“Kapitlu 4: Fittex u Oqgħod fuq l-Ispirtu,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)
“Kapitlu 4: Fittex u Oqgħod fuq l-Ispirtu,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi
Kapitlu 4
Fittex u Oqgħod fuq l-Ispirtu
Fittex il-Gwida tal-Ispirtu s-Santu
Id-don tal-Ispirtu s-Santu huwa wieħed mill0ikbar rigali li Alla ta lil uliedu. Huwa vitali fil-ħidma tiegħek bħala missjunarju? Int jeħtieġlek il-qawwa li tiggwida, li tnebbaħ, tal-Ispirtu s-Santu hekk kif int tgħin lin-nies jiġu mgħammdin, ikkonfermati, u kkonvertiti.
Li jkollok il-gwida tal-Ispirtu s-Santu f’ħajtek jitlob ħidma spiritwali. Din il-ħidma tinkludi talb ferventi u studju tal-iskrittura konsistenti. Tinkludi wkoll li żżomm il-patti tiegħek u tħares il-kmandamenti ta’ Alla (ara Mosija 18:8–10, 13). Tinkludi li b’mod den tieħu sehem fis-sagrament kull ġimgħa (ara Duttrina u Patti 20:77, 79).
Int tiffaċċja ħtiġijiet u ċirkostanzi differenti kull jum. Is-suġġerimenti tal-Ispirtu se jgħinuk issir taf x’għandek tagħmel. Hekk kif tfittex dawn is-suġġerimenti u taġixxi fuqhom, l-Ispirtu s-Santu se jkabbar il-ħiliet u s-servizz tiegħek biex int teċċedi bil-kbir dak li tista’ tagħmel waħdek. Huwa se jgħinek f’kull aspett tas-servizz missjunarju tiegħek u fil-ħajja personali tiegħek. (Ara 2 Nefi 32:2–5; Alma 17:3; Ħelaman 5:17–19; Duttrina u Patti 43:15–16; 84:85.)
“Fiż-żmien li ġej, mhux se jkun possibbli li aħna nkomplu ngħixu spiritwalment mingħajr il-gwida, id-direzzjoni, il-faraġ, u l-influwenza kostanti tal-Ispirtu s-Santu” (“Rivelazzjoni għall-Knisja, Rivelazzjoni għal Ħajjitna,” Liahona, Mejju 2018, 96).
Id-Dawl ta’ Kristu
Id-Dawl ta’ Kristu jingħata “lil kull bniedem, sabiex jista’ jagħraf it-tajjeb mill-ħażin” (Moroni 7:16; ara versi 14–19; ara wkoll Ġwanni 1:9). Id-Dawl ta’ Kristu huwa tnebbiħ, għarfien, u influwenza li jingħataw permezz ta’ Ġesù Kristu. Din l-influwenza sseħħ qabel ma nirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu. Tiggwida li dawk li jaċċettaw li jitgħallmu u jgħixu l-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu.
L-Ispirtu s-Santu
Il-Personaġġ tal-Ispirtu s-Santu
L-Ispirtu s-Santu huwa t-tielet membru tad-Divinità. Huwa pwersonaġġ tal-ispirtu u m’għandux ġisem tal-laħam u l-għadam (ara Duttrina u Patti 130:22). Huwa l-Farraġ, l-istess li s-Salvatur wiegħed li għad jgħallem lil dawk li jimxu warajh il-ħwejjeġ kollha u jgħinhom biex jiftakru dak li kien għallem Ġesù. (ara Ġwanni 14:26).
Il-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu
Ix-xhieda li tasal li dawk li jfittxu l-verità b’mod sinċier qabel il-magħmudija taslilhom bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. In-nies kollha jistgħu jirċievu testimonjanza ta’ Ġesù Kristu u tal-evanġelju rrestawrat permezz tal-qawwa tal-Ispirtu s-Santu Permezz “tal-qawwa tal-Ispirtu s-Santu nistgħu nkunu nafu l-verità ta’ kull ħaġa” (Moroni 10:5).
Id-Don tal-Ispirtu s-Santu
Id-don tal-Ispirtu s-Santu huwa d-dritt li jkollna sħubija kostanti tal-Ispirtu s-Santu hekk kif aħna nkunu denji. Aħna nirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu wara li nitgħammdu bl-ilma. Huwa mogħti lilna permezz tal-ordinanza tal-konferma.
