Dak li Nemmnu

Tgħallem dwar il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien

Kulħadd merħba bih. Żur knisja viċin tiegħek.

Aħna komunità ffukata fuq Kristu, u nagħmlu mill-aħjar biex inħobbu u nservu lil oħrajn. Hawn post għalik hawnhekk.
Żur knisja viċin tiegħek.
People attending church and fellowshipping

Mistoqsijiet Komuni

Il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien huma Kristjani?

Iva! Bħala membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, aħna nemmnu li Ġesù Kristu huwa Iben Alla u s-Salvatur tad-Dinja. Huwa jħobbna lkoll aktar milli nistgħu nimmaġinaw. Aħna nikkunsidraw lilna nfusna dixxipli devoti ta’ Ġesù. Filwaqt li xi wħud mill-prinċipji tat-twemmin tagħna huma distinti, aħna nemmnu li, permezz ta’ ħajtu, tal-ministeru, tas-sagrifiċċju, u tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, Ġesù Kristu jsalvana mid-dnub, mis-sofferenza, u mill-mewt.

Tgħallem iżjed dwar it- twemmin tagħna.

Kif ikunu s-servizzi tal-Knisja?

Il-ħinijiet tas-servizz tal-knisja ivarjaw minn kongregazzjoni għall-oħra. Madanakollu, ibqa’ ċert li ħa ssib servizz wieħed ta’ qima għal kulħadd, segwit minn klassijiet għat-tfal, żgħażagħ, u adulti.

Is-servizz għal kulħadd huwa msejjaħ “laqgħa tas-sagrament.” Din il-laqgħa tikkonsisti f’innijiet, talb, u priedki (jew “diskorsi”) li jingħataw kull ġimgħa minn membri differenti tal-kongregazzjoni. Imma l-aktar parti importanti tal-laqgħa hija meta nieħdu s-sagrament (li hija simili għall-komunjoni) biex niftakru fis-Salvatur.

Tgħallem aktar dwar is-servizzi tal-Ħadd jew sib knisja viċin tiegħek.

Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien għalfejn għandha t-tempji?

GħaIl-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, tempju huwa differenti minn bini ieħor tal-Knisja. It-tempju huwa post fejn Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jirċievu struzzjoni speċjali dwar Alla u Ġesù Kristu. Fit-tempju, il-membri jagħmlu patti eterni (jew wegħdiet) ma’ Alla. Dan jinkludi wegħdiet li nżommu l-kmandamenti, ngħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, li nkunu fidili fiż-żwieġ, u li nagħmlu ħilitna biex nieħdu ħsieb xulxin billi naqