Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 13: Ingħaqad mal-Mexxejja u l-Membri biex Tistabblixxu l-Knisja


“Kapitlu 13: Ingħaqad mal-Mexxejja u l-Membri biex Tistabblixxu l-Knisja,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)

“Kapitlu 13,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

Immaġni
Isimgħu Lilu, ta’ Simon Dewey

Kapitlu13

Ingħaqad mal-Mexxejja u l-Membri biex Tistabblixxu l-Knisja

Ikkunsidra Dan

  • Kif nista’ naħdem mal-mexxejja u l-membri tal-qasam biex nistabbilixxu l-Knisja?

  • X’inhuma r-responsabbiltajiet tal-mexxejja tal-wited u tal-qasam fil-ħidma missjunarja?

  • X’għandi nagħmel fil-lagħqa ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa mal-mexxejja tal-qasam?

  • Kif nista’ nissapportja lill-mexxejja biex jiġi mxerred l-evanġelju u jitqawwew membri ġodda u dawk li qed jirritornaw?

Il-missjunarji jaħdmu ma’ mexxejja u membri lokali sabiex isibu nies biex jgħallmuhom u jmexxuhom lejn is-Salvatur. Inti unifikat bl-imħabba tiegħek għal Alla u wliedu. Huwa se jkabbar l-isforzi tiegħek b’tali mod li inti taħdem f’unità mal-mexxejja u l-membri lokali. Qis li tagħmel il-ħidma magħhom parti importanti mill-miri u l-pjanijiet tiegħek.

Int u ssir taf u tħobb lill-mexxejja u l-membri lokali, int se tagħrdaf modi kif tista’ tissapportjahom fis-sejħa u l-isforzi missjunarji tagħhom. Offri l-ħiliet u t-talenti tiegħek f’modi li bihom tista’ televahom u tqawwihom.

Dan il-kapitlu jispejga kif int tista’ taħdem mal-membri biex taqsmu l-evanġelju u tqawwu membri ġodda u dawk li qed jirritornaw. Għal iżjed informazzjoni, ara kapitlu 23 tal-Manwal Ġenerali.

Studju Personali jew Akkumpanjat

Irrevedi l-ġrajja ta’ konverżjoni tas-Sultan Lamoni, ta’ martu, u tal-poplu tiegħu f’Alma 18–19.

  • X’kien l-irwol ta’ Abish f’din il-konverżjoni? X’setgħet tagħme din iżda li Ammon ma setax?

  • X’tista’ titgħallem minn l-eżempju tagħha dwar membri u missjunarji li qed jaħdmu flimkien?

Ikkonsidra dawn l-eżempji oħrajn ta’ membri li qed jgħinu fil-ħidma missjunarja:

Kif tista’ tħeġġeġ lill-mexxejja u lill-membri biex jimxu wara l-eżempju tagħhom?

Ibni Relazzjonijiet ma’ Mexxejja u Membri Lokali

Il-mexxejja u membri tal-Knisja lokali huma sħab tiegħek fil-ħidma tal-Mulej. Ibni relazzjonijiet li jgħinukom taħdmu flimkien biex iġġib l-evanġelju rrestawrat lill-ulied tal-Missier fis-Smewwiet. Dawn ir-relazzjonijiet jistgħu jberkuk għall-kumplament ta’ ħajtek.

Seddaq il-fiduċja u l-ħbiberija ġenwina mal-mexxejja u l-membri lokali. Iltaqa’ magħhom u tgħallem dwar il-familja tagħhom, l-isfond, l-interessi, u l-esperjenza tagħhom fil-Knisja. Kun ġenwinament interessat f’ħajjithom.

Meta żżurhom, agħmel dan bi skop partikolari. Uri li inti ingaġġat b’mod serju fil-ħidma tiegħek biex issib u tgħallem. Irrispetta l-ħin u l-iskeda tagħhom.

Meta tiltaqgħu f’darhom u tgħallimhom l-evanġelju, fittex li tgħinhom iqawwu l-fidi tagħhom. Bl-għajnuna tat-talb fittex li jkollok l-Ispirtu miegħek. Aqsam l-esperjenzi li għandek fil-ħidma missjunarja fiż-żona tiegħek.

