F’dan l-avviż, aħna, il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien u l-entitajiet tagħha, nipprovdulkom informazzjoni dwar kif aħna nipproċessaw id-dejta personali tagħkom. Meta nirreferu għal “aħna,” jew “tagħna,” inkunu qed infissru l-Knisja u entitajiet tal-Knisja.
1. Min jikkontrolla d-dejta personali tagħkom?
Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien taġixxi permezz tar-rappreżentanti tagħha u permezz tal-entitajiet tal-Knisja meta aħna nipproċessaw id-dejta personali tagħkom. Meta intom taqsmu d-dejta personali magħna, intom tkunu qed taqsmuha mal-Knisja permezz ta’ entitajiet tal-Knisja.
a. Il-Knisja: Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien (il-“Knisja”) hija komunità ta’ nies li jemmnu l-istess duttrina reliġjuża, li jipprattikaw l-istess riti u ordinanzi reliġjużi, u li huma mmexxija mill-istess prinċipji ekkleżjastiċi. Il-units lokali tal-Knisja, bħall-oqsma, il-fergħat, l-utied, id-distretti, il-missjonijiet, u r-reġjuni huma sempliċiment suddiviżjonijiet ta’ din il-komunità ta’ nies li jemmnu u mhumiex entitajiet legali separati; eċċezzjonijiet limitati japplikaw.
b. Entitajiet tal-Knisja: Sabiex tkun tista’ tissodisfa ċerti bżonnijiet relatati ma’ affarijiet temporali u twettaq ċerti għanijiet oħra tal-Knisja, hawn struttura legali magħmula minn għadd ta’ entitajiet legali distinti sabiex tassisti lill-Knisja madwar id-dinja. Dawn l-entitajiet legali distinti (hawnhekk “entitajiet tal-Knisja”) huma legalment separati mill-Knisja. Waħda minn dawk l-entitajiet tal-Knisja, Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, korporazzjoni waħdanija minn Utah, flimkien ma’ entità tal-Knisja jew entitajiet oħra tal-Knisja, tipproċessa d-dejta personali tagħkom bħala nies responsabbli li jiġbru d-dejta flimkien. Xi entitajiet tal-Knisja jistgħu jirċievu dejta personali bħala proċessuri tad-dejta biex jipprovdu servizzi lil dawk l-entitajiet tal-Knisja li jaġixxu bħala kontrolluri tad-dejta. Fuq talba tagħkom, aħna nipprovdulkom informazzjoni dwar liema entitajiet tal-Knisja jipproċessaw id-dejta personali tagħkom.
2. Aħna x’dejta personali niġbru?
Aħna niġbru dejta personali li (a) intom b’mod attiv tissottomettu lilna, (b) aħna nirreġistraw, u (ċ) niksbu minn terzi persuni. Aħna nistgħu nipproċessaw id-dejta personali tagħkom kemm b’ mezzi awtomatiċi kif ukoll mingħajrhom, inkluż ġabra, reġistrazzjoni, organizzazzjoni, strutturar, ħażna, adattament jew alterazzjoni, analiżi, irkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar permezz ta’ trasmissjoni jew tixrid jew inkella għaliex tkun disponibbli, permezz ta’ allinjament jew kombinazzjoni, restrizzjoni, tħassir, jew distruzzjoni tad-dejta personali tagħkom.
