Messaġġ tal-Tagħlim taż-Żjajjar, Lulju 2016
Il-Potenzjal Tagħna li Nkunu Ġenituri
Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu sabiex tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom. Li tifhmu “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja” kif jista’ jwassalkom biex tkabbru l-fidi tagħkom f’ Alla u tbierku lil dawk li intom responsabbli tagħhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.
Fidi, Familja, Għajnuna
“Kien essenzjali li l-ulied spirtu ta’ Alla jitwieldu fil-mortalità u jkollhom opportunità li jibqgħu mexjin ’il quddiem lejn il-ħajja eterna,” għallem il-Presbiteru Dallin H. Oaks tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. “Fid-dawl tal-għan aħħari tal-pjan il-kbir ta’ ferħ, jien nemmen li t-teżori aħħarija tagħna fid-dinja u fis-smewwiet huma wliedna u wlied uliedna.”1
Il-Presbiteru Neil L. Andersen tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qal:
“Aħna nemmnu fil-familji u nemmnu fit-tfal. …
“‘… Alla qal lil Adam u Eva, nisslu u oktru, u imlew l-art’ [Ġenesi 1:28]. …
“Dan il-kmandament ma ġiex minsi jew ġie mwarrab mill-Knisja ta Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem.”2
Minkejja li mhux kollha kemm aħna nsiru ġenituri f’ din il-ħajja, aħna nistgħu nieħdu ħsieb it-tfal ta’ kull età. Aħna ngawdu l-barkiet li nagħmlu parti mill-familja ta’ Missierna tas-Smewwiet u aħna nesperjenzaw il-ferħ u l-isfidi bħala parti minn familja fid-dinja. U għal ħafna, li tkunu ġenituri hi xi ħaġa li qed tistennikom fl-eternitajiet.
Skrittura Addizzjonali
Salm 127:3; Mattew 18:3–5; 1 Nephi 7:1; Moses 5:2–3
Stejjer Ħajjin
“Illum bosta ilħna fid-dinja jnaqqsu mill-importanza li jkollok it-tfal jew jissuġġerixxu li tħallu ż-żmien jgħaddi jew tillimitaw in-numru ta’ tfal fil-familja,” qal il-Presbiteru Andersen. “M’ilux uliedi l-bniet għamluli referenza għal blog miktub minn omm Kristjana (mhux tat-twemmin tagħna) li għandha ħamest ulied. Hija kummentat: ‘Għalina li qed ngħixu f’ din il-kultura, hija diffiċli ħafna li jkollna perspettiva bibblika dwar l-irwol ta’ omm. … L-importanza tat-tfal tiġi ferm wara l-istudju. Wara l-ivvjaġġar mad-dinja bħala divertiment. Wara l-abbiltà li toħroġ filgħaxija fejn u kif jogħġbok. Wara li tintona ġismek fil-ġim. Wara xi impjieg li jista’ jkollok jew li tittama li jkollok.’ Imbagħad kompliet: ‘Li tkun omm mhuwiex passatemp, huwa sejħa. Intom ma ġġemmgħux it-tfal għax tarawhom aktar ħelwin mill-bolol. Mhux xi ħaġa li tistgħu tagħmlu jekk taħsbu li tistgħu ssibu l-ħin għaliha. Hija dik il-ħaġa li minħabba fiha Alla tagħkom il-ħin.’”3
© 2016 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/16. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/16. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, July 2016. Maltese. 12867 159
Ikkunsidra Dan
B’liema mod il-familja tagħna fid-dinja tixbah lill-familja tagħna fis-smewwiet?