Mistoqsijiet Komuni dwar il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien
Twemmin Kristjan
Il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien huma Kristjani?
Il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien huma Kristjani?
Temmnu fit-Trinità?
Temmnu fit-Trinità?
Temmnu f’Ġesù?
Temmnu f’Ġesù?
Dan il-vers mill-Ktieb ta’ Mormon huwa tajjeb biex inwasslu t-twemmin tagħna: “U aħna nitkellmu dwar Kristu, aħna nifirħu fi Kristu, aħna nxandru ’l Kristu, aħna nħabbru dwar Kristu, u aħna niktbu skont il-profeziji tagħna, biex uliedna jkunu jistgħu jafu lejn liema sors għandhom iħarsu għall-maħfra ta’ dnubiethom” (2 Nefi 25:26).
X’jiġri wara li mmutu?
X’jiġri wara li mmutu?
Stil ta’ Ħajja
Għalfejn ma ssejħux lilkom infuskom Mormoni?
Għalfejn ma ssejħux lilkom infuskom Mormoni?
Din l-enfażi fuq l-użu tal-isem sħiħ tal-Knisja tgħinna nimxu wara l-kmand tal-Mulej mogħti lill-Profeta Joseph Smith: “Għax hekk għandkom issejħulha l-knisja tiegħi fl-aħħar żmien, sewwasew Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien” (
“Qaddisin tal-Aħħar Żmien” hu mod tajjeb kif tista’ tirreferi għall-ħbieb tiegħek li huma membri tal-Knisja.
Xi tfisser li tkun parti mill-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien?
Xi tfisser li tkun parti mill-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien?
Aħna nesperjenzaw il-ferħ u l-isfidi bħal kulħadd, iżda nemmnu li meta nagħmlu l-almu tagħna biex nimxu wara l-eżempju ta’ Ġesù Kristu, Alla jagħtina perspettiva u qawwa addizzjonali biex nagħmlu dan permezz tal-isfidi tal-ħajja. Għandna wkoll komunità ta’ sapport tal-knisja biex nibqgħu mexjin ’il fuq.
Aħna nippruvaw inżommu lil Ġesù u t-tagħlim tiegħu fuq quddiem u fiċ-ċentru ta’ ħajjitna. It-twemmin tagħna dwar is-Salvatur u t-tagħlim tiegħu jaffettwa d-deċiżjonijiet tagħna ta’ kuljum dwar kif aħna nitkellmu, nilbsu, u naġixxu. Per eżempju, aħna nippruvaw nevitaw li naħdmu jew nixtru l-Ħadd sabiex Jum il-Mulej jitqaddes, kif tgħallem il-Bibbja. Ir-reliġjon tagħna hija reliġjon li tiġi ppriedkata kull jum tal-Ħadd u li idealment tiġi pprattikata ta’ kuljum.
Għalfejn ma tixorbux alkoħol jew kafè?
Għalfejn ma tixorbux alkoħol jew kafè?
Tnejn mill-akbar rigali li Alla ta lilna lkoll huma l-ġisem fiżiku tagħna u r-rieda ħielsa tagħna. Li nimxu wara l-Kelma tal-Għerf jgħinna nirrispettaw u nieħdu ħsieb ġisimna u nżommu moħħna ċar ħalli nkunu nistgħu nnfetħu aktar għall-Ispirtu s-Santu. Jgħinna wkoll nevitaw il-vizzju, li jista’ jdgħajjef ir-rieda ħielsa tagħna.
Servizzi tal-Knisja
Meta huma s-servizzi tagħkom tal-knisja?
Meta huma s-servizzi tagħkom tal-knisja?
Kif ikunu s-servizzi tal-knisja?
Kif ikunu s-servizzi tal-knisja?
L-aktar parti importanti tal-laqgħa tas-sagrament hi li nieħdu s-sagrament, li jixbah lil komunjoni f’reliġjonijiet Kristjani oħra. Matul is-sagrament, aħna niftakru f’Ġesù Kristu u nerġgħu nikkommettu ruħna li nimxu warajh hekk kif nieklu biċċa ħobż u nixorbu tazza ilma li tissimbolizza l-ġisem u d-demm li Huwa ssagrifika għalina.
Minbarra l-laqgħa tas-sagrament, in-nies huma mistiedna għat-tieni siegħa ta’ tagħlim f’ambjenti iżgħar u aktar interattivi. Hemm diversi klassijiet disponibbli għall-adulti, iż-żgħażagħ, u t-tfal fejn aħna nistudjaw l-iskrittura u l-kliem tal-profeti ħajjin u niddiskutu kif nistgħu nimxu wara Ġesù Kristu.
X’għandi nilbes għall-knisja?
X’għandi nilbes għall-knisja?
Kulħadd se jkun jaf li jien viżitatur?
Kulħadd se jkun jaf li jien viżitatur?
Ħa jkolli nipparteċipa fil-knisja?
Ħa jkolli nipparteċipa fil-knisja?
Se niġu mitlubin nagħtu donazzjoni ta’ flus fil-knisja?
Se niġu mitlubin nagħtu donazzjoni ta’ flus fil-knisja?
Nista’ nġib lil uliedi?
Nista’ nġib lil uliedi?
Xi ħadd bħali se jkun milqugħ fil-knisja?
Xi ħadd bħali se jkun milqugħ fil-knisja?
In-nisa jħaddnu pożizzjonijiet ta’ tmexxija fil-Knisja?
In-nisa jħaddnu pożizzjonijiet ta’ tmexxija fil-Knisja?
Fuq il-mudell li Ġesù ta biex isejjaħ lit-Tnax-il Appostlu tiegħu u jagħtihom l-imfietaħ tal-awtorità tas-saċerdozju mingħand Alla, huma biss irġiel li llum iħaddnu l-imfietaħ tas-saċerdozju. Għal dik ir-raġuni, ċerti pożizzjonijiet ta’ tmexxija u dmirijiet fil-Knisja jistgħu biss isiru mill-irġiel. Iżda pożizzjonijiet u dmirijiet importanti oħra jinżammu u jitwettqu biss min-nisa. In-nisa jservu, imexxu, jixhdu, u jgħallmu spiss fil-laqgħat tal-knisja. Jekk inti lest li tikkontribwixxi għall-kongregazzjoni lokali tiegħek, dejjem se jkun hemm opportunitajiet biex tagħmel dan.
Għalfejn għandi bżonn ta’ reliġjon organizzata?
Għalfejn għandi bżonn ta’ reliġjon organizzata?
L-esperjenzi u s-servizz spiritwali lejn ħaddieħor matul kull ġimgħa huma l-pedament għal relazzjoni ma’ Alla. Iżda xi wħud mill-kmandamenti ta’ Alla, bħal li nitgħammdu u nieħdu s-sagrament imwaqqaf minn Ġesù Kristu, jeħtieġu l-awtorità saċerdotali mingħand Alla. Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tipprovdi l-istruttura u l-awtorità tas-saċerdozju meħtieġa biex jitwettqu dawk il-kmandamenti. Tipprovdi wkoll ambjent kollu mħabba u ta’ sapport fejn intom tistgħu taħdmu biex issiru persuna aħjar u tisimgħu ċerti ħsibijiet li forsi ma sibtux waqt li tkunu qed tistudjaw il-kelma ta’ Alla weħidkom. Benefiċċju ieħor tar-reliġjon organizzata huwa l-mod kif tinkoraġġixxi u tippromwovi opportunitajiet għas-servizz.
X’inhi l-konferenza ġenerali?
X’inhi l-konferenza ġenerali?
Storja tal-Knisja
Kif bdiet Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien?
Kif bdiet Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien?
“Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, għandu jitlob lil Alla, li jagħti lil kulħadd b’id miftuħa u bla ma jċanfar lil ħadd, u jagħtihulu.”
L-iskrittura ħalliet effett qawwi fuq Joseph, u wasslitu biex isib masġar sieket u jipprova għall-ewwel darba f’ħajtu jitlob b’qawwa. Alla l-Missier u Ibnu Ġesù Kristu dehru lill-Joseph Smith dak inhar, fejn qalulu li dnubietu kienu ġew maħfura u li ma kellu jingħaqad ma’ l-ebda waħda mill-knejjes li kien tgħallem dwarhom.
Joseph ġie magħżul bħala l-Profeta ta’ Alla li, taħt id-direzzjoni ta’ Ġesù Kristu, kien se jirrestawra l-Knisja tiegħu fid-dinja. Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ġie mwaqqaf formalment fl-1830.
Kif nista’ naqra x’qalu l-profeti u l-appostli ta’ żmienna?
Kif nista’ naqra x’qalu l-profeti u l-appostli ta’ żmienna?
Kif jintgħażlu l-mexxejja tal-Knisja?
Kif jintgħażlu l-mexxejja tal-Knisja?
Pożizzjonijiet oħra ta’ responsabbiltà fil-Knisja—dak li nirreferu għalihom bħala “sejħiet“—f’livell reġjonali u lokali jintgħażlu wkoll permezz tal-ispirazzjoni mingħand Alla. Per eżempju, l-isqof li jmexxi kongregazzjoni jaf jitlob u jħossu ispirat li jitlob lil xi mara speċifika biex tmexxi l-organizzazzjoni tan-nisa magħrufa bħala s-Soċjetà tas-Solliev. Min-naħa tagħha, hija titlob għal direzzjoni dwar min għandu jassistiha bħala kunsilliera, bħala segretarji, bħala għalliema, u fi rwoli oħra.
Il-Bibbja u l-Ktieb ta’ Mormon
Temmnu fil-Bibbja?
Temmnu fil-Bibbja?
Għalfejn għandi bżonn il-Ktieb ta’ Mormon jekk diġà għandi l-Bibbja?
Għalfejn għandi bżonn il-Ktieb ta’ Mormon jekk diġà għandi l-Bibbja?
It-tnejn flimkien, il-Ktieb ta’ Mormon u l-Bibbja fihom minjiera ta’ eluf ta’ snin ta’ ispirazzjoni, gwida, u tagħlim. Jekk tistudja ż-żewġ kotba, inti tkun tista’ tifhem aħjar min hu Alla u xi jrid minnek.
Min kiteb il-Ktieb ta’ Mormon?
Min kiteb il-Ktieb ta’ Mormon?
Fl-1823, Joseph Smith ittieħed fejn dawn l-annali ta’ żmien il-qedem kienu moħbija, u hu ttraduċihom bil-qawwa ta’ Alla.
Dwar xiex jittratta l-Ktieb ta’ Mormon?
Dwar xiex jittratta l-Ktieb ta’ Mormon?
Il-Ktieb ta’ Mormon jibda bl-istorja ta’ familja. Il-missier ta’ dik il-familja, Leħi, huwa profeta f’Ġerusalemm tal-qedem madwar is-sena 600 QK. Alla jwissi lil Leħi f’ħolma biex jieħu lill-familja tiegħu u jitlaq minn Ġerusalemm, għaliex il-belt kellha tinqered m’qasir żmien u ħafna nies kienu dalwaqt se jittieħdu fil-jasar minn nazzjon ieħor. Huma jaqsmu l-baħar lejn il-Kontinent Amerikan.
Id-dixxendenti ta’ Leħi u martu, Sarija, eventwalment jinqasmu f’żewġ ġnus: in-Nefiti u l-Lamaniti. Tul il-ftit sekli ta’ wara, dawk il-ġnus ħafna drabi jkunu fi gwerra bejniethom, u l-fidi tagħhom f’Alla u Ġesù Kristu qed tiġi ppruvata kontinwament. Dawn l-esperjenzi jimlew il-paġni tal-Ktieb ta’ Mormon billi jieħdu forma ta’ diskorsi qawwija, profeziji, lezzjonijiet tal-ħajja, u esperjenzi spiritwali.
Wara li Ġesù qam mill-mewt f’Ġerusalemm, Hu jidher lin-nies tal-Amerki. Hu jgħallimhom dwar il-magħmudija, l-indiema, u l-maħfra. Hu jfejjaq lill-morda tagħhom u jbierek lil uliedhom. Kristu jwaqqaf il-Knisja tiegħu. Wara, huma jgħixu fil-paċi għall-mijiet ta’ snin. Maż-żmien, in-nies jitilfu l-fidi tagħhom u ħafna jinqatlu fil-battalja. Profeta minn dak iż-żmien, jismu Moroni, jidfen l-annali tagħhom biex jippreservah għall-futur u għan-nies tal-ġejjieni—għalina!
It-Tempji u ż-Żwieġ
Tempju kif huwa differenti minn bini regolari tal-knisja?
Tempju kif huwa differenti minn bini regolari tal-knisja?
It-tempji għandhom għan aktar speċifiku. Huma postijiet distinti b’mod speċjali għal servizz sagru u ċerimonji. Huma nnominati mill-Mulej u ddedikati għall-għanijiet tiegħu. It-tempji huma l-uniku postijiet fejn xi ordinanzi huma awtorizzati li jitwettqu. Dawn iċ-ċerimonji sagri jelevaw u jispiraw lill-parteċipanti hekk kif huma jagħmlu impenn li jimxu wara t-tagħlim u l-eżempju ta’ Ġesù Kristu.
It-tempji għandhom qima speċjali—fihom ma ssibx nies li jitkellmu b’mod każwali dwar films, imwaħħlin mal-mowbajls tagħhom, jew moħħom f’attivitajiet li m’għandhomx x’jaqsmu mat-tempju. Minflok, il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien li ħadmu biex iħejju lilhom infushom għall-esperjenza sagra huma ffokati fuq il-parteċipazzjoni fl-ordinanzi u t-tfittix ta’ rivelazzjoni personali mingħand Alla.
It-tempji huma mibnija biex jikkomplementaw il-pajsaġġ, il-kultura, u l-bżonnijiet tal-inħawi, u għalhekk kull wieħed jidher ftit differenti. Iżda ħafna minnhom huma mibnija b’irħam abjad u huma karatteriċizzati minn kampnari li jaslu lejn is-smewwiet. Intom dejjem tistgħu ssibu l-kliem “Qdusija lill-Mulej, id-Dar tal-Mulej” fuq in-naħa ta’ barra ta’ tempju.
Jien nista’ nidħol ġo tempju?
Jien nista’ nidħol ġo tempju?
Wara li t-tempju jkun lest, jiġi ddedikat għall-qima sagra. Minħabba n-natura mqaddsa tal-ħidma li nagħmlu fit-tempji, huwa mbagħad miftuħ biss għall-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien li ħejjew lilhom infushom għall-esperjenza. Filwaqt li bħalissa intom ma tistgħux tidħlu fit-tempju, l-ulied kollha ta’ Alla huma mistiedna biex jitgħallmu aktar dwar l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u jidħlu fir-relazzjonijiet tal-patt li jagħtuhom iċ-ċans li jipparteċipaw bis-sħiħ fil-barkiet tat-tempju.
X’jiġri fit-tempji?
X’jiġri fit-tempji?
Fit-tempju, aħna nikkommettu ruħna b’mod aktar sħiħ li nimxu wara Ġesù Kristu. Aħna nagħmlu wegħdiet ma’ Alla, bħall-wegħda li nżommu l-kmandamenti tiegħu u li niddedikaw lilna nfusna u dak kollu li għandna lilu. L-irġiel u n-nisa miżżewġin u l-ġenituri u t-tfal huma magħqudin flimkien, jew “issiġillati“ ma’ xulxin, għall-eternità. U aħna nagħmlu l-istess ħidma għall-antenati tagħna, u nagħtuhom l-opportunità li jaċċettaw dawk il-barkiet fil-ħajja li jmiss jekk huma jagħżlu dan.
X’Inhuma l-magħmudijiet għall-mejtin?
X’Inhuma l-magħmudijiet għall-mejtin?
Fortunatament, Alla pprovda mod kif kulħadd jista’ jirċievi l-barkiet kollha tiegħu—anke wara l-mewt. Fit-tempju, il-magħmudijiet isiru għal dawk li mietu mingħajr l-opportunità li jitgħammdu f’din il-ħajja. L-Appostlu Pawlu tkellem dwar il-magħmudija għall-mejtin fil-Bibbja (ara
Dan hu l-mod kif jaħdem: il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jistudjaw l-istorja tal-familja u jiskopru l-ismijiet tal-membri tal-familja li mietu mingħajr ma tgħammdu. Imbagħad huma jitgħammdu għal dawk l-antenati fit-tempju. Dan is-servizz f’isem ħaddieħor jiġi offrut b’imħabba—u peress li l-ħajja tkompli wara l-mewt, dawk li mietu huma konxji tal-ordinanzi u jistgħu jagħżlu jekk jaċċettawhomx.
Kif ikunu ż-żwieġ tat-tempju?
Kif ikunu ż-żwieġ tat-tempju?
Il-koppji miżżewġin fit-tempju ħafna drabi jiċċelebraw flimkien ma’ grupp akbar ta’ familja u ħbieb wara b’riċeviment tat-tieġ jew xi tradizzjoni kulturali oħra. Koppji li qabel kienu miżżewġin f’ċerimonji ċivili barra t-tempju (bħal dawk li ngħaqdu mal-Knisja wara li jkunu diġà żżewġu) jistgħu jesperjenzaw ukoll il-barkiet li jiġu ssiġillati fit-tempju.
Għalfejn tilbsu ilbies ta’ taħt speċjali?
Għalfejn tilbsu ilbies ta’ taħt speċjali?
Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jistgħu jiżżewġu nies minn reliġjonijiet oħra?
Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jistgħu jiżżewġu nies minn reliġjonijiet oħra?
Missjunarji
X’jagħmlu l-missjunarji?
X’jagħmlu l-missjunarji?
Il-missjonijiet jidhru xi ftit differenti skont il-post. Per eżempju, xi missjunarji jimxu jew isuqu roti filwaqt li oħrajn isuqu l-karozzi. Xi wħud huma assenjati f’żoni rurali, oħrajn fi bliet kbar. Xi kultant il-ħidma missjunarja tieħu s-sura ta’ kkonnetjar ma’ nies permezz tal-midja soċjali; drabi oħra din tinvolvi li jħabbtu fuq il-bibien tan-nies jew jdawru lin-nies madwar siti storiċi tal-Knisja.
Ħaġa li l-missjunarji kollha għandhom komuni hi li huma jridu jgħinu lil ħaddieħor ikun jaf u jiżviluppaw relazzjoni ma’ Ġesù. Jekk għandek xi mistoqsijiet relatati mal-fidi, qed tfittex lil xi ħadd biex jitlob miegħu, jew trid tmur il-knisja ma’ xi ħadd, għidilna! Huwa l-gost tal-missjunarji li jitkellmu miegħek!
Kulħadd huwa meħtieġ li jmur missjoni?
Kulħadd huwa meħtieġ li jmur missjoni?
Tgħallem aktar dwar
Għalfejn issejħu n-nies permezz ta’ titli bħall-Presbiteru, Sister, jew Brother?
Għalfejn issejħu n-nies permezz ta’ titli bħall-Presbiteru, Sister, jew Brother?
Il-Magħmudija
Għalfejn għandi bżonn nitgħammed?
Għalfejn għandi bżonn nitgħammed?
Għandi bżonn nitgħammed mill-ġdid jekk jiena diġà tgħammidt fi knisja differenti?
Għandi bżonn nitgħammed mill-ġdid jekk jiena diġà tgħammidt fi knisja differenti?
Aħna nemmnu li meta niġu għall-ordinanzi sagri jew għal għemejjel li huma essenzjali għas-salvazzjoni eterna tagħna, jeħtieġ li aħna nimxu wara l-mudell stabbilit minn Ġesù Kristu. Dan ifisser li l-magħmudijiet għandhom jitwettqu permezz tal-awtorità tas-saċerdozju mingħand Alla u b’mod konsistenti ma’ kif Ġesù tgħammed (b’immersjoni).
Li nitgħammdu fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien segwit billi nirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu minn xi ħadd li għandu l-awtorità minn Ġesù huwa l-mod kif is-Salvatur wera li wieħed isir membru tal-Knisja tiegħu.
Kif nsir membru tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien?
Kif nsir membru tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien?
L-ewwel pass biex ningħaqdu mal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien hu li nitgħallmu aktar dwar Ġesù Kristu u l-wegħdiet u l-impenji li inti tagħmel hekk kif titgħammed fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu.
L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jbierek lin-nies bit-tama, bil-ferħ, u b’għarfien akbar tal-għan tal-ħajja. Meta tkun lest li tara kif, li tkun membru tal-Knisja tas-Salvatur, jista’ jbierkek, tista’ tibda billi titgħallem mal-missjunarji li jistgħu jgħinuk biex tibda tiffamiljarizza ruħek mat-twemmin tagħna u jintroduċuk mal-kongregazzjoni lokali tiegħek.
Tgħallem aktar dwar