a. Dejta sottomessa b’mod attiv. Intom tissottomettu d-dejta personali lilna meta intom tissieħbu mal-Knisja, tfittxu l-ordinanzi tal-Knisja, tagħmlu talba għal xi materjal tal-Knisja, titolbu aċċess għal għodod jew servizzi tal-Knisja, jew tingaġġaw ruħkom f’interazzjonijiet jew komunikazzjoni oħra fi ħdan il-Knisja. Meta intom tinteraġixxu ruħkom fil-Knisja, aħna ġeneralment nipproċessaw l-isem, id-data tat-twelid, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-imejl, l-indirizz postali, ir-ritratt, is-sess, l-informazzjoni dwar donazzjoni/ħlas, eċċ. Intom tistgħu tipprovdulna aktar informazzjoni biex tipparteċipaw minn jeddkom f’sondaġġi, kompetizzjonijiet, jew attivitajiet jew avvenimenti oħra, inkluż meta intom tieħdu sehem f’rikordings bil-vidjo jew bl-awdjo, bħal meta tużaw it-teknoloġija tal-konferenza bil-vidjo. Il-parteċipazzjoni f’sondaġġi, kompetizzjonijiet, jew xi attivitajiet simili mhijiex obbligatorja. Jekk ma tixtiqux tipparteċipaw, jew tipprovdu dejta personali b’konnessjoni ma’ dawn l-attivitajiet, dan ma jaffettwax l-istatus tas-sħubija tagħkom jew l-abbiltà li intom tużaw l-għodod jew is-servizzi tal-Knisja. F’każijiet bħal dawn, intom tkunu tafu x’dejta personali tkunu pprovdejtulna għaliex intom b’mod attiv u minn jeddkom tkunu ssottomettejtu d-dejta.
B. Dejta li aħna niksbu minn terzi persuni u dejta sottomessa b’mod passiv. Meta l-liġi lokali tippermetti, intom tistgħu tissottomettu dejta personali, inkluż dettalji ta’ kuntatt ta’ xi ħadd ieħor (fi kliem ieħor, terza persuna) biex aħna nkunu nistgħu nagħmlu kuntatt ma’ dik il-persuna, inwasslulha xi ħaġa, jew inkella nwieġbu għat-talba tagħkom. Meta intom tipprovdu dejta personali dwar xi ħadd ieħor, l-ewwel intom għandkom tiksbu l-kunsens infurmat tal-persuna l-oħra jekk ikun legalment meħtieġ il-kunsens tagħha.
Jekk intom jew xi ħadd ieħor ikun ipprovdielna informazzjoni dwar il-kuntatt personali tagħkom u intom titolbu li aħna ma nagħmlux aktar kuntatt magħkom, jekk jogħġobkom segwu l-proċeduri biex ittemmu s-sottoskrizzjoni jew il-parteċipazzjoni tagħkom, li tistgħu ssibu fuq is-sit speċifiku, fuq il-bullettin jew billi tibagħtulna ijmejl jew tagħmlu kuntatt magħna f’ www.ChurchofJesusChrist.org/DataPrivacy.
Aħna nistgħu nipproċessaw u nagħmlu disponibbli pubblikament dejta personali miksuba minn sorsi ppubblikati. Aħna nistgħu nipproċessaw u nippubblikaw informazzjoni reali skont il-liġijiet lokali applikabbli.
L-informazzjoni tagħkom ibbażata b’mod lokali tista’ tiġi aċċessata permezz ta’ applikazzjonijiet fuq il-mowbajl għal għanijiet biex jgħinuk issib l-aktar tempju jew dar tal-laqgħat viċin jew għal xi raġunijiet simili. Intom tkunu tistgħu teditjaw is-settings fuq l-apparat tagħkom biex toħorġu mis-servizzi bbażati lokalment.
Meta intom iżżuru xi wieħed mir-riżorsi tagħna, is-servers tagħna (li jużaw log fajls jew is-sistemi tal-filtrazzjon) jafu jiġbru ċerta informazzjoni li l-web brawżer tagħkom jibgħat kull darba li intom iżżuru xi sit. Din l-informazzjoni tista’ tinkludi, fost affarjiet oħra, l-indirizz tal-Internet Protokol tiegħek (indirizz tal-IP), it-tip ta’ brawżer, is-sistema operattiva, il-lingwa ppreferita, xi paġni fuq l-internet li inti tkun żort qabel dħalt fis-sit tagħna, id-data u l-ħin ta’ kull żjara, informazzjoni li inti fittixt fuqha fuq is-siti tagħna, u xi informazzjoni oħra miġbura mill-kukijs jew minn teknoloġija simili. Jekk jogħġobkom irreferu għall-għodda Cookie Preferences (“Cookies Tool”) li ssibu fuq kull waħda mill-applikazzjonijiet u website tagħna biex titgħallmu aktar dwar il-kukis, inkluż it-tip ta’ kukis u biex tispeċifikaw liema kukis nużaw. Madankollu, jekk intom ma taċċettawx il-kukis, ma tkunux tistgħu tużaw ċerti sezzjonijiet jew funzjonijiet tas-siti jew tal-applikazzjonijiet tagħna, kif hu spjegat fil-Cookies Tool.