Il-Profeta Joseph Smith qal: “Hemm differenza bejn l-Ispirtu s-Santu u d-don tal-Ispirtu s-Santu. Kornelju rċieva l-Ispirtu s-Santu qabel ma tgħammed, li kien il-qawwa li tikkonvinċi ta’ Alla li kiseb tal-verità tal-Evanġelju, iżda ma setax jirċievi d-don tal-Ispirtu s-Santu qabel ma tgħammed” (Tagħlim tal-Presidenti tal-Knisja: Joseph Smith [2007], 97).
Huwa permezz ta’ dan id-don u l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li aħna tqaddisna—magħmula aktar qaddisa, aktar kompluti, aktar sħaħ, aktar bħal Alla. Huwa permezz tal-fidwa ta’ Kristu u tal-qawwa safja tal-Ispirtu s-Santu li aħna nistgħu nitwieldu mill-ġdid spiritwalment hekk kif inżommu l-patti li nagħmlu ma’ Alla (ara Mosija 27:25–26).
L-Ispirtu s-Santu tal-Wegħda
L-Ispirtu s-Santu huwa wkoll irreferut bħala l-Ispirtu s-Santu tal-Wegħda (ara Duttrina u Patti 88:3). F’din il-kapaċità, l-Ispirtu s-Santu jikkonferma li l-ordinanzi tas-saċerdozju li nirċievu u l-patti li nagħmlu jkunu aċċettabli għal Alla. Dawk li huma ssiġillati mill-Ispirtu s-Santu tal-Wegħda se jirċievu dak kollu li għandu l-Missier (ara Duttrina u Patti 76:51–60; Efesin 1:13–14; Gwida għall-Iskrittura, “Spirtu s-Santu tal-Wegħda”).
L-ordinanzi u l-patti kollha għandhom ikunu ssiġillati mill-Ispirtu s-Santu tal-Wegħda biex ikunu validi wara din il-ħajja (ara Duttrina u Patti 132:7, 18–19, 26). Dak is-siġill jiddependi mill-fidi kontinwa tagħna.
Doni tal-Ispirtu
Il-Mulej jagħtina d-doni tal-Ispirtu biex iberkuna u biex nużawhom biex inbierku lill-oħrajn (see Duttrina u Patti 46:8–9, 26). Per eżempju, il-missjunarji li jitgħallmu lingwa ġdida jistgħu jirċievu d-don tal-ilsna biex jagħtihom għajnuna divina sabiex jgħinhom jgħallmu lill-oħrajn fil-lingwa nativa tagħhom.
Bosta doni tal-Ispirtu huma deskritti f’Moroni 10:8–18, Duttrina u Patti 46:11–33, u 1 Korintin 12:1–12. Dawn huma biss xi ftit doni mill-ħafna tal-Ispirtu. Il-Mulej jaf iberikna b’doni oħrajn u dan jiddependi mill-fidi tagħna, mill-bżonnijiet tagħna, u l-bżonnijiet tal-oħrajn.
Is-Salvatur jistedinna biex infittxu d-doni spiritwali bil-ħrara kollha (ara Duttrina u Patti 46:8; 1 Korintin 14:1, 12). Dawn id-doni jiġu bit-talb, bil-fidi, u bl-isforz—u skont ir-rieda ta’ Alla.
Il-Qawwa tal-Ktieb ta’ Mormon fil-Konverżjoni
Il-konverżjoni sseħħ permezz tal-qawwa tal-Ispirtu s-Santu? L-irwol tiegħek huwa li tgħin iġġib il-qawwwa tal-Ispirtu fil-ħajja ta’ persuna. Xi modi li bihom tista’ tagħmel dan huma ssuġġeruti hawn taħt.
-
Fittex biex ikollok l-Ispirtu miegħek permezz tat-talb, billi tfittex fl-iskrittura, u żżomm il-patti tiegħek.
-
Għallem permezz tal-Ispirtu dwar is-Salvatur u l-messaġġ tar-Restawrazzjoni. Imxi mal-gwida tal-Ispirtu billi tadatta l-messaġġ tiegħek għall-bżonnijiet ta’ kull persuna.
-
Agħti xhieda li taf bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li dak li tgħallem huwa veru. Hekk kif nitolbu, l-Ispirtu s-Santu jista’ jagħti xhieda lill-oħrajn.
-
Stieden lin-nies biex jaġixxu, u ssapportjahom biex iżommu l-patti tagħhom. Hekk kif in-nies iżommu l-patti tagħhom, għandhom iħossu l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu b’mod aktar qawwi. Ara kapitlu 11.