Immaġni
laqgħa fi grupp

Issapportja Mexxejja Lokali fl-Irwoli Tagħhom

Xi sejħiet ta’ tmexxija għandhom responsabbiltajiet fil-ħidma missjunarja. Li tifhem dawn ir-responsabbiltajiet jgħinek tagħti sapport lil dawn il-mexxejja. Id-deskrizzjonijiet li ġejjin huma minn kapitlu 23 fil-Manwal Ġenerali.

President tal-wited:Iħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju fil-wited biex jinxtered l-evanġelju u jitqawwew membri ġodda u dawk li qed jirritornaw. Hu u l-konsulenti tiegħu jagħtu direzzjoni ġenerali lil dawn l-isforzi.

Veskovat:Jikkoordina mal-presidenzi tal-kworum tal-presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev hekk kif imexxu l-isforzi tal-wited biex jinxtered l-evanġelju u jitqawwew membri ġodda u dawk li qed jirritornaw.

Presidenzi tal-kworum tal-presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev:Imexxu l-isforzi ta’ kuljum fil-wited biex jinxtered l-evanġelju u jitqawwew membri ġodda u dawk li qed jirritornaw. Huma jaħdmu flimkien biex imexxu dawn l-isforzi mal-kunsill tal-qasam, taħt il-koordinazzjoni tal-isqof. Ara il-Manwal Ġenerali, 8.2.3 u 9.2.3.

Mexxej tal-missjoni tal-qasam (jekk imsejjaħ):Jikkoordina l-ħidma tal-membri u l-mexxejja, tal-missjunarji fil-qasam, u missjunarji full-time. Jekk mexxej tal-missjoni tal-qasam mhuwiex imsejjaħ, membru tal-presidenza tal-kworum tal-presbiteri jieħy dan l-irwol. Ara il-Manwal Ġenerali, 23.5.3.

Staqsi lilek innifsek regolarment, “Jiena barka għall-mexxejja lokali?” Żviluppa attitiudni ta’ “Kif nista’ ngħin?”

Studju akkumpanjat

Ippjana ħin fl-iskeda tiegħek biex tiltaqa’ mal-mexxej tal-qasam għal ftit tal-ħin Staqsi kif tista’ tkun ta’ iktar sapport għalih jew għaliha. Agħmel pjanijiet biex titjieb.

Immaġni
laqgħa tal-kunsill

Lagħqa ta’ Loordinazzjoni ta’ Kull Ġimgħa

Il-koordinazzjoni mal-mexxejja lokali—inkluż mexxejja taż-żgħażagħ—huwa essenzjali biex tkunu magħqudin fl-isforzi tal-missjunarji. Jekk mexxej tal-missjoni tal-qasam huma msejjaħ, huwa jmexxi l-laqgħat ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa. Inkella, imexxi il-membru tal-presidenza tal-kworum tal-presbiteri li jimla dan l-irwol.

F’dawn il-laqgħat qsar u informali, il-mexxejja lokali u int tikkordinaw l-isforzi biex jitqassam l-evanġelju ma’ ħaddieħor u jitqawwew membri ġodda u dawk li qed jirritornaw (ara Manwal Ġenerali, 23.5.7). Il-laqgħat jistgħu jsiru b’mod reali jew virtwali. Il-koordinazzjoni għandha sseħħ f’modi oħrajn matul il-ġimgħa, inkluż telefonati, messaġġi elettroniċi, u imejls.

Immaġni
Mill-Presbiteru Quentin L. Cook

“Sforz u fokus unitarju fejn l-ippjanar u t-tfassil tal-miri tal-missjunarji jalliinja mal-ippjanar u t-tfassil tal-miri fil-qasam jew fil-fergħa jista’ jkun ta’ benefiċċju kbir biex titwettaq il-ħidma tal-ġabra ta’ Iżrael” (Quentin L. Cook, “Għan u Ppjanar,” seminar tat-tmexxija tal-missjoni, 25 ta’ Ġunju, 2019).