3. Għal-liema skop aħna nipproċessaw id-dejta personali?
Aħna nipproċessaw id-dejta personali għal skopijiet ekkleżjastiċi, ta’ ġenealoġija, umanitarji, welfer soċjali, missjunarji, tagħlim, u għal skopijiet oħra operazzjonali u amministrattivi.
Aħna nużaw id-dejta personali biex inkunu nistgħu nipprovdu ċerti servizzi ekkleżjastiċi u servizzi oħrajn relatati biex inwettqu l-missjoni tal-Knisja. Aħna nistgħu nużaw u nanalizzaw id-dejta personali (inkluż dejta dwar kif tużaw l-għodda u s-servizzi tagħna) biex (a) nagħmlu kuntatt magħkom jew ma’ ħaddieħor, (b) noħolqu u nżommu r-reġistri tas-sħubija, (ċ) nieħdu ħsieb it-talbiet li intom tagħmlu, (d) infittxu li niksbu r-rispons volontarju tagħkom, (e) nippersonalizzaw il-kontenut tal-għodda u tas-servizzi tagħna, (f) nevalwaw l-eliġibbiltà biex wieħed jipparteċipa f’ordinanzi tat-tempju jew f’ordinanzi oħra, jipparteċipa f’servizz missjunarju, u għal pożizzjonijiet b’mod volontarju jew ta’ tmexxija, jew (g) namministraw l-edukazzjoni reliġjuża tal-Knisja, il-welfer, jew xi programmi oħra tal-Knisja. F’dan il-kuntest, il-bażi legali biex aħna nipproċessaw id-dejta personali tagħkom hija jew in-neċessità biex aħna nwettqu ċerti obbligi kuntrattwali jew obbligi oħrajn li aħna għandna lejkom jew inkella t-twettiq tal-attivitajiet leġittimi tagħna bħala knisja.
Aħna nafu nużaw ukoll id-dejta tagħkom biex inkunu konformi mal-liġijiet applikabbli u biex neżerċitaw drittijiet legali bħala l-bażi għall-ipproċessar tad-dejta.
Aħna nafu wkoll nużaw id-dejta personali tagħkom għal skopijiet interni, fosthom awditjar, analiżi tad-dejta, soluzzjoni għal problemi tas-sistema, u riċerka. F’dawn il-każijiet, aħna nibbażaw l-ipproċessar tagħna fuq interessi leġittimi waqt li nkunu qed inwettqu l-attivitajiet tal-Knisja.
4. Ma’ min aħna naqsmu d-dejta personali?
Aħna naqsmu d-dejta personali tagħkom ma’ persuni oħra f’dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:
a. Fornituri terza persuni. Aħna nafu wkoll nipprovdu dejta personali lil terzi persuni għall-ipproċessar tagħhom biex iwettqu ċerti funzjonijiet f’isimna bħala proċessuri tad-dejta (per eżempju, ipproċessar ta’ pagament, manutenzjoni, sigurtà, analiżi tad-dejta, ħosting, servizzi ta’ kejl, messaġġi permezz tal-midja soċjali li jġorru ċerta dejta, sondaġġi, eċċ). F’sitwazzjonijiet bħal dawn, skont dan l-Avviż u l-liġijiet applikabbli, il-fornaturi se jkunu kuntrattwalment meħtieġa li jipproteġu d-dejta personali minn ipproċessar addizzjonali (inkluż għal skopijiet ta’ marketing) u trasferiment.
b. Entitajiet tal-Knisja. Aħna nafu nagħmlu trasferiment ta’ dejta personali lejn xi entità tal-Knisja biex inwettqu l-għanijiet tal-Knisja.