-
Segwi billi tistaqsi lin-nies dwar l-esperjenza tagħhom ta’ kif aġixxew għal stedina. Il-fidi tagħhom tikber hekk kif huma jindmu, jobdu l-kmandamenti, u jżommu l-kmandamenti. Għinhom jagħrfu l-Ispirtu li qed jaħdem magħhom.
Il-President M. Russell Ballard għallem: “Il-Konverżjoni tiġi permezz tal-qawwa tal-Ispirtu. Meta l-Ispirtu jmiss il-qalb, il-qlub jinbidlu. Meta individiwi … iħossu l-Ispirtu jaħdem magħhom, jew meta jaraw l-evidenza tal-imħabba tal-Mulej u l-ħniena tiegħu f’ħajjithom, huma jkunu edifikati u mqawwa spiritwalment u l-fidi tagħhom fih tiżdied. Dawn l-esperjenzi mal-Ispirtu jsegwu b’mod naturali meta persuna tkun lesta li tesperimenta fid-dinja [ara Alma 32:27]. Dan huwa l-mod li bih aħna naslu biex inħossu li l-evanġelju huwa veru” (“Issa Huwa l-Mument,” Ensign, Nov. 2000, 75).
Itlob bil-Fidi f’Ġesù Kristu
Biex tgħin lil oħrajn ikunu kkonvertiti, jeħtieġ li tgħallem bil-qawwa tal-Ispirtu (ara Duttrina u Patti 50:13–14, 17–22). Il-Mulej qal, “L-Ispirtu jingħatalkom bit-talb tal-fidi; u jekk ma tirċevux l-Ispirtu m’ għandkomx tgħallmu” (Duttrina u Patti 42:14).
Hekk kif titlob għall-għajnuna fil-mod kif tgħallem, il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu jgħaddi l-messaġġ tiegħek “fi qlub ulied il-bnedmin” (2 Nefi 33:1). Hekk kif tgħallem bl-Ispirtu u oħrajn jirċievu bl-Ispirtu, int “tifhem wieħed lil ieħor” u “tkun edifikat u tifirħu flimkien” (Duttrina u Patti 50:22).
Kif Nitolbu
Ġesù għallimna nitolbu (ara Mattew 6:9–13; 3 Nefi 18:19). Itlob b’mod sinċier u b’intenzjoni reali biex taġixx skont is-suġġerimenti tal-Ispirtu s-Santu. It-talb effettiv jeħtieġ sforz umli u kontinwu (ara Moroni 10:3–4; Duttrina u Patti 8:10).
Uża lingwa li turi relazzjoni ma’ Alla li hija waħda ta’ mħabba u ta’ qima. Jekk ħa titlob bl-Ingliż, uża lingwa skritturali bħal Thee, Thou, Thy, u Thine minflok il-pronomi iktar komuni you, your, u yours.
Dejjem esprimi gratitudni. L-isforz konxju li tkun grat jgħinek tagħraf kemm Alla huwa ħanin f’ħajtek. Jiftaħlek qalbek u moħħok għall-ispirazzjoni.
Itlob “bil-qawwa kollha ta’ qalbek” biex il-karità tissawwab fuqek ((Moroni 7:48). Itolb għal oħrajn b’isimhom. Itlob għal dawk li qed tgħallem. Fittex ispirazzjoni għal kif se tistedinhom u tgħinhom jiġu għand Kristu.
Meta Titlob
Meta għandek titlob? Il-Mulej qal, “Fittxu b’diliġenza, itolbu dejjem u emmnu, u fl-aħħar mill-aħħar kollox se jseħħ għall-aħjar tagħkom” (Duttrina u Patti 90:24).
Alma qal, “Ħu parir mingħand il‑Mulej f’dak kollu li tagħmel, u huwa jmexxik fit‑tajjeb; iva, meta tmur torqod billejl mur orqod għall‑Mulej, ħalli huwa jħarsek waqt li inti tkun rieqed; u meta tqum filgħodu ara li qalbek tkun mimlija gratitudni lejn Alla” (Alma 37:37; ara wkoll 34:17–27).
Il-Mulej jistiednek biex tirriserva ħinijiet kwieti u privati biex titlob: “Idħol fil‑kamra tiegħek ta’ ġewwa … u itlob lil Missierek li hu fil‑moħbi” (3 Nefi 13:6; ara wkoll vrus 7–13).
