Kapitlu 5
Spjegat il‑mod kif jiġi amministrat l‑inbid tas‑sagrament. Madwar 401–421 W.K.
1 Il‑mod kif jiġi amministrat l‑inbid—Araw, huma qabdu f’idejhom it‑tazza u qalu:
2 O Alla, il‑Missier Etern, aħna nistaqsuk, f’isem Ibnek, Ġesù Kristu, sabiex tbierek u tqaddes dan l‑inbid għall‑erwieħ ta’ dawk kollha li jixorbu minnu, biex huma jkunu jistgħu jagħmlu dan b’tifkira ta’ demm Ibnek, li xxerred għalihom; ħalli jkunu jistgħu jagħtuk xhieda, O Alla, il‑Missier Etern, li huma dejjem jiftakru fih, sabiex ikun jista’ jkollhom l‑Ispirtu tiegħu magħhom. Ammen.