-istudju u Skambju ta’ Kumpann

  • Aqra r-rakkont ta’ Ammon u tas-Sultan Lamoni f’Alma 18–19 u r-rakkont ta’ Aron f’Alma 22:4–18. Int u taqra, identifika u ddeskrivi kif Ammon u Aron:

    • Imxew wara l-Ispirtu u għallmu b’imħabba.

    • Bdew jgħallmu.

    • Addottaw it-tagħlim tagħhom biex jilħqu l-ħtiġijiet li kien hemm.

    • Taw xhieda.

    • Użaw l-iskrittura.

    • Staqsew mistoqsijiet, semgħu, u għenu lil dawk li għallmu biex isibu soluzzjoni tat-tħassib tagħhom.

    • Ħeġġu lil dawk li għallmu biex jagħmlu impenji.

    Iddiskuti kif is-servizz u t-tagħlim tagħhom għamel impatt fuq is-Sultan Lamoni, missieru, u Abish.

Kunsill tad-Distrett, Konferenzi taż-Żona, u Kunsill tat-Tmexxija tal-Missjoni

  • Stieden lill-membri u lil dawk li fil-preżent qed jiġu mgħallmin għal-laqgħa tiegħek. Spjega lill-grupp li int trid missjunarji li jtejbu l-ħila tagħhom li jaqsmu ma’ ħaddieħor il-messaġġ importanti tagħhom. Agħżel lezzjoni u ħila. Qabbad lill-missjunarji jgħallmu lill-persuna jew lin-nies il-lezzjoni li int għażilt għal 20 minuta, billi jikkonċentraw fuq ħila li int identifikajt. Għidilhom ibiddlu lil min jgħallmu wara 20 minuta. Wara li l-missjunarji jkunu għallmu, sejjaħ lill-grupp flimkien. Għid lill-persuna jew lin-nies jgħidu lill-missjunarji x’kien l-iktar effettiv u mod wieħed kif jistgħu jitjiebu.

  • Uri vidjo b’eżempji ta’ missjuanarji li qed jgħallmu jew jagħmlu kuntatt man-nies. Agħżel ħila u ddiskuti kemm il-missjunarji applikaw tajjeb il-prinċipji ta’ dik il-ħila.

  • Agħżel ħila, u identifika duttrina jew passaġġi mill-iskrittura li jissapportjawha. Għallem is-sisien duttrinali tal-ħila lill-missjunarji.

Mexxejja tal-Missjoni u Konsulenti tal-Missjoni

  • Xi drabi akkumpanja l-missjnarji waqt li jgħallmu. Ippjana kif tista’ tipprattika fit-tagħlim.

  • Ħeġġeġ lill-mexxejja lokali biex jipparteċipaw mal-missjunarji fiż-żjajjar tagħhom tat-tagħlim.

  • Agħti demostrazzjoni lill-missjunarji u għinhom jipprattikaw waħda mill-ħiliet ta’ tagħlim deskritti f’dan il-kapitlu, bħall-importanza li wieħed isaqsi mistoqsijiet tajbin u li jisma’.

  • Agħti demostrazzjoni tal-użu effettiv tal-iskrittura meta qed tgħallem lill-missjunarji fil-konferenzi taż-żona, fil-kunsill tat-tmexxija tal-missjoni, u l-intervisti. Agħmel l-istess meta tgħallem magħhom.

  • Għin lill-missjunarji jifhmu l-iskrittura u jiżviluppaw imħabba għaliha. Il-Presbiteru Jeffrey R. Holland ta dan il-parir lill-mexxejja tal-missjoni:

    “Agħmlu l-imħabba għall-kelma ta’ Alla assolutament fil-ċentru tal-kultura missjunarja tagħkom . … Agħmlu l-familjarità mar-rivelazzjonijiet u l-użu regolari tax-xogħlijiet standard waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-missjunarji tagħkom għall-bqija ta’ ħajjitkom.

    “Meta tgħallmu lill-missjunarji tagħkom—u dan ifisser il-ħin kollu—għallmuhom mill-iskrittura. Ħalluhom jaraw minn fejn intom tiksbu l-qawwa u l-ispirazzjoni. Għallmuhom biex iħobbu u biex jiddependu fuq daek ir-rivelazzjonijiet akkumulati.

    “Il-president tal-missjoni [tiegħi] għallem mill-Ktieb ta’ Mormon u skrittura [oħra] kull darba li konna fil-preżenza tiegħu, jew inkella hekk kien qisu. L-intervisti personali kien imnisġin bl-iskrittura. L-ideat għal … laqgħat kienu meħudin mix-xogħlijiet standard. …

    “Ma konniex nafuh dan dak iż-żmien, iżda l-president tagħna kien qed jarmana sa snienna, filwaqt li jħeġġiġna bil-forza kollha ta’ ruħu u b’kull fakultà li kien jippossedi sabiex naħfnu tajjeb il-virga tal-ħadid ħalli qatt ma nintilfu [ara 1 Nefi 15:23–25]” (“Il-Qawwa tal-Iskrittura” seminar għall-mexxejja tal-missjoni ġodda, 25 ta’ Ġunju, 2022).