Argentina: Church Attendance

L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jista’ jberiklek ħajtek

Skopri llum il-Knisja rrestawrata ta’ Kristu
Tgħallem Aktar

L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jista’ jberiklek ħajtek

Skopri llum il-Knisja rrestawrata ta’ Kristu
Tgħallem Aktar

Kulħadd merħba bih. Żur knisja viċin tiegħek.

Mistoqsijiet Komuni

Il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien huma Kristjani?

Iva! Bħala membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, aħna nemmnu li Ġesù Kristu huwa Iben Alla u s-Salvatur tad-Dinja. Huwa jħobbna lkoll aktar milli nistgħu nimmaġinaw. Aħna nikkunsidraw lilna nfusna dixxipli devoti ta’ Ġesù. Filwaqt li xi wħud mill-prinċipji tat-twemmin tagħna huma distinti, aħna nemmnu li, permezz ta’ ħajtu, tal-ministeru, tas-sagrifiċċju, u tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, Ġesù Kristu jsalvana mid-dnub, mis-sofferenza, u mill-mewt.

Tgħallem iżjed dwar it- twemmin tagħna.

Kif ikunu s-servizzi tal-Knisja?

Il-ħinijiet tas-servizz tal-knisja ivarjaw minn kongregazzjoni għall-oħra. Madanakollu, ibqa’ ċert li ħa ssib servizz wieħed ta’ qima għal kulħadd, segwit minn klassijiet għat-tfal, żgħażagħ, u adulti.

Is-servizz għal kulħadd huwa msejjaħ “laqgħa tas-sagrament.” Din il-laqgħa tikkonsisti f’innijiet, talb, u priedki (jew “diskorsi”) li jingħataw kull ġimgħa minn membri differenti tal-kongregazzjoni. Imma l-aktar parti importanti tal-laqgħa hija meta nieħdu s-sagrament (li hija simili għall-komunjoni) biex niftakru fis-Salvatur.

Tgħallem aktar dwar is-servizzi tal-Ħadd jew sib knisja viċin tiegħek.

Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien għalfejn għandha t-tempji?

GħaIl-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, tempju huwa differenti minn bini ieħor tal-Knisja. It-tempju huwa post fejn Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jirċievu struzzjoni speċjali dwar Alla u Ġesù Kristu. Fit-tempju, il-membri jagħmlu patti eterni (jew wegħdiet) ma’ Alla. Dan jinkludi wegħdiet li nżommu l-kmandamenti, ngħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, li nkunu fidili fiż-żwieġ, u li nagħmlu ħilitna biex nieħdu ħsieb xulxin billi naqsmu ma’ ħaddieħor dak li għandna.

Barra minn hekk, għaliex nemmu li l-familji huma għal dejjem, ħafna mill-ħidma li ssir ġewwa t-tempji hi bil-għan li r-rabta tal-familja ssir aktar b’ saħħitha. Iż-żwiġijiet fit-tempju jitwettqu biex idumu għal dejjem, mhux biss “sakemm il-mewt tifridkom.” Il-ġenituri u t-tfal isiru familji eterni fit-tempji. L-antenati jistgħu wkoll jirċievu l-barkiet kollha tat-tempju jekk xi ħadd iwettaq l-ordinanzi sagri f’isimhom u huma jaċċettaw dak l-att ta’ servizz. It-tempji huma postijiet mimlija attività!

X’inhu l-Ktieb ta’ Mormon?

Il-Ktieb ta’ Mormon huwa ktieb ta’ skrittura ispirata li jgħallimna dwar Alla u Ġesù Kristu. Jgħinna nirċievu direzzjoni għall-ħajja personali tagħna u jista’ jgħinna nħossuna aktar viċin ta’ Ġesù Kristu. Minn fejn ġej l-isem? Mijiet ta’ snin ilu fl-Amerki tal-qedem, profeta antik imsejjaħ Mormon ikkompila reġistru tal-poplu tiegħu. Huma ffaċċjaw ħafna mill-isfidi li niffaċċjaw aħna. U, eżatt bħalna, sabu l-qawwa meta daru lejn Ġesù Kristu. Ikseb introduzzjoni tal-Ktieb ta’ Mormon mill-missjunarji.