Ipprepara għal-Lagħqa ta’ Koordinazzjoni ta’ Kull Ġimgħa

Issapportja lill-mexxejja tal-qasam billi tmur ippreparat biex tipparteċipa fil-lagħqa ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa. Qabel il-laqgħa, sib il-ħin matul l-istudju akkumpannjat biex tidduskuti kif tista’ tipparteċipa b ‘mod effettiv.

Żomm ir-rekords tiegħek aġġornati fl-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi sabiex il-mexxejja jkollhom informazzjoni kurrenti dwar dawk li qed taħdem magħhom. Ipprepara biex tirraporta dwar l-assajments minn laqgħat preċedenti.

Ipparteċipa fil-Laqgħa ta’ Koordinazzjoni ta’ Kull Ġimgħa.

Laqgħat ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa huma intiżi biex jiffukaw fuq il-ħtiġijiet tal-individwi. Matul il-laqgħa, offri kif tista’ tissapportja lill-membri tal-qasam, inkluż iż-żgħażagħ, biex tgħin biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-individwi.

Il-laqgħa ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa normalment tkopri dawn l-erba’ suġġetti li ġejjin:

Kif nistgħu ngħinu lil dawk li qed jiġu mgħallmin? Punti possibbli għad-diskussjoni:

  • Liema membri jistgħu jipparteċipaw fil-lezzjonijiet din il-ġimgħa? Min se jistedinhom biex jipparteċipaw?

  • X’inhuma l-isfidi għal dawk li qed jiġu mgħallmin? Kif jistgħu jgħinu l-membri?

  • X’inhuma l-ħtiġijiet għal dawk li għandhom data skedata għall-magħmudija? Il-magħmudija hija ppjanata? (Ara “Is-Servizz tal-Magħmudija” f’kapitlu 12.)

Kif nistgħu ngħinu lil dawk li tgħammdu riċentament? Punti possibbli ta’ diskussjoni:

  • Liema membri ġodda fl-ewwel sena ta’ sħubija tagħhom qed jattendu l-laqgħa tas-sagrament? Kif nistgħu ngħinu lil dawk li forsi mhumiex jattendu?

  • Liema membri ġodda għandhom ħbieb fil-qasam? Kif jistgħu jgħinu aħwa li jimminstraw? Kif jistgħu jgħinu l-kworums taż-żgħażagħ u l-klassijiet jgħinu?

  • Liema membri ġodda għandhom essajnment jew sejħa?

  • Kif nistgħu ngħinu membri ġodda jibdew jirriċerkaw dwar l-antenati mejtin tagħhom sabiex ll-ordinanzi tat-tempju jkunu jistgħu jitwettqu għalihom? Membri ġodda jkollhom rakkomandazzjoni tat-tempju? Jekk hemm tempju fil-qrib, kif nistgħu ngħinuhom imorru fit-tempju biex iwettqu magħmudijiet għal dawn l-antenati mejtin?

  • Liema lezzjonijiet minn kapitlu 3 għadhom iridu jiġu mgħallmin mill-ġdid? Kif jistgħu jipparteċipaw il-membri?

  • Irrevedi l-progress ta’ It-Triq tal-Patt Tiegħi għal kull membru ġdid.

Kif nistgħu ngħinuhom jitħejjew? Punti ta’ diskussjoni possibbli:

  • Liema familji fejn parti biss hi membru jistgħu jżuru u jgħallmu l-missjunarji?

  • Liema membri li qed jirritornaw jistgħu jżuru u jgħallmu l-missjunarji?

  • Liema membri li qed jirritornaw għandhom ħbieb fil-qasam u opportunitajiet xierqa li jservu?

  • Aħna kif nistgħu ngħinu lil dawn il-membri?

Kif nistgħu nsibu iktar membri x’ngħallmu? Punti possibbli għad diskussjoni:

  • Kif nistgħu ngħinu lill-individwi, inkluż iż-żgħażagħ, u lill-familji l-prinċipji tal-imħabba, tal-qsim ma’ ħaddieħor, u tal-istedina? (Ara “Ingħaqad mal-Membri” f’kapitlu 9.)

  • Kif nistgħu ngħinu lill-membri, inkluż mexxejja tal-Primarja, jistiednu lill-ħbieb għall-attivitajiet tal-qasam?

