Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ
Jiena Dixxiplu ta’ Ġesù Kristu
Jannar 2024


“Jiena Dixxiplu ta’ Ġesù Kristu,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Jan. 2024.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Jannar 2024

Jiena Dixxiplu ta’ Ġesù Kristu

Tista’ ssegwi lis-Salvatur u xerred il-kelma Tiegħu ma’ ħaddieħor.

Immaġni
Logo tat-Tema taż-Żgħażagħ 2024

Qatt ħsibt għaliex, wara li fejjaq lin-nies, Ġesù qal lil xi wħud minnhom biex ma jgħidu lil ħadd (ara Mark 7:36)? Raġuni waħda jistaʼ jkollha x’taqsam mat-tip ta’ segwaċi li kellu bżonn. Forsi taħseb li jekk in-​nies jitkellmu dwar il-​fejqan tagħhom ikun mod tajjeb għal Ġesù biex jattira segwaċi. Madankollu, Ġesù ma kellux bżonn biss segwaċi. Huwa kellu bżonn dixxipli.

Ġesù qal lil Pietru u Indrì, “Imxu warajja” (Mattew 4:19). It-Traduzzjoni ta’ Joseph Smith tikkjarifika dan il-vers, “Jien dak li dwaru hemm miktub mill-profeti; imxi warajja” (Joseph Smith Translation, Matthew 04:18 [f’Mattew 04:19, nota f’qiegħ il-paġna a]). L-istedina kienet li ma joqogħdux miegħu għal xi żmien. Hu riedhom ikunu d-dixxipli tiegħu għal dejjem.

Hu ma riedx biss li jaraw lilu jgħallem lin-nies, iħobb lin-nies, u jagħmel mirakli. Ried li huma jagħmlu l-istess. Ried li l-ħidma Tiegħu ssir ix-xogħol tagħhom. Li jagħżlu lil Kristu kien ifisser li kienu jitgħallmu jservu kif serva Hu u jaħsbu kif ħaseb Hu. Kienu jipprattikaw l-għajxien kif kien jgħix Hu, u Hu kien jgħallimhom u jagħtihom l-għajnuna li kellhom bżonn biex isiru aktar jixbhuh.

Immaġni
Ġesù Kristu

Il-kelma Griega għal dixxiplu hija mathetes. Din tfisser aktar minn segwaċi jew student. Ħafna drabi tiġi tradotta bħala apprendist. Fi żmien Kristu, id-​dixxipli tipikament għażlu lill-​imgħallem li minnu riedu jitgħallmu bil-ħsieb li jsiru mgħallmin huma stess. Kristu ma mexiex wara l-prattika tipika. Huwa dawwarha u minfloku fittex lid-dixxipli tiegħu. Illum, Kristu jitlobna biex nersqu lejh. Huwa jsejħilna biex inkunu dixxipli tiegħu u niddikjaraw il-kelma tiegħu fost il-poplu tiegħu sabiex huma jkollhom il-ħajja ta’ dejjem (ara 3 Nefi 5:13).

Żagħżugħa minn Ħaiti fil-Karibew uriet ix-xewqa tagħha li tkun dixxiplu ta’ Kristu billi stiednet lill-ħabiba tagħha li ma kinitx membru tal-Knisja biex tiġi magħha għal konferenza ta’ GĦSŻ. Għall-ewwel missier ħabibtha ma riedx jagħti permess lil bintu biex tmur. Il-mexxejja tal-Knisja spjegaw dwar l-esperjenzi pożittivi li kienu qed jistennewha u dwar il-konsulenti żgħażagħ adulti li ħa jkunu qed iħarsuha. Il-missier ta permess biex bintu tattendi, u wara li ra d-differenza li għamlet f’ħajjitha, taha wkoll il-permess biex tattendi l-laqgħat tal-Knisja u—sitt xhur wara—biex titgħammed.

Żagħżugħ mill-Arġentina fl-Amerika t’Isfel wera x-xewqa tiegħu li jkun dixxiplu taʼ Kristu billi qasam ftit mill-ħelu tiegħu mal-ħabib hekk kif kienu jirkbu l-karozza tal-linja lejn l-iskola. Meta wasal għal biċċa li kellha togħma ta’ kafè, spjega li qatt ma tegħem dik it-togħma peress li ħadd fil-familja tiegħu ma kien qatt xorob kafè. Dan wassal għal konverżazzjoni dwar il-Knisja, li wasslet għal stedina biex jiġu għal-laqgħat, li eventwalment wasslet biex ħabib tiegħu jingħaqad mal-Knisja u jaqdi l-missjoni tiegħu fiċ-Ċili.

Mhux kull min tkellem dwar il-Knisja jew tistieden għal attività tal-Knisja se jkun irid jingħaqad. Kollox SEW. Lanqas dawk kollha li kellem Kristu waqt il-ministeru tiegħu fuq l-art ma ngħaqdu miegħu. Xorta waħda, hekk kif nagħżlu li nkunu dixxipli ta’ Ġesù Kristu u niddikjaraw il-kelma tiegħu, Hu se jagħtina kuraġġ u għajnuna divina. Aħna se nitgħallmu kif insiru aktar bħalu, u dan huwa dak li jagħmlu d-dixxipli.