Skrittura
Moroni 5


Kapitlu 5

Spjegat il-mod kif jiġi amministrat l-inbid tas-sagrament. Madwar A.D. 401–421.

1 Il-mod kif jiġi amministrat l-inbid—Araw, huma qabdu f’idejhom it-tazza u qalu:

2 O Alla, il-Missier Etern, aħna nistaqsuk, f’isem Ibnek, Ġesù Kristu, sabiex tbierek u tqaddes dan l-inbid għall-erwieħ ta’ dawk kollha li jixorbu minnu, ħalli huma jkunu jistgħu jagħmlu dan b’tifkira ta’ demm Ibnek, li xxerred għalihom; biex huma jkunu jistgħu jagħtuk xhieda, O Alla, il-Missier Etern, li huma dejjem jiftakru fih, biex ikun jista’ jkollhom l-Ispirtu tiegħu magħhom. Ammen.