2010-2019
Sakemm Nerġgħu Niltaqgħu
Ottubru 2014


Sakemm Nerġgħu Niltaqgħu

Jalla aħna nixtarru l-veritajiet li smajna, u jalla huma jgħinuna biex insiru dixxipli aktar qalbiena.

Ħuti, aħna esperjenzajna jumejn glorjużi ta’ messaġġi ispirati. Qalbna tqanqlet u l-fidi tagħna ssaħħet hekk kif aħna ħassejna l-ispirtu li kien preżenti tul dawn is-sezzjonijiet tal-konferenza. Issa li wasalna biex nikkonkludu, aħna nirringrazzjaw lil Missierna tas-Smewwiet għall-ħafna barkiet li tana.

Aħna lkoll ġejna spirati u ħassejna l-ispirtu tana jissaħħaħ permezz tal-mużika sabiħa li kien ipprovduta għalina waqt is-sezzjonijiet. It-talb li ngħata ressaqna aktar viċin is-smewwiet.

Ippermettuli naqsam il-gratitudni mill-qalb f’ isem il-Knisja kollha lejn dawk l-Aħwa li ġew eżonerati waqt din il-konferenza. Se nimmissjawhom. Il-kontribut tagħhom għall-ħidma tal-Mulej kien wieħed enormi u se jibqa’ jinħass tul il-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu.

Jalla nirritornaw lura fi djarna b’ riżoluzzjoni f’ qalbna li se nkunu daqsxejn aħjar milli konna fil-passat. Jalla nkunu aktar twajba u aktar ġentili. Jalla nilħqu lil għajrna u ngħinuhom, mhux biss lill-membru l-oħra bħalna iżda wkoll lil dawk li mhumiex tat-twemmin tagħna. Hekk kif nagħmluha magħhom, jalla aħna nuruhom rispett.

Hemm dawk li jinsabu kuljum iħabbtu wiċċhom ma’ tant sfidi. Ejjew nuruhom li jimpurtana minnhom u li lesti ngħinuhom. Hekk kif nieħdu ħsieb xulxin, aħna nkunu mberkin.

Jalla niftakru fl-anzjani u f’ dawk li ma jistgħux joħorġu minn djarhom. Hekk kif niddedikaw ħin biex inżuruhom, huma jsiru jafu li hawn min iħobbhom u japprezzahom. Jalla nimxu wara l-mandat li ”ngħinu lil min hu dgħajjef, inqawwu l-idejn mitruħa u nsaħħu l-irkubbtejn imriegħda.”1

Jalla aħna nkunu nies ta’ onestà u integrità, li nippruvaw nagħmlu dak li hu ġust f’ kull ħin u f’ kull ċirkustanza. Jalla nkunu dixxipli fidili ta’ Kristu, eżempji tas-sewwa, u b’ hekk nibdew ”niddu fid-dinja.”2

Għeżież ħuti, nirringrazzjakom tat-talb li tlabtu għalija. Dan issaħħaħni u jqawwini hekk kif nipprova, b’ qalbi kollha u bis-saħħa tiegħi kollha, nagħmel ir-rieda ta’ Alla u nservih u nservi lilkom.

Hekk kif nitilqu minn din il-konferenza, nitlob sabiex il-barkiet tas-sema jkunu fuqkom ilkoll. Jalla intom li tinsabu ’l bogħod minn darkom tirritornaw lura mingħajr periklu u ssibu li f’ darkom kollox sew. Jalla aħna nixtarru l-veritajiet li smajna, u jalla huma jgħinuna biex insiru dixxipli aktar qalbiena milli konna qabel ma’ bdiet din il-konferenza.

Sakemm nerġgħu niltaqgħu sitt xhur oħra, nitlob sabiex il-Mulej jibgħat il-barkiet Tiegħu fuqkom u, sewwasew, fuqna lkoll, u dan jiena nagħmlu fl-isem imqaddes Tiegħu—l-istess Ġesù Kristu, il-Mulej u s-Salvatur tagħna—amen.