Skrittura
Moroni 1


Il-Ktieb ta’ Moroni

Kapitlu 1

Moroni jikteb għall-benefiċċju tal-Lamaniti—In-Nefiti li mhux lesti jiċħdu lil Kristu jingħataw il-mewt. Madwar A.D. 401–421.

1 Issa jiena, Moroni, wara li temmejt nikteb is-sommarju tar-rakkont tal-poplu ta’ Ġared, ħsibt li ma kontx se nikteb aktar, iżda s’issa għadni ma doqtx il-mewt; u lil-Lamaniti ma ħallejthomx isiru jafu bija ma jmorrux joqtluni.

2 Għax araw, huma qed jiġġieldu bejniethom gwerer mill-aktar qalila; u minħabba l-mibegħda li għandhom huma qed joqtlu lil kull Nefita li mhux lest jiċħad lil Kristu.

3 U jiena, Moroni, m’iniex se niċħad lil Kristu; għalhekk, fejn nista’ mmur biex insalva ħajti jiena mmur.

4 Għalhekk, jiena se nikteb ftit ieħor, kontra għal dak li ħsibt li se nagħmel; għax ħsibt li ma kont se nikteb xejn aktar; iżda jien se nikteb ftit ieħor, biex forsi li se nikteb jaf ikun ta’ valur għal ħuti, il-Lamaniti, fi żmien futur, skont ir-rieda tal-Mulej.