Skrittura
Moroni 4


Kapitlu 4

Spjegat il-mod kif il-presbiteri u l-qassisin jamministraw il-ħobż tas-sagrament. Madwar A.D. 401–421.

1 Il-mod kif il-presbiteri u l-qassisin tagħhom għandhom jamministraw il-ġisem u d-demm ta’ Kristu lill-knisja; u huma għamlu dan skont il-kmandamenti ta’ Kristu; għalhekk aħna nafu li dan huwa l-mod veru; u l-presbiteru jew il-qassis amministrahom—

2 U huma niżlu għarkupptejhom flimkien mal-membri tal-knisja, u talbu lill-Missier f’isem Kristu, u qalu:

3 O Alla, il-Missier Etern, aħna nistaqsuk f’isem Ibnek, Ġesù Kristu, sabiex tbierek u tqaddes dan il-ħobż għall-erwieħ ta’ dawk kollha li jieħdu minnu; ħalli huma jkunu jistgħu jieklu b’tifkira ta’ ġisem Ibnek, u jagħtuk xhieda, O Alla, il-Missier Etern, li huma lesti jieħdu fuqhom isem Ibnek, u dejjem jiftakru fih u jħarsu l-kmandamenti li huwa tahom; biex ikun jista’ jkollhom l-Ispirtu tiegħu dejjem magħhom. Ammen.