Studju akkumpanjat

Ara l-vidjo ta’ laqgħa ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa fil-Manwal Ġenerali, 23.5.7. X’tgħallimt li tista’ tapplika fil-lagħqa ta’ koordinazzjoni li jmiss? Kif tista’ titħejji aħjar biex tiddiskuti il-ħtiġijiet u l-pjanijiet mal-mexxejja tal-qasam? Fis-sessjoni ta’ ippjanar tagħkom li jmiss, fassal miri ta’ kif se titjieb.

Issapportja il-Pjan tal-Qasam biex Jinqasam l-Evanġelju mal-Oħrajn

Il-kunsill ta’ qasam joħloq pjan sempliċi ta’ kif se jinqasam l-evanġelju mal-oħrajn (ara l-Pjan Ġenerali, 23.5.6). Sir familjari ma’ dan il-pjan. Fil-laqgħat ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa, fittex modi kif tgħin lill-mexxejja jaħdmu biex jilħqu l-miri tagħhom. Żomm lill-mexxejja informati dwar dak li qed tagħmel biex tissapportja lill-membri kif jaqsmu l-evanġelju mal-oħrajn.

Jekk tiġi mistieden biex tattendi laqgħa tal-kunsill tal-qasam, kun ippreparat li tagħti aġġornament fil-qosor dwar il-progress ta’ dawk li int qed tgħallem u dwar xi essajnments li rċevejt (ara il-Manwal Ġenerali, 29.2.5). Qis din l-opportunità bħala żmien biex tibni l-kunfidenza u l-fiduċja tal-mexxejja tal-qasam.

Immaġni
nies jieħdu b’idejn xulxin

Aġġusta- Ruħek għall-Ħtiġijiet taż-Żona Lokali

Kull qasam jew fergħa għandha ħtiġijiet uniċi li int għandek taddatta għalihom. Tista’ sservi f’fergħa żgħira jew f’qasam tal-adulti żgħażagħ single, jew tista’ sservi f’diversi oqsma. Xi mexxejja se jkollhom iktar esperjenza, oħrajn se jkollhom inqas. Xi mexxejja se jkollhom iktar ħin disponibbli minn oħrajn.

Fittex modi biex tgħin lill-mexxejja lokali. Jistgħu jistaqsuk biex tgħinhom fis-sapport tagħhom tal-membri fl-assenjazzjonijiet ta’ ministeru tagħhom. Jistgħu jistqsuk biex tħeġġeġ membri ġodda biex jistiednu lill-ħbieb tagħhom jattendu l-knisja. Tista’ tipprovdi suġġerimenti ta’ siwi kbir dwar il-ħidma missjunarja hekk kif il-mexxejja u l-membri jitgħallmu modi kif jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn.

Fejn il-Knisja hi relattivament ġdida, il-mexxejja tal-fergħa jistgħu jistaqsuk biex tgħin lill-membri ġodda jifhmu kif il-Mulej organizza l-Knisja Tiegħu.

Il-ħidma tiegħek mal-mexxejja taf tkun differenti f’żoni differenti, iżda dawn l-attivitajiet kollha huma essenzjali biex jitbierku l-individwi u tiġi stabbilita l-Knisja tal-Mulej.

Għin lill-Membri u lill-Mexxejja Iħobbu, Jaqsmu Ma’ Ħaddieħpr, u Jistiednu

Ħeġġeġ lill-membri jaqsmu l-evanġelju mal-oħrajn b’mod normali u naturali. Il-Manwal Ġenerali joffri struzzjoni u vidjos biex jgħinu lill-membri u lill-mexxejja jagħmlu dan billi jgħixu l-prinċipji tal-imħabba, tal-qsim ma’ ħaddieħor, u jistiednu (ara il-Manwal Ġenerali, 23.1.1, 23.1.2, and 23.1.3). Żomm dawn il-prinċipji f’moħħok hekkkif tkun qed taħdem mal-mexxejja.

Int se tkun barka għall-mexxejja hekk kif tagħtihom sapport fl-isforzi tagħhom f’din il-ħidma. Min-naħa tagħhom, l-eżempju tagħhom se jgħin lill-membri biex jinvolvu ruħhom iżjed biex jaqsmu l-evanġelju u jawwu membri ġodda u dawk li qed jirritornaw.