L-informazzjoni ġenerali tas-sħubija tagħkom (jekk intom membri tal-Knisja) u xi informazzjoni oħra li mhijiex obbligatorja li intom tagħżlu li tipprovdu (per eżempju, indirizz tal-imejl u xi ritratt jew vidjo li intom tipprovdu jew li aħna nieħdu bil-permess tagħkom) nafu naqsmuhom mal-membri tal-Knisja fil-qasam, fil-fergħa, fil-wited jew fid-distrett tagħkom, jew ma’ xi parteċipanti oħra f’programm li intom tkunu qed tieħdu sehem fih, kif ikun neċessarju, għall-għanijiet tal-Knisja li semmejna qabel. Parti mill-informazzjoni tagħkom taf tkun viżibbli wkoll fuq bażi limitata u ristretta fuq ir-riżorsi tagħna fuq l-internet, inkluż ChurchofJesusChrist.org. Intom tafu tkunu tridu tagħżlu li ma taqsmux ċerta informazzjoni jew tillimitaw l-informazzjoni li mhijiex obbligatorja li intom taqsmu ma’ ħaddieħor billi timmodifikaw il-preferenzi tal-profil tagħkom fuq ir-riżorsi individwali jew billi tikkuntattjawna billi tużaw l-informazzjoni pprovduta hawn taħt.
ċ. Ħtiġijiet legali. Aħna nafu naċċessaw u naqsmu d-dejta personali, il-posts, il-kitba tad-djarju, ċets onlajn, in-noti personali, il-kontenut jew xi sottomissjonijiet oħra tagħkom lil kwalunkwe riżorsi jekk aħna nemmnu b’bona fidi li din hija ħaġa mitluba minħabba xi taħrika, permezz ta’ xi ordni ġudizzjarja jew amministrattiva, jew inkella għaliex nintalbu nagħmlu dan bil-liġi. Barra minn hekk, aħna nafu naqsmu l-informazzjoni personali tagħkom u xi informazzjoni oħra kif meħtieġa mil-liġi jew biex neżerċitaw jew niddefendu d-drittijiet legali; biex nieħdu ċerta prekawzjonijiet kontra l-liabiltà; biex nipproteġu d-drittijiet, il-propjetà, jew is-sigurtà tar-riżors ta’ xi individwu jew tal-pubbliku ġenerali; biex inżommu u nipproteġu s-sigurtà u l-integrità tas-servizzi jew tal-infrastruttura tagħna; biex nipproteġu lilna nfusna u s-servizzi tagħna minn użi frawdolenti, abbużivi, jew illegali; biex ninvestigaw u niddefendu lilna nfusna kontra pretensjonijiet jew allegazzjonijiet minn terza persuni; jew biex nassistu l-aġenziji governattivi dwar l-infurzar tal-liġi.
5. Aħna fejn nistorjaw id-dejta personali?
Aħna nafu nistorjaw id-dejta personali tagħkom f’ċentri tad-dejta fl-Istati Uniti, f’soluzzjonijiet ta’ ħażna fuq cloud, jew fil-bini tal-entitajiet tal-Knisja. Biex niżguraw l-adegwatezza tal-protezzjoni tad-dejta li aħna nittrasferixxu lejn ġurisdizzjonijiet oħra, aħna kkonkludejna ċertu ftehim dwar trasferiment u pproċessar tad-dejta bejn l-entitajiet rispettivi tal-Knisja u l-fornaturi ta’ servizz tagħhom, liema qbil jinkludi l-Klawsoli Kuntrattwali Standard approvati mill-Kummissjoni Ewropeja bi qbil mal-liġi tal-UE (li intom intitolati li taraw jekk tagħmlu kuntatt magħna kif huwa suġġerit fi tmiem dan l-Avviż).