Il-President Gordon B. Hinckley għallem: “Kull filgħodu … , il-missjunarji għandhom jinżlu fuq irkopptejhom u jitolbu mal-Mulej biex ilsienhom jinħall u jitkellem permezz tagħhom għall-barka ta’ dawk li jkunu se jgħallmu. Jekk se jagħmlu dan, dawl ġdid se jiġi f’ħajjithom. Se jkun hemm entużjażmu akbar għax-xogħol. Se jintebħu li f’sens veru reali, huma qaddejja tal-Mulej li jitkellmu f’ismu” (“Servizz Missunarju,” L-Ewwel Laqgħa Dinija ta’ Taħriġ ta’ Tmexxija, Jannar 11, 2003, 20).
Nafdaw f’Alla Meta Nitolbu
Li jkollna l-fidi fi Kristu jfisser li nafdawh. Dan jinkludi li nafdaw ir-rieda u ż-żmien tiegħu bil-mod kif iwieġeb it-talb tagħna (ara Isaija 55:8–9). Il-President Dallin H. Oaks għallem:
“Hi kemm hi qawwija l-fidi tagħna, hi ma tistax tipproduċi riżultat kuntrarju għar-rieda Tiegħu li fih għandna fidi. Ftakruh dan meta t-talb tagħkom donnu li mhux jitwieġeb skont kif tixtiequ, jew meta tixtiequ. L-eżerċizzju tal-fidi fil-Mulej Ġesù Kristu huwa dejjem suġġet lill-ordni tas-smewwiet, lit-tajjeb u lir-rieda u lill-għerf u l-orarju tal-Mulej. Meta għandna t-tip ta’ fidi u fiduċja fil-Mulej, għandna s-sigurtà vera u s-serenità f’ħajjitna” (“L-Espjazzjoni u l-Fidi,” Ensign, Apr. 2010, 30).
Meta kien qed jitkellem dwar it-talb li forsi jidher li ma ġiex imwieġeb, il-President Russell M. Nelson qal:
“Naf x’jiġifieri! Naf il-beżgħat u d-dmugħ ta’ waqtiet bħal dawk. Jiena naf li s-separazzjoni taøna hija waœda temporanja. Imma naf tajjeb ukoll li t-talb tagħna qatt ma jisfa injorat. Jiena naf li l-perspettiva ta’ Missier fis-Smewwiet, li huwa mimli għerf, hija wisq ikbar minn tagħna. Filwaqt li nafu dwar il-problemi u l-uġigħ mortali tagħna, Huwa jaf dwar il-progress u l-potenzjal immortali tagħna. Jekk nitolbu biex nagħrfu r-rieda Tiegħu u nissottomettu lilna nfusna għaliha bis-sabar u l-kuraġġ, il-fejqan mis-smewwiet jista’ jseħħ bil-mod u bl-orarju Tiegħu” (“Ġesù Kristu—L-Imgħallem Fejjieq,” Liahona, Nov. 2005, 86).
Tgħallem Għaraf is-Suġġerimenti tal-Ispirtu
Huwa importanti għalik u għan-nies li tgħallem li tagħraf il-komunikazzjonijiet mingħand l-Ispirtu. L-Ispirtu ġeneralment jikkomunika fis-skiet, permezz tas-sentimenti, il-ħsibijiet tiegħek, u qalbek. Il-Profeta Elija sab li l-vuċi tal-Mulej ma kinitx fir-riħ, fit-theżhiża, jew fin-nar—imma kienet “vuċi ħelwa” (1 Slaten 19:12). Mhux “leħen iriegħed,” iżda aktarx “kien leħen sieket mill‑aktar ħelu, bħallikieku minn taħt l‑ilsien,” u li madanakollu jista’ “jifed sewwasew fil‑fond tar-ruħ” (Ħelaman 5:30).
Il-komunikazzjonijiet mill-Ispirtu jistgħu jinħassu differenti lil nies differenti. Irrispettivament minn kif jinħassu dawn il-komunikazzjonijiet, l-iskrittura tgħallem kif nagħrfuhom. Per eżempju, l-Ispirtu se jedifika u jmexxik biex tagħmel it-tajjeb. Hu se jdawwallek moħħok. B’mod umli hu se jmexxik lejn it-triq it-tajba u jiġġudikak b’mod tajjeb. (Ara Duttrina u Patti 11:12–14 u l-kaxxa tal-“Istudju Personali” aktar tard f’din is-sezzjoni.)