Ara “Ingħaqad mal-Membri” f’kapitlu 9 għall-ideat dwar kif tissapportja lill-membri fl-isforzi tagħhom biex jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn.

Studju tal-Iskrittura

Studja s-siltiet li ġejjin mill-iskrittura. Is-Salvatur u dawn id-dixxipli kif ħabbew, qasmu, u stiednu? Liema azzjonijiet jispiraw dawn l-eżempji fit-tagħlim tiegħek? Kif tista’ tgħin lill-membri jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn b’mod normali u naturali.

Ħobb

Aqsma ma’ Ħaddieħor

Stieden

Kull darba li tistudja, niżżel dak li tkun tgħallimt.

Immaġni
rġiel jitkellmu

Issapportja lill-Mexxejja Lokali meta Jqawwu lill-Membri Ġodda

Meta n-nies jitgħammdu u jiġu kkonfermati, huma jsiru “ċittadini flimkien mal-qaddisin u nies tad-dar ta’ Alla” (Efesin 2:19; ara wkoll 1 Korintin 12:12–27). Aħdem mal-mexxejja lokali biex tgħin membri ġodda jkunu “mgħajxin bil-kelma t-tajba t’Alla, sabiex jibqgħu fit-triq it-tajba, … jiddependu kompletament fuq il-merti ta’ Kristu” (Moroni 6:4).

Immaġni
Il-Presbiteru Ulisses Soares

“L-ikkonvertiti ġodda jiġu fil-Knisja b’entużjażmu għal dak li jkunu sabu. U jenħtieġ li aħna minnufih nibnu fuq dak l-entużjażmu. … Il-missjunarji jistgħu jgħinu billi jintroduċi lin-nies li huma jgħallmu u l-ikkonvertiti ġodda mal-membri leali li se jestendulhom l-id tal-ħbiberija, se jisimgħuhom, se jiggwidawhom, u se jilqgħuhom fil-knisja saħansitra qabel ma jitgħammdu. … Hekk kif aħna [nimministraw] lil dawk li jidħlu fl-ilmijiet tal-magħmudija, se naraw ħafna iżjed fost ulied Alla li jibqgħu sħaħ sal-aħħar u jirċievu l-ħajja eterna” (Ulisses S. Soares, “Retenzjoni tal-Ikkonvertit,” seminar tal-mexxejja tal-missjoni, 25 ta’ Ġunju, 2018).

Għin lill-Membri Ġodda Jattendu Laqgħa tas-Sagrament

Int għandek rwol importanti fl-għajnuna li tagħti lill-membri ġodda biex jattendu l-knisja. Aħdem mal-mexxejja biex tassigura li int jew membri tal-qasam tgħinuhom jattendu. L-indikatur ewlieni li qed juri l-attendenza għal-laqgħa tas-sagrament ta’ membru ġdid jista’ jgħinek tara meta hu jew hi forsi jeħtieġu ftit iżjed inkuraġġiment.

Aktarx li l-membri ġodda se jibqgħu jattendu l-laqgħa tas-sagrament u jieħdu sehem fis-sagrament meta jkollhom il-ħbieb fil-qasam. Għinhom biex iħossu sens ta’ appartenenza, speċjalmet matul l-ewwel sena tal-ħajja tal-evanġelju. (Ara Duttrina u Patti 84:106, 108.)

Għallem mill-Ġdid l-Lezzjonijiet ta’ Kapitlu 3

Għin lill-membri ġodda jkomplu jqawwu l-fidi tagħhom fis-Salvatur Ġesù Kristu u l-evanġelju tiegħu. Il-veritajiet u l-prinċipji tal-evanġelju jidħlu dejjem iktar fl-għeruq hekk kif membri ġodda jkomplu jitgħallmu permezz tal-Ispirtu.

Wara l-konferma, għallem il-lezzjonijiet tal-missjunarji mill-ġdid. Int għandek tmexxi t-tagħlim. Madanakollu, ikkoordina flimkien mal-mexxejja sabiex il-missjunarji tal-qasam jew membri oħra jipparteċipaw. Li terġa’ tgħallem il-lezzjonijiet f’kapitlu 3 huwa mod importanti kif tgħin membri ġodda jkunu “mgħajxin bil-kelma tajba ta’ Alla” (Moroni 6:4). Int u tgħallem, ħeġġeġ lill-membri ġodda biex iżommu l-impenji kollha fil-lezzjonijiet.

