Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Awissu 2016
Flimkien Nieħdu Ħsieb il-Familji Tagħna
Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu sabiex tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom. Li jkollkom għarfien ta’ “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja” kif jista’ dan iwassalkom biex tkabbru l-fidi tagħkom f’ Alla u tbierku lil dawk li intom responsabbli għalihom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.
Fidi, Familja, Għajnuna
“Raġel u mara miżżewġin għandhom ir-responsabbiltà solenni li jħobbu u jieħdu ħsieb ta’ xulxin u ta’ wliedhom.”1 “Id-dar għandha tkun laburatorju ta’ mħabba u servizz ta’ Alla,” qal il-President Russell M. Nelson, il-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.
“Missierna tas-Smewwiet irid li l-irġiel u n-nisa miżżewġin ikunu fidili lejn xulxin u jirrispettaw u jittrattaw lil uliedhom bħala wirt mill-Mulej.”2
Fil-Ktieb ta’ Mormon, Ġakobb qal li l-imħabba li l-irġiel miżżewġa kellhom għal marthom, l-imħabba li n-nisa miżżewġin kellhom għal żwieġhom, u l-imħabba li t-tnejn li huma kellhom għal uliedhom kienet fost waħda mir-raġunijiet li fi żmien partikolari l-Lamaniti kienu aktar twajbin min-Nefiti (ara Jacob 3:7).
Waħda mill-aħjar modi kif nistiednu l-imħabba u l-armonija fi djarna hi billi nkellmu bil-ħlewwa lill-membri tal-familja tagħna. Id-diskors ħelu jressaq l-Ispirtu s-Santu. Sister Linda K. Burton, il-president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, talbitna nikkunsidraw: “Kemm-il darba, intenzjonalment, aħna ‘intennu kliem ħelu lil xulxin’?”3
Skrittura Addizzjonali
Stejjer Ħajjin
Il-Presbiteru D. Todd Christofferson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qasam esperjenza ta’ meta kien tifel li għallmitu dwar l-importanza ta’ familja li taf tħobb. Meta hu u ħutu s-subien kienu għadhom tfal, ommhom għamlet operazzjoni minħabba l-kanċer li kkawżatilha uġigħ li beda jagħmilha diffiċli li hi tuża driegħha tal-lemin. B’ familja magħmula minn subien, kien ikollha ħafna ħwejjeġ x’tgħaddi, iżda waqt li kienet tkun qed tgħaddi, l-omm spiss kienet tmur tibki fil-kamra tas-sodda sakemm jgħaddilha l-uġigħ.
Meta missier il-Presbiteru Christofferson induna x’ kien qed jiġri, huwa bil-moħbi għamel kważi sena nieqes mill-ikel biex ifaddal biżżejjed flus ħalli jixtri magna li kienet tagħmilha aktar faċli biex hija tgħaddi l-ħwejjeġ. Minħabba l-imħabba li kellu lejn martu, huwa ta’ eżempju lil uliedu ta’ kif tieħu ħsieb lill-familja. Dwar din ir-relazzjoni mill-aktar ħelwa, il-Presbiteru Christofferson qal, “Dak iż-żmien ma kontx naf dwar is-sagrifiċċju li kien qed jagħmel missieri u l-att ta’ mħabba tiegħu lejn ommi, iżda issa li naf, ngħid lili nnifsi, ‘Dak raġel tassew.’”4
© 2016 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/16. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/16. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, August 2016. Maltese. 12868 159
Ikkunsidra Dan
Kif nistiednu l-Ispirtu fi djarna meta aħna nħobbu u nieħdu ħsieb xulxin?