Biex iwieġeb din il-mistoqsija “Kif nagħrfu s-suġġerimenti tal-Ispirtu?” President Gordon B. Hinckley qara Moroni 7:13, 16–17. Imbagħad hu qal:
“Dak huwa l-eżami, meta kollox ikun intqal u magħmul. Tipperswadik biex tagħmel il-ġid, biex tqum, biex tkun kunfidenti, biex tagħżel dak li hu tajjeb, biex tkun ġeneruż, biex tkun ġeneruż? Allura huwa l-Ispirtu ta’ Alla. …
“… Jekk jistieden biex tagħmel it-tajjeb, allura huwa ta’ Alla. Jekk jistieden biex tagħmel il-ħażen, huwa tax-xitan. … U jekk qed tagħmel il-ħaġa t-tajba u jekk qed tgħix il-mod tajjeb, se tkun taf f’qalbek x’qed jgħidlek l-Ispirtu.
“Inti tagħraf is-suġġerimenti tal-Ispirtu mill-frott tal-Ispirtu—dak li jdawwal, dak li jibni, dak li huwa pożittiv u affirmattiv u edifikanti u li jwassalna għall-ħsibijiet aħjar u kliem aħjar u għemejjel aħjar huwa l-Ispirtu ta’ Alla” (Tagħlim ta’ Gordon B. Hinckley [1997], 260–61).
Hekk kif tfittex u timxi mal-gwida tal-Ispirtu s-Santu, l-abbiltà tiegħek biex tagħraf u tifhem is-suġġerimenti tiegħu se jiżviluppaw biż-żmien (ara 2 Nefi 28:30). B’xi modi, li nsiru aktar sensittivi mal-lingwa tal-Ispirtu huwa bħal meta nitgħallmu lingwa oħra. Huwa proċess gradwali li jirrikjedi sforz diliġenti u paċenzjuż.
Fittex il-gwida tal-Ispirtu s-Santu b’għan sħiħ f’qalbek. Jekk int preokkupat b’affarijiet oħrajn, jaf ma tindunax bit-sefsif ġentili tal-Ispirtu. Jew Hu jaf jistenna biex jikkomunika sakemm int tfittex l-influwenza tiegħu b’rieda umli biex taġixxi għas-sejħiet tiegħu.
Il-vuċijiet fid-dinja jikkompetu għall-attenzjoni tiegħek. Faċilment jistgħu joħonqu l-impressjonijiet spiritwali sakemm ma tallokax post f’qalbek għall-Ispirtu. Ftakar dan il-parir mingħand il-Mulej: “Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla” (Salm 46:10; ara wkoll Duttrina u Patti 101:16).
“Alla juża varjetà ta’ mudelli biex iwassal rivelazzjonijiet lil uliedu, irġiel u nisa, bħal ħsibijiet fil-moħħ u sentimenti fil-qalb, ħolm, … u ispirazzjoni. Xi rivelazzjonijiet jaslu b’mod immedjat u intens; xi oħrajn jintgħarfu b’mod gradwali u sottili. Li nirċievu, nagħrfu, u nirrispondu għar-rivelazzjonijiet minn Alla huma rigali spiritwali li għalihom aħna lkoll għandna nixxenqu u nfittxu b’mod xieraq” (David A. Bednar, “L-Ispirtu tar-Rivelazzjoni fil-Ħidma,” 2018 seminar tat-tmexxija tal-missjoni).
Studju Personali
Studja l-iskrittura fil-kaxxa li ġejja. Aħseb fiż-żminijiet li fihom esperjenzajt xi wħud minn dawn is-sentimenti, ħsibijiet, jew impressjonijiet deskritti f’dawn il-versi. Hekk kif tistudja u tikseb l-esperjenza, żid skritturis oħra ma’ din il-lista. Aħseb f’kif tista’ tuża dawn il-prinċipji biex tgħin lill-oħrajn iħossu u jagħrfu l-Ispirtu.
Duttrina u Patti 6:23; 11:12–14; 88:3; Ġwanni 14:26–27; Romani 15:13; Galatin 5:22–23 |
Tagħti sentimenti ta’ mħabba, hena, paċi, komfort, paċenzja, umiltà, ġentilezza, fidi, u tama. |
Alma 32:28; Duttrina u Patti 6:14–15; 8:2–3; 1 Korintin 2:9–11 |
Iddawwal u tagħti ideat fil-moħħ u sentimenti fil-qalb. |
Tgħin biex l-iskrittura jkollha effett qawwi. | |
Tbiddel id-dlam mad-dawl. | |
Tqawwi x-xewqa li tevita l-ħażen u tobdi l-kmandamenti tiegħu. | |
Moroni 10:5; Duttrina u Patti 21:9; 100:8; Ġwanni 14:26; 15:26; 16:13 |
Tgħallem il-verità u tfakkarhielek. |
Tiggwida u tipproteġi mll-qerq. | |
Tigglorifika u żżomm rekord ta’ Alla l-Missier u Ġesù Kristu. | |
Tiggwida ta’ kliem għall-għalliema umli. | |
Tagħti d-doni tal-Ispirtu. | |
Tgħid għal xiex għandek titlob. | |
Tgħid x’għandek tagħmel. | |
Tgħin lit-twajba jitkellmu bil-qawwa u l-awtorità. | |
Tqaddisna u ġġib maħfra għal dnubietna. | |
Iġġorr il-verità fil-qalb tas-semmiegħ. | |
Ittejjeb il-ħiliet u l-abbiltajiet. | |
1 Nefi 7:15; 2 Nefi 28:1; 32:7; Alma 14:11; Mormon 3:16; Għeter 12:2 |
Tħeġġeġ ’il quddiem jew iżżomm lura. |
Tedifika kemm lill-għalliem u kemm lill-istudenti. |
Serraħ fuq l-Ispirtu
Bħala qaddej tal-Mulej, int għandek tagħmel xogħlu bil-mod tiegħu u bil-qawwa tiegħu. IlIl-Profeta Joseph Smith għallem li “l-ebda bniedem ma jista’ jippriedka l-evanġelju mingħajr l-Ispirtu s-Santu” (Teachings: Joseph Smith, 332).
Afda lill-Ispirtu biex jiggwidak f’kull aspett fil-ħidma tiegħek. Hu jdawlek u jispirak. Hu jgħinek issib nies biex tgħallem u jġib il-paċi lit-tagħlim tiegħek. Hu jassistik hekk kif int tgħin lill-membri, lill-membri li qed jirritornaw, u lill-ikkonvertiti ġodda jqawwu l-fidi tagħhom.
Xi missjunarji jħossuhom konfidenti fihom infushom. Oħrajn m’għandhomx din it-tip ta’ kunfidenza. B’umiltà poġġi l-kunfidenza u l-fidi tiegħek f’Ġesù Kristu, mhux fuqek innifsek. Iddependi fuq l-Ispirtu iktar milli fuq it-talenti u l-kapaċitajiet tiegħek. L-Ispirtu s-Santu jkabbar l-isforzi tiegħek lil hinn bil-bosta minn dak li tista’ tagħmel waħdek.
Kelma ta’ Twissija
Ikkonferma l-Impressjonijiet Tiegħek Permezz ta’ Sorsi Affidabbli
Int u titlob għall-ispirazzjoni, qabbel l-impressjonijiet spiritwali tiegħek mal-iskrittura u t-tagħlim tal-profeti ħajjin. L-impressjonijiet mill-Ispirtu jallinjaw ma’ dawn is-sorsi.
Fittex Rivelazzjoni fi ħdan l-Essajnment Tiegħek
Kun ċert li s-sentimenti li tirċievi huma konsistenti mal-essajnment tiegħek. Sakemm ma tkunx imsejjaħ mill-awtorità xierqa, l-impressjonijiet mill-Ispirtu ma jingħatawlekx biex inti tagħti parir lil oħrajn jew biex tikkoreġi lil oħrajn. Per eżempju, inti mhux se tirċievi rivelazzjoni biex tgħid lil xi isqof x’għandu jagħmel fis-sejħa tiegħu.
Agħraf l-Influwenza Vera tal-Ispirtu
Il-President Howard W. Hunter ta dan il-parir: “Qed noffrilkom kelma ta’ twissija. … Jien naħseb li aħna mhux attenti biżżejjed … , nistgħu forsi nibdew niffalsifikaw l-influwenza vera tal-Ispirtu b’mezzi li huma indenji u manipulattivi. Nibda ninwieta meta donnu li emozzjoni qawwija jew ħafna tixrid ta’ dmugħ jitqiesu ekwivalenti ma’ preżenza tal-Ispirtu. Ċertament li l-Ispirtu tal-Mulej jista’ jqanqal sentimenti emozzjonali qawwijin, inkluż id-dmugħ, iżda jeħtieġ li l-manifestazzjoni minn barra ma tkunux imħawda mal-propja preżenza tal-Ispirtu” (It-Tagħlim ta’ Howard W. Hunter [1997], 184).
Tippruvax Tisforza Ħwejjeġ Spiritwali
Ħwejjeġ spiritwali ma jistgħux jiġu sfurzati. Tista’ tikkultiva atitudni u ambjent li jistieden l-Ispirtu, u tista’ tipprepara ruħek, imma ma tistax tiddetta kif u meta tiġi l-ispirazzjoni. Kun paċenzjuż u afda li se tirċievi dak li għandek bżonn meta l-ħin ikun tajjeb.
Żomm l-Esperjenzi Spiritwali Sagri
Bħala missjunarju, jaf tkun aktar konxju tal-esperjenzi spiritwali milli qatt kont qabel f’ħajtek. Dawn l-esperjenzi huma sagri u ġeneralment huma għall-edifikazzjoni, l-istruzzjoni, u l-korrezzjoni tiegħek.
Ħafna minn dawn l-esperjenzi l-aħjar li jinżammu privati. Aqsam mal-oħrajn biss meta l-Ispirtu jindikalek li int tista’ tbierek lin-nies l-oħrajn billi tagħmel hekk (ara Alma 12:9; Duttrina u Patti 63:64; 84:73).
Xi Drabi Uża l-Aħjar Ġudizzju Tiegħek
Xi drabi jeħtieġ li nkunu mmexxija mill-Ispirtu fil-ħwejjeġ kollha. Madanakollu, ħafna drabi l-Mulej iridna naġixxu billi nużaw l-aħjar ġudizzju tagħna (ara Duttrina u Patti 60:5; 61:22; 62:5). Il-President Dallin H. Oaks għallem:
“Xewqa li tkun mmexxi mill-Mulej hija qawwa, iżda jeħtiġilha tkun imsieħba minn fehma lil Missierna fis-Smewwiet iħalli bosta deċiżjonijiet għall-għażla personali tagħna. Li nieħdu deċiżjonijiet personali hija waħda mis-sorsi ta’ tkabbr li aħna mistennija nesperjenzaw fil-mortalità. Persuni li jippruvaw iċedu d-deċiżjonijiet kollha biex minflok jgħadduhom lill-Mulej, u li jittablu għal rivelazzjoni dwar kull għażla tagħhom, ma jdumux biex isibu ċirkostanzi fejn jitolbu għall-gwida u ma jirċevuhiex. Per eżempju, dan aktarx iseħħ f’dak il-bosta ċirkostanzi fejn l-għażliet huma trivjali u kwalunkwe għażla hija aċċettabbli.
“Jeħtiġilna nistudjaw is-sitwazzjoni f’moħħna, billi nużaw il-poteri tar-raġuni li l-Ħallieq qiegħed fina. Imbagħad jeħtiġilna nitolbu għall-gwida u naġixxu fuqha jekk nirċevuha. Jekk ma nirċevux gwida, jeħtiġilna naġixxu skont l-aqwa ġudizzju tagħna. Persuni li jippersistu li jfittxu gwida rivelatorja fuq suġġetti li dwarhom il-Mulej għażel li ma jidderiġiniex jistgħu isawru tweġiba mill-fantażija jew il-preġudizzji tagħhom stess, u jistgħui anki jirċevu tweġiba mill-medju tar-rivelazzjoni falza” (“Il-Kwalitajiet Tajbin Tagħna Jistgħu Jsiru l-Waqgħa Tagħna,” Ensign, Ott. 1994, 13–14).
Ideat għal Studju u Applikazzjoni
Studju Personali
-
Aqsam paġna f’żewġ kolonni. Semmi kolonna minnhom “Dak li Għamel il-Mulej” u l-kolonna l-oħra “Dak li Għamlu Leħi jew Nefi.” Aqra l-istorja ta’ Liahona u l-qaws imkisser (1 Nefi 16:9–31) jew l-istorja ta’ Nefi jibni vapur (1 Nefi 17:7–16; 18:1–6). Niżżel l-avvenimenti mill-istorja fil-kolonna l-ġusta. Ikkunsidra dak li l-istorja tista’ tgħallmek dwar in-natura tal-ispirazzjoni.
-
Qalleb fid-djarju tiegħek u sib okkażjonijiet meta kont immexxi mill-Ispirtu jew esperjenzajt don mill-Ispirtu. Aħseb meta, fejn, u għaliex ġraw dawn l-esperjenzi. Kif kienet immanifestata id il-Mulej? Kif ħassejtek? Li tiftakar f’dawn l-esperjenzi jista’ jgħinek tagħraf l-Ispirtu.
-
Studja Alma 33:1–12 u Alma 34:17–31. X’mistoqsijiet kienu qed jistaqsu Alma u Amuleki? (Irrevedi Alma 33:1–2.) Kif weġibt dawn il-mistoqsijiet? X’assigurazzjonijiet tawk?
-
Il-Mulej wiegħed li l-Ispirtu se jiggiwdana f’ħafna modi importanti. Hekk kif taqra l-passaġġi li ġejjin, identifika aspetti ta’ xogħlok li jirrikjedu l-gwida tal-Ispirtu. Xi jfissru l-prinċipji fl-iskrittura li ġejja għall-istudju personali u akkumpanjat? għal-laqgħat tal-kunsill tad-distrett, konferenzi taż-żoni, servizzi tal-magħmudija, u laqgħat oħrajn?
Nitolbu
Immexxu l-laqgħat
Kumpann tal-Istudju u Skambju ta’ Kumpann
-
Tkellem dwar it-talb li toffri bħala akkumpanjatur. Huma ggwidati mill-Ispirtu s-Santu? Irċevejt tweġibiet għat-talb tiegħek fil-forma ta’ sħubija? Meta titlobu bħala sħab, intom:
-
Temmnu li Alla se jagħtikom dak li intom qed titolbu għalih fs-sewwa u skont ir-rieda Tiegħu?
-
Tagħrfu u toffru ringrazzjament għal tweġibiet lit-talb tagħkomk?
-
Titolbu għal nies b’isimhom u tikkonsidraw l-ħtiġijiet tagħhom?
-
Titolbu għal xulxin u għall-Ispirtu biex jiggwidakom?
-
Tagħrfu t-tweġibiet għat-talb tagħkom?
-
Titolbu b’impenn biex taġixxu għas-suġġerimenti li tirċievu?
-
-
Tiddiskutu kif se tfittxu lill-Ispirtu b’iktar ħrara?
-
Tiddiskutu modi differenti li n-nies jiddeskrivu l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu. Iżżommu rekord fid-djarju tagħkom tal-istudju tal-kummenti li għamlu dawk li intom tgħallmu dwar l-esperjenzi mal-Ispirtu? Kif tista’ tgħin lil oħrajn jagħrfu l-influwenza sagra tiegħu?
Kunsill tad-Distrett, Konferenzi taż-Żona, u Kunsill tat-Tmexxija tal-Missjoni
-
Kif ikun xieraq, itlob lill-missjunarji jaqsmu mal-oħrajn storja jew esperjenza li semgħu f’laqgħa riċenti ta’ testimonjanza, waqt esperjenza ta’ tagħlim, jew f’xi sitwazzjoni oħra. L-istejjer u esperjenzi spiritwali li jirrakkontaw nies oħra jistgħu jgħinuk tiżviluppa l-fidi u tagħraf li l-influwenza tal-Ispirtu hija mmanifestata b’bosta modi u b’mod frekwenti.
-
Itlob lill-missjunarji biex jagħtu diskorsi dwar il-missjoni u l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.
-
Iddiskuti kif li tesprimi gratitudni tgħinek tara l-modi żgħar imma sinifikanti li bihom il-Mulej ibierkek (ara Għeter 3:5; Duttrina u Patti 59; 21 59:21). Iddiskuti modi kif tesprimi l-gratitudni.
-
Ikkonsidra li ssaqsi membru ġdid biex jitkellem kif hu jew hi ġew influwenzati mill-Ispirtu meta kienu qed jitgħallmu dwar il-Knisja. Itlob lill-persuna biex taqsam mal-oħrajn esperjenzi li hi tħoss li huma xierqa.
Mexxejja tal-Missjoni u Konsulenti tal-Missjoni
-
Tista’ titlob lill-missjunarji biex jinkludu esperjenzi spiritwali xierqa fl-ittra lilkom ta’ kull ġimgħa.
-
Waqt intervisti jew f’konverżazzjonijiet, xi minn daqqiet staqsi lill-missjunarji dwar it-talb tagħhom ta’ filgħodu u ta’ filgħaxija. Jekk meħtieġ, agħtihom parir dwar kif jagħmlu t-talb tagħhom iktar sinifikattiv.
-
Staqsi lill-missjunarji kif huma jgħinu lil dawk li jgħallmu jħossu u jagħrfu lill-Ispirtu.