Aqra l-iskrittura mal-membri l-ġodda, speċjalment il-Ktieb ta’ Mormon, u għallem il-prinċipji tal-evanġelju. Għinhom biex jaqsmu l-evanġelju mal-ħbieb u ma’ tal-familja. Kull membru ġdid għandu ħtiġijiet speċifiċi, u int tista’ tgħinu (jew tgħinha) iħossu maħbub u milqugħ.

Rapport tal-Progress fit-Triq tal-Patt u It-Triq tal-Patt Tiegħi

Il-mexxejja lokali għandhom riżorsi għall-isforzi missjunarji tagħhom bħalma għandek int. Waħda minn dawn hija r-rapport tal-Progress fit-Triq tal-Patt fir-Riżorsi, li wieħed isib fl-app Għodod tal-Membru jew fir-Riżorsi tal-Mexxej u l-Iskrivan. Ir-rapport jippermetti lill-mexxejja lokali jaraw l-esperjenzi importanti persuna tkun teħtieġ biex tkompli tagħmel progress fit-triq tal-patt qabel u wara l-magħmudija.

It-Triq tal-Patt Tiegħi hija riżorsa li tgħin lill-membri ġodda “jibqgħu ankrati fil-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu u jħossuhom jippartjenu fil-Knisja” (It-Triq tal-Patt Tiegħiiv). Din tintroduċi membri ġodda għal attivitajiet u opportunitajiet, fosthom l-istorja tal-familja u l-għajnuna antenati mejtin jirċievu ordinanzi sagri fit-tempju. Ħeġġeġ membri lokali biex jiggwidaw membri ġodda matul dawn l-esperjenzi. Agħti s-sapport meta jkun mitlub.

Studju Personali jew Akkumpanjat

Studja It-Triq tal-Patt Tiegħi. X’tgħallimt dwar l-irwol tiegħek li tgħin lill-membri jqawwu l-ikkonvertiti ġodda? Kif tista’ tagħti sapport lill-isforzi tal-kunsill tal-qasam? Kull darba li tistudja dan il-kapitlu, niżżel dak li tkun tgħallimt.

Issapportja lill-Mexxejja Lokali meta Jqawwu lill-Membri Ġodda

Xi membri jagħżlu li jieqfu jipparteċipaw fil-Knisja. Il-mexxejja lokali u membri oħra jagħmlu ħilithom biex jibnu relazzjonijiet magħhom u jersqu kemm jistgħu lejhom. Is-Salvatur qal:

“Gax lil min hu bħalu intom għandkom tkomplu taqdu; għax ma tafux jekk xi darba huma jerġgħu lura u jindmu, u jiġu għandi b’impenn sħiħ f’qalbhom, u jiena nfejjaqhom; u intom tkunu l‑mezz li wasslilhom is‑salvazzjoni” (3 Nefi 18:32).

Il-mexxejja lokali jafu jitolbukom biex tgħinu lill-membri li qed jirritornaw biex jibnu l-fidi tagħhom. Ta’ spiss dawn l-essajnments se jkunu ma’ familji li mhux kollha huma membri. Bl-għajnuna tat-talb ikkonsidra kif tista’ tistieden lill-Ispirtu fid-djar tal-membri li qed jirritornaw hekk kif tgħallimhom il-prinċipji tal-evanġelju u tistedinhom biex jaġixxu. Uri l-empatija u l-kompassjoni għat-tħassib tagħhom.

Skont kif jippermettu ċ-ċirkostanzi, għallem l-evanġelju lil dawk fl-istess dar li għadhom ma tgħammdux. L-imħabba u s-sapport tiegħek jistgħu jgħinuhom japprofondixxu l-fidi tagħhom fi Kristu u jkabbru x-xewqa tagħhom li jagħmlu u jżommu l-patti.

Ikkoordina mal-mexxejja lokali meta taħdem ma’ membri li qed jirritornaw. Dawn l-isforzi jistgħu jkollhom impatt dejjiemi fuq l-individwi u l-kongregazzjoni lokali.

