Helmuth Hübener
Helmuth Günther Hübener (1925–42), membru tal-Knisja f’Hamburg, il-Ġermanja, kien l-iżgħar persuna tar-reżistenza Ġermaniża kontra n-Nazismu li ngħatat is-sentenza tal-mewt fuq l-ordni tal-Qorti tal-Poplu Speċjali (Volksgerichtshof) f’Berlin. Mill-bidu tal-1941, Hübener ipproduċa serje ta’ fuljetti anti-Nażiżti li kienu jinkludu l-kummentarju politiku tiegħu u traskritti tax-xandiriet tar-radju tal-Alleati. Bl-għajnuna ta’ żgħażagħ oħra, huwa qassam dawn il-fuljetti ma’ Hamburg kollu. Fi Frar 1942, il-Qorti sabet lil Hübener ħati ta’ “konġura biex jitwettaq tradiment għoli u ta’ sapport tal-għadu li jwassal għal tradiment” u ordnat l-esekuzzjoni tiegħu; it-tribunal ikkundanna wkoll lit-tliet ħbieb tiegħu Rudolf Wobbe, Karl-Heinz Schnibbe, u Gerhard Düwer li “semgħu stazzjon tar-radju barrani u li xerrdu aħbarjiet ta’ radju barrani.” Hübener ingħata s-sentenza tal-mewt fl-età ta’ 17-il sena, tmien xhur wara. Wobbe, Schnibbe, u Düwer ġew issentenzjati għal xogħol iebes u baqgħu fil-kampijiet tal-priġunieri sa tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.
Hübener twieled Hamburg fl-1925. Ommu, Emma Guddat Kunkel, mara xebba, ħadmet biex tkun tista’ trabbi lil Helmuth u lil żewġ ħutu kbar, Hans u Gerhard. Riżultat ta’ dan, Helmuth u ħutu qattgħu l-parti kbira taż-żgħożija tagħhom man-nanna tagħhom, Wilhemine Sudrow, li kienet tgħix fil-qrib. Fl-1939, Emma żżewġet lil Hugo Hübener, ħaddiem tal-kostruzzjoni u membri tal-Partit tan-Nazi, li iktar tard adotta lil Helmuth. Ir-raġel il-ġdid ta’ Emma ma kienx iħobb il-Knisja, u, probabbilment biex togħġbu, l-attività tagħha naqset wara ż-żwieġ tagħhom. Helmuth u ħutu, madanakollu komplew jattendu l-knisja man-nanna tagħhom.
L-istess bħall-ġirien tagħhom, bosta Qaddisin tal-Aħħar Żmien Ġermaniżi għall-ewwel kellhom it-tama fil-wegħdiet tal-Partit Nazista ta’ stabbiltà ekonomika ġdida u ta’ kburija nazzjonali aqwa. Xi membri tal-Knisja ngħaqdu mal-partit filwaqt li oħrajn opponew ir-reġim b’mod attiv. Kien hemm oħrajn li baqgħu newtrali. Helmuth Hübener ra b’għajnejh stess dan l-ispettru ta’ partiċipazzjoni fi ħdan il-partit. Il-president tal-fergħa tiegħu, Arthur Zander, kien membru fil-Partit Nazista li kien iġiegħel lill-membri biex jisimgħu x-xandiriet fuq ir-radju mill-partit, hedded li jirrapporta membri dwar attivitajiet anti-governattivi, u, fl-1938, waħħal tabella fuq il-bieb tad-dar tal-laqgħat li tgħid li l-Lhud ma kinux milqugħin. Xi ftit membri kienu jattendu l-laqgħat tal-Knisja bl-uniformi militari Nazista u bl-uniformi tas-servizz ċivili. Min-naħa l-oħra, Otto Berndt, il-president tad-distrett ta’ Hamburg, kien jippriedka minn fuq il-pulptu kontra l-politika tal-gvern, bil-moħbi inkuraġġixxa r-reżistenza tal-membri, u spiss kien jakkumpanja l-ikkonvertiti Lhud. Għalkemm Hübener għall-ewwel ipparteċipa fil- Jungvolk (il-grupp, organizzat min-Nazisti, għat-tfal li kienu għadhom żgħar wisq biex jingħaqdu fiż-Żgħażagħ ta’ Hitler), huwa biż-żmien ċaħad l-ideoloġija tal-partit.