6. Aħna kif nipproteġu d-dejta personali?
Aħna nużaw miżuri tekniċi u organizzati biex nipproteġu d-dejta personali li aħna nirċievu biex ma tiġix mitlufa, użata ħażin, jew mibdula mingħajr awtorizzazzjoni u biex nipproteġu l-konfidenzjalità tagħha. Aħna regolarment nagħtu ħarsa tal-proċeduri ta’ sigurtà tagħna u nikkunsidraw ċerti teknoloġiji u metodi ġodda xierqa relatati ma’ sigurtà. Aħna wkoll nużaw t-teknoloġija kurrenti tal-enkripxin biex nenkriptjaw it-trasmissjoni tad-dejta fuq il-paġni li aħna nillogjaw fihom. Madankollu, minħabba li aħna ma nistgħux niggarantixxu s-sigurtà sħiħa ta’ dawn it-teknoloġiji tal-enkriptin, jekk jogħġobkom oqogħdu attenti meta tissottomettu d-dejta personali onlajn.
7. Għal kemm żmien aħna nżommu d-dejta personali?
Aħna nżommu ċerta dejta personali li tkun miġbura għandna, inkluż dik li tinġabar permezz ta’ applikazzjonijiet tal-mowbajl jew xi sottomissjonijiet oħra, għal perjodu ta’ żmien raġjonevoli biex inwettqu l-għanijiet tal-ipproċessar imsemmija aktar ’il fuq. Imbagħad aħna narkivjawha għal perjodu ta’ żmien meħtieġ jew mitlub mil-liġi jew konsiderazzjonijiet legali. Meta ma jkunx aktar meħtieġ li aħna narkivjawha, aħna nħassru d-dejta personali mir-reġistri tagħna, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni limitata dwar profil storiku, reġistri ġeneoloġiċi ġenerali, u informazzjoni personali li aħna nżommu bħala parti minn reġistru ġeneoloġiku permanenti, reġistru tas-sħubija, jew reġistru storiku tal-Knisja.
8. Intom kif tistgħu taċċessaw u tikkoreġu d-dejta personali tagħkom?
Aħna naħdmu biex id-dejta personali li aħna nżommu tkun preċiża kemm jista’ jkun u niddependu fuqkom biex niżguraw li d-dejta personali tagħkom hija waħda kompluta u preċiża. Intom tafu titolbu aċċess għad-dejta personali tagħkom u tivverifikawha, tikkoreġuha, jew tirrettifikawha (inkluż taġġornawha), u timblokkaw id-dejta personali tagħkom permezz tar-reġistrazzjoni speċifika għall-websajt, permezz tal-profil tagħkom, jew permezz tal-Ekkawnt tal-Knisja tagħkom, kif applikabbli.
Jekk intom membri tal-Knisja, parti mid-dejta personali tagħkom tista’ tiġi aġġornata biss billi tagħmlu ċertu tibdil fir-reġistri tas-sħubija tagħkom tal-Knisja. Dan it-tip ta’ tibdil jista’ jsir billi tagħmlu kuntatt mal-iskrivan fil-unit tagħkom tal-Knisja u titolbuh jagħmel dan it-tibdil.
Intom tistgħu tagħmlu kuntatt magħna biex teżerċitaw ċerti drittijiet statutorji bħall-portabbiltà tad-dejta, biex toġġezzjonaw skont il-liġijiet applikabbli, minħabba restrizzjoni tal-ipproċessar, u biex tħassru d-dejta personali tagħkom. Intom ukoll għandkom id-dritt li tressqu xi ilment ma’ awtorità superviżorja.
Jekk intom tesperjenzaw xi problemi meta tiġu biex timmodifikaw jew taġġornaw id-dejta personali tagħkom, intom tistgħu tagħmlu kuntatt magħna kif suġġerit fi tmien dan l-Avviż.
9. Data effettiva u emendi effettivi.
Dan l-Avviż huwa b’effett mis-6 ta’ April, 2021 u jista’ jiġi emendat minn żmien għall-ieħor.
10. Agħmlu kuntatt magħna.
Mistoqsijiet dwar dan l-Avviż jew dwar is-sigurtà tad-dejta personali li aħna nipproċessaw jistgħu jintbagħtu permezz ta’ imejl, faks, jew posta:
Web: www.ChurchofJesusChrist.org/DataPrivacy
Faks: +1-801-240-1187
Indirizz: Data Privacy Office
50 East North Temple Street
Salt Lake City, UT 84150-0005
USA