Studju tal-Iskrittura

X’għallem Ġesù Kristu dwar l-importanza li ngħinu lil dawk li qed jitħabtu.

Alma u Amuleki għallmu lil bosta li kienu tbiegħdu mill-Knisja. X’tista’ titgħallem mill-esperjenzi tagħhom dwar kif għandna nqawwu lill-membri li qed jirritornaw?


Ideat għal Studju u Applikazzjoni

Studju Personali

  • Uża l-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex tagħmel pjanijiet li tkellem lill-membri ġodda u lill-membri li rritornaw riċentament li qed jibdlu ħajjithom u jattendu l-knisja. X’kien l-aktar li għenhom? Fid-djarju tal-istudju tiegħek, ikteb ħsibijietek dwar l-esperjenzi tagħhom. X’tgħallimt li se jjkun ta’ għajnuna għalik meta taħdem ma’ dawk li qed tgħallem bħalissa.

  • Studja 2 Nefi 31:18–20, Alma 26:1–7, Alma 32:32–43, u Moroni 6. Ikteb dak li titgħallem minn dawn il-versi dwar kif tqawwi lill-membri ġodda.

Kumpann tal-Istudju u Skambju ta’ Kumpann

  • Aqra u ddiskuti kapitlu 23 fil-Manwal Ġenerali. Kif tista’ tissapportja mexxejja lokali fir-responsabbiltajiet tagħhom?

  • Matul il-lagħqa ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa, staqsi lill-mexxejja tal-qasam jekk hemmx xi membri li qed jirritornaw fiż-żona tiegħek li huma jixtiquk li żżur din il-ġimgħa. Meta żżurhom, fittex li tibnilhom il-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu.

  • Identifika dawk kollha li tgħammdu u ġew ikkonfermati matul is-sena li għaddiet. Irrevedi r-rekord ta’ wieħed minnhom u ddiskuti kif tista’ taħdem mal-mexxejja fil-laqgħa ta’ koordinazzjoni ta’l-ġimgħa d-dieħla biex tgħin lil din il-persuna. Irrekordja l-ideat u s-suġġerimenti tiegħek fl-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi. Dan irrepetih għal kull ikkonvertit riċenti fiż-żona tiegħek.

Kunsill tad-Distrett, Konferenzi taż-Żona, u Kunsill tat-Tmexxija tal-Missjoni

  • Stieden lil xi isqof jew xi mexxej ieħor tal-qasam biex jitkellem dwar kif nistgħu nqawwu membri ġodda u dawk li qed jirritornaw? Staqsi lil din il-persuna biex tenfasizza kif il-missjunarji jistgħu jgħinu,

  • Iddiskuti l-parabboli tan-nagħġa l-mitlufa, tad-drakma l-mitlufa, u tal-iben il-ħali (ara Luqa 15). Stiden lill-missjunarji biex jaqsmu ma’ ħaddieħor dak li tgħallmu u kif jistgħu japplikawh fil-ħidma missjunarja tagħhom.

Mexxejja tal-Missjoni u Konsulenti tal-Missjoni

  • Aħdem mal-mexxejja lokali biex tħeġġiġhom jgħinu lill-membri ġodda:

    • Kun ordnat għall-uffiċċju tas-saċerdozju (għal irġiel ta’ età xierqa).

    • Itlob biex ikollok aħwa li jimministraw assenjati (jew sisters li jimministraw għan-nisa).

    • Irċievi rakkomandazzjoni tat-tempju biex titgħammed fit-tempju għal antenati mejtin.

    • Ipprepara l-isem ta’ antenat mejjet biex tieħu t-tempju.

    • Irċievi essajnment jew sejħa biex isservi fil-qasam jew l-fergħa tagħhom.

  • B’koordinazzjoni mal-president tal-wited, għallem lill-mexxejja lokali kif jorganizzaw lagħqat ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa effettivi.

  • Xi minn daqqiet segwi lill-membri ġodda biex tara kif inhuma u kif il-missjunarji u l-membri jistgħu jgħinu.

  • Stieden lill-membri ġodda biex ikellmu lill-missjunarji u jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom fil-Knisja.