Fir-rebbiegħa tal-1941, Hübener skopra radju ta’ frekwenza baxxa li kien ta’ ħuh, u kien joqgħod jisma’n l-aħbarjiet ta’ billejl li kienu jxandru l-British Broadcasting Corporation (BBC)—reat taħt il-liġi Nazista. Xi drabi, kienu jingħaqdu miegħu tnejn minn sħabu tal-knisja, Karl-Heinz Schnibbe u Rudolf (Rudi) Wobbe. Hübener ma damx biex beda jipproduċi fuljetti anti-Nazisti li kien ikollhom informazzjoni meħuda mix-xandiriet flimkien ma’ kummentarju. Bl-uża ta’ karti saħħara u żewġ tajprajters li ssellef mill-fergħa, Hübener kien jagħmel kopji ta’ dawn il-fuljetti, li hu, Schnibbe, and Wobbe kienu jwaħħlu mat-tabelli tal-bulettin tal-Partit Nazista, kienu jxerrdu fit-toroq, u jimpostjaw fil-posta tan-nies. Ma damx wisq Hübener biex qabbad bosta żgħażagħ oħrajn biex jgħinuh. Gerhard Düwer, li kien jaħdem fl-Awtorità Soċjali ta’ Hamburg (Sozialbehörde), fejn hu u Hübener kienu apprendisti, għen ħafna biex tikber id-distribuzzjoni. Permezz ta’ kuntatt mhux magħruf, Hübener irranġa wkoll biex stampatur fi Kiel jibda jikkopja l-fuljetti f’numru kbir. Għal 10 xhur sħaħ, Hübener pproduċa serje ta’ fuljetti li kienu jisfidaw ir-rettorika tal-partit u jikkontestaw t-tagħrif uffiċjali dwar il-gwerra. Kien ukoll jikkritika b’mod dirett lil uffiċjali tal-partit. Il-Führer “se jibgħat eluf sħaħ minkom fin-nirien sabiex itermm ir-reat li huwa beda,” kiteb Hübener f’wieħed mill-fuljetti. “Eluf sħaħ minn fost in-nisa u t-tfal tagħkom se jsiru romol u orfni. U dan kollu għalxejn!”
Fi Frar tal-1942, aġenti tal-Gestapo arrestaw lil Hübener, Wobbe, Schnibbe, u Düwer fuq akkużi ta’ reati varji taħt il-liġi Nazista, inkluż “konġura biiex jitwettaq tradiment għoli.” Fil-11 ta’ Awwissu, matul ġuri li dam ftit iktar minn disa’ sigħat, l-erbgħa li huma dehru quddiem il-Qorti tal-Poplu Speċjali f’Berlin, magħmul minn tliet membri. L-erbgħa li huma nstabu ħatjin. Lil Hübener qatagħuhielu għall-mewt, filwaqt li Wobbe, Schnibbe, u Düwer ġew issentenzjati għal min 4 sa 10 snin xogħol iebes fil-kampijiet. Hübener ngħata s-sentenza tal-mewt bil-giljottina fis-27 ta’ Ottubru, 1942.
Il-Ħajt ta’ Tifkira f’Gedenkstätte Plötzensee f’Berlin, fejn Hübener ingħata s-sentenza tal-mewt.
Ftit wara li Hübener ġie arrestat, il-president tal-fergħa Arthur Zander kiteb “skomunikat” fuq ir-reġistru ta’ sħubija ta’ Helmuth. Madanakollu, il-president tad-distrett Otto Berndt irrifjuta li jagħti l-firma tiegħu meħtieġa biex din l-azzjoni tkun approvata. Anton Huck, membru fil-presidenza tal-Missjoni Ewropea, ipprova t-tieni firma. Bosta mexxejja tal-Knisja wara qalu li kellhom l-intenzjoni li jiddistakkaw il-Knisja minn Hübener biex jipproteġu lill-Qaddisin tal-Aħħar Żmien mill-korla tal-uffiċjali Nazisti. Meta t-Tieni Gwerra Dinjija ġiet fi tmiemha, Hübener, issa mejjet, ġie mdaħħal mill-ġdid fil-Knisja u, fl-1948, ingħata l-ordinanzi tat-tempju bi prokura.
Fis-snin ta’ wara l-Gwerra, Helmuth Hübener ġie mfakkar għar-reżistenza tiegħu kontra r-reġim Nazist. Kien hemm wirjiet biex ifakkruh fi skola vokazzjonali f’Hamburg, fit-Tifkira tar-Reżistenza Ġermaniża f’Berlin, u fil-Ħabs ta’ Plötzensee, fejn Hübener ingħata l-mewt. Barra minn hekk, hemm ċentru taż-żgħażagħ, skola, u żewġ toroq f’Hamburg li jġibu ismu. Sa mis-snin 40, gruppi politiċi, soċjali, u reliġjużi organizzaw bosta ċelebrazzjonijiet fit-8 ta’ Jannar (għeluq sninu) u fis-27 ta’ Ottubru (id-data tal-esekuzzjoni tiegħu) biex jikkommemoraw l-erojiżmu tiegħu. Fit-8 ta’ Jannar, 2020, skola f’ċentru ta’ detenzjoni ġovanili viċin il-Ħabs ta’ Plötzensee ġiet imsemmija f’ġieħ Hübener.
Suġġetti relatati: Ġermanja, It-Tieni Gwerra Dinjija