Il-Ktieb ta’ Mormon għandu jitqis mal-Bibbja bħala testment ieħor ta’ Ġesù Kristu u l-missjoni divina tiegħu bħala s-Salvatur u l-Feddej tad-dinja. Flimkien, il-Bibbja u l-Ktieb ta’ Mormon jipprovdu għarfien aħjar tal-imħabba kbira ta’ Alla għalina lkoll u jistgħu jgħinuna nersqu eqreb lejh.  

Tgħallem iktar dwar kif il-Bibbja u l-Ktieb ta’ Mormon jaħdmu flimkien.

Aħna nemmnu fil-Bibbja?

Iva. Il-Bibbja hija l-kelma ta’ Alla, volum sagru ta’ skrittura, u li nimxu wara t-tagħlim tagħha jwasslilna l-ferħ f’ħajjitna. Flimkien mal-Bibbja, aħna nsibu wkoll l-ispirazzjoni f’kotba oħra ta’ skrittura uniċi għall-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Huma jaħdmu lkoll flimkien biex jgħallmuna veritajiet importanti dwar Alla u Ġesù Kristu.

Tgħallem aktar dwar it-twemmin tagħna fil- Bibbja.

Segwi Aktar

Għandek aktar mistoqsijiet?

Iltaqa’ onlajn jew fiżikament. Aħna nwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek u nintroduċuk fil-komunità lokali tiegħek tal-knisja.

Staqsi għal Żjara

Ġesù Kristu, l-Eżempju Perfett Tagħna

“Jeħtieġ nħobbu u nagħmlu t-tajjeb lil kulħadd. Jeħtieġ nevitaw it-tilwim u nkunu nies li nġibu l-paċi fil-komunikazzjoni kollha tagħna. Dan ma jfissirx li nikkompromettu l-prinċipji u l-prijoritajiet tagħna iżda li ma nkomplux nattakkaw b’mod aħrax lil ħaddieħor minħabba l-prinċipji u l-prijoritajiet tagħhom. Huwa dan li għamel il-Bniedem Eżemplari u Perfett tagħna fil-ministeru tiegħu. Dan huwa l-eżempju li huwa tana, hekk kif stedinna biex nimxu warajh.

Leon Parson will be doing a painting of President Oaks and has requested photos of President Dallin H. Oaks as reference
President Dallin H. Oaks
Il-profeta u l-president tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien

Komunità ta’ Fidi Ffukata fuq Ġesù Kristu

Church members talking in a chapel.

X’għandek Tistenna fil-Knisja

Il-Knisja hija refuġju mill-kaos tal-ħajja ta’ kuljum—post fejn tista’ tqim lil Alla ma’ fidili oħra li qed jippruvaw ikunu aktar bħal Ġesù. Aħna nieħdu pjaċir ħafna jekk int iżżurna!

X’Għandek Tistenna fil-Knisja
A young woman studies the scriptures.

It-Twemmin Tagħna

Il-qofol tat-twemmin kollu tagħna hu Alla u Ġesù Kristu. Tgħallem aktar dwar dak li nemmnu fih u kif dak it-twemmin fundamentali jista’ jispirak biex timxi wara s-Salvatur.

Sir Afna
A married couple smiles at each other as they carry their children into the chapel.

Sir Afna

Issib membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien madwar id-dinja kollha. Aħna l-ħbieb u l-ġirien tagħkom li naħdmu flimkien biex nippruvaw nagħmlu d-dinja post aħjar.

Learn more

Ikseb l-aħħar aħbarjiet mill-Knisja.

Qed iseħħu ħwejjeġ tajbin madwar id-dinja. Ikseb aġġornamenti kurrenti dwar proġetti, avvenimenti, sforzi ta’ solliev f’każ ta’ diżastri, u aktar.

Żur l-Aħbarijiet
Sib Knisja
Viċin Tiegħek
Iltaqa’ mal-Missjunarji Studja il-Ktieb ta’ Mormon