Min Aħna
Il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien joħolqu komunità diversa ta’ nies madwar id-dinja b’fidi komuni f’Alla u f’Ibnu, Ġesù Kristu.
Fidi Attiva
Ħbieb u Ġirien
Tista’ ssibna ngħixu, naħdmu, u nrabbu l-familji madwar id-dinja kollha. Għalina, li nkunu involuti fil-komunità tagħna huwa mod kif nistgħu nħobbu lil għajrna kif għallem Ġesù.
Kongregazzjonijiet Impenjati
Minflok kleru full-time imħallas, aħna lkoll nikkontribwixxu għall-kongregazzjonijiet lokali tagħna permezz tal-irwoli tat-tmexxija, tal-essajnments mogħtija li nitkellmu, u opportunitajiet oħra ta’ voluntiera.
Sapport lil hinn mill-Ħadd
Għalina, il-knisja hija aktar minn qima tal-Ħadd—huwa wkoll post li fih insibu s-sapport permezz ta’ ħbiberija u esperjenzi li jsaħħu l-fidi u joffru għajnuna prattika għall-isfidi tal-ħajja.
We Work Together as Followers of Jesus Christ
Improving lives and building strong communities
Aħna Nqimu Flimkien
F’aktar minn 30,000 kongregazzjoni lokali madwar id-dinja, in-nies jingħaqdu ma’ oħrajn fil-komunità tagħhom biex iqimu, jitolbu, ikantaw innijiet, u jistudjaw l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.
Aħna Nitgħallmu Flimkien
Matul il-ġimgħa, nies ta’ kull età jinġabru fi klassijiet, bħas-seminarju għaż-żgħażagħ jew l-istitut għall-adulti żgħażagħ, biex jistudjaw it-tagħlim ta’ Ġesù flimkien.
Aħna Naqdu lil Ħaddieħor
Il-proġetti ta’ servizz huma komponent regolari fl-attività tal-knisja u mod ewlieni kif aħna nobdu l-kmandament ta’ Alla li nħobbu lil għajrna.
Aħna Nibnu Relazzjonijiet
Il-kongregazzjonijiet tagħna huma parti mill-inħawi fejn ngħixu, u aħna naħdmu bla heda biex inkunu ġirien u ħbieb tajbin. L-attivitajiet soċjali huma parti pjaċevoli u importanti biex tinbena komunità tal-knisja.
Aħna Nsaħħu l-Familji
Rabta b’saħħitha tal-familja tagħmel din il-ħajja ferħana u tgħinna nibnu t-tip ta’ dinja li rridu. L-esperjenza u s-servizzi tagħna fil-knisja jissapportjaw relazzjonijiet tal-familja aktar profondi u li jħobbuna.
Aħna Nsiru Aħjar
Li nsiru t-tip ta’ persuna li nittamaw li nkunu hija parti importanti mill-ħajja tagħna tal-knisja. Il-programmi tal-Knisja jgħinu lin-nies jitgħallmu u jikbru kemm spiritwalment kif ukoll b’modi prattiċi permezz tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.
Find Our Church Near You
Want to see how a supportive church community can benefit you? Come and see for yourself by visiting a local congregation of The Church of Jesus Christ of Latter-day Saints.
Church Leadership
“As every man hath received the gift, even so minister the same one to another as good stewards of the manifold grace of God.” –
Aħna Nemmnu fil-Profeti u l-Appostli
Fuq l-istess mudell li Ġesù Kristu waqqaf biex imexxi lill-poplu tiegħu fi żminijiet bibliċi, il-Knisja llum hija mmexxija minn profeta u appostli. Dawn il-mexxejja jservu u jaħdmu taħt id-direzzjoni ispirata tiegħu. Tistgħu titgħallmu aktar dwarhom hawnhekk .
Il-Mexxejja Jiġu minn madwar id-Dinja
Irġiel u nisa minn kull qasam tal-ħajja jagħtu sehem fid-direzzjonital-ħidma tal-Knisja fuq livell dinji u reġjonali. Eżempju ta’ dan huma n-nisa li jmexxu s-Soċjetà tas-Solliev .
Il-Mexxejja Lokali Huma Nies mill-Ħajja ta’ Kuljum
Minflok kleru full-time imħallas, il-kongregazzjonijiet lokali jitħejjew minn membri tal-Knisja li joffru b’mod volontarju l-ħin tagħhom. Huma ssapportjati minn membri oħra tal-Knisja li jgħinu f’kollox, mit-tagħlim tal-klassijiet tal-Iskola tal-Ħadd sat-tindif tal-bini tal-knisja.
Aħna Ngħallmu lil Xulxin
Meta intom iżżuru l-kongregazzjonijiet tagħna, intom tinnotaw li aħna ngħallmu lil xulxin u nitgħallmu flimkien mill-iskrittura. Aħna nemmnu li kulħadd għandu xi ħaġa prezzjuża x’jikkontribwixxi, u għalhekk il-mexxejja jitolbu għadd ta’ nies differenti biex jippridkaw minn wara l-pulptu, jitolbu, u jgħallmu l-klassijiet.
Ikseb Introduzzjoni Personali
Jekk inti interessat li tattendi l-kongregazzjoni lokali tiegħek, irridu li inti tkun komdu kemm jista’ jkun. Il-missjunarji ta’ fejn toqgħod jistgħu jiltaqgħu miegħek minn qabel biex jispjegaw x’għandek tistenna, iwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek, kif ukoll iżommu siġġu għalik meta tkun lest biex tattendi.
Ispira l-Inboks Tiegħek
Irċievi vidjos, artikli, u aktar edifikanti f’imejl ta’ kull ġimgħa.