Series of images of family spending time together and female child playing the guitar/ukelele

Min Aħna

Il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien joħolqu komunità diversa ta’ nies madwar id-dinja b’fidi komuni f’Alla u f’Ibnu, Ġesù Kristu.

Fidi Attiva

Ħbieb u Ġirien
Tista’ ssibna ngħixu, naħdmu, u nrabbu l-familji madwar id-dinja kollha. Għalina, li nkunu involuti fil-komunità tagħna huwa mod kif nistgħu nħobbu lil għajrna kif għallem Ġesù.
Kongregazzjonijiet Impenjati
Minflok kleru full-time imħallas, aħna lkoll nikkontribwixxu għall-kongregazzjonijiet lokali tagħna permezz tal-irwoli tat-tmexxija, tal-essajnments mogħtija li nitkellmu, u opportunitajiet oħra ta’ voluntiera.
Sapport lil hinn mill-Ħadd
Għalina, il-knisja hija aktar minn qima tal-Ħadd—huwa wkoll post li fih insibu s-sapport permezz ta’ ħbiberija u esperjenzi li jsaħħu l-fidi u joffru għajnuna prattika għall-isfidi tal-ħajja.

We Work Together as Followers of Jesus Christ

Improving lives and building strong communities

Aħna Nqimu Flimkien
F’aktar minn 30,000 kongregazzjoni lokali madwar id-dinja, in-nies jingħaqdu ma’ oħrajn fil-komunità tagħhom biex iqimu, jitolbu, ikantaw innijiet, u jistudjaw l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.
Aħna Nitgħallmu Flimkien
Matul il-ġimgħa, nies ta’ kull età jinġabru fi klassijiet, bħas-seminarju għaż-żgħażagħ jew l-istitut għall-adulti żgħażagħ, biex jistudjaw it-tagħlim ta’ Ġesù flimkien.
Aħna Naqdu lil Ħaddieħor
Il-proġetti ta’ servizz huma komponent regolari fl-attività tal-knisja u mod ewlieni kif aħna nobdu l-kmandament ta’ Alla li nħobbu lil għajrna.
Aħna Nibnu Relazzjonijiet
Il-kongregazzjonijiet tagħna huma parti mill-inħawi fejn ngħixu, u aħna naħdmu bla heda biex inkunu ġirien u ħbieb tajbin. L-attivitajiet soċjali huma parti pjaċevoli u importanti biex tinbena komunità tal-knisja.
Aħna Nsaħħu l-Familji
Rabta b’saħħitha tal-familja tagħmel din il-ħajja ferħana u tgħinna nibnu t-tip ta’ dinja li rridu. L-esperjenza u s-servizzi tagħna fil-knisja jissapportjaw relazzjonijiet tal-familja aktar profondi u li jħobbuna.
Aħna Nsiru Aħjar
Li nsiru t-tip ta’ persuna li nittamaw li nkunu hija parti importanti mill-ħajja tagħna tal-knisja. Il-programmi tal-Knisja jgħinu lin-nies jitgħallmu u jikbru kemm spiritwalment kif ukoll b’modi prattiċi permezz tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.

Find Our Church Near You

Want to see how a supportive church community can benefit you? Come and see for yourself by visiting a local congregation of The Church of Jesus Christ of Latter-day Saints.
Find Our Church Near You

Church Leadership

“As every man hath received the gift, even so minister the same one to another as good stewards of the manifold grace of God.” –1 Peter 4:10.

Aħna Nemmnu fil-Profeti u l-Appostli
Fuq l-istess mudell li Ġesù Kristu waqqaf biex imexxi lill-poplu tiegħu fi żminijiet bibliċi, il-Knisja llum hija mmexxija minn profeta u appostli. Dawn il-mexxejja jservu u jaħdmu taħt id-direzzjoni ispirata tiegħu. Tistgħu titgħallmu aktar dwarhom hawnhekk.
Il-Mexxejja Jiġu minn madwar id-Dinja
Irġiel u nisa minn kull qasam tal-ħajja jagħtu sehem fid-direzzjonital-ħidma tal-Knisja fuq livell dinji u reġjonali. Eżempju ta’ dan huma n-nisa li jmexxu s-Soċjetà tas-Solliev.
Il-Mexxejja Lokali Huma Nies mill-Ħajja ta’ Kuljum
Minflok kleru full-time imħallas, il-kongregazzjonijiet lokali jitħejjew minn membri tal-Knisja li joffru b’mod volontarju l-ħin tagħhom. Huma ssapportjati minn membri oħra tal-Knisja li jgħinu f’kollox, mit-tagħlim tal-klassijiet tal-Iskola tal-Ħadd sat-tindif tal-bini tal-knisja.
Aħna Ngħallmu lil Xulxin
Meta intom iżżuru l-kongregazzjonijiet tagħna, intom tinnotaw li aħna ngħallmu lil xulxin u nitgħallmu flimkien mill-iskrittura. Aħna nemmnu li kulħadd għandu xi ħaġa prezzjuża x’jikkontribwixxi, u għalhekk il-mexxejja jitolbu għadd ta’ nies differenti biex jippridkaw minn wara l-pulptu, jitolbu, u jgħallmu l-klassijiet.

Ikseb Introduzzjoni Personali

Jekk inti interessat li tattendi l-kongregazzjoni lokali tiegħek, irridu li inti tkun komdu kemm jista’ jkun. Il-missjunarji ta’ fejn toqgħod jistgħu jiltaqgħu miegħek minn qabel biex jispjegaw x’għandek tistenna, iwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek, kif ukoll iżommu siġġu għalik meta tkun lest biex tattendi.
Tkellem mal-Missjunarji dwar il-Knisja
Ispira l-Inboks Tiegħek
Irċievi vidjos, artikli, u aktar edifikanti f’imejl ta’ kull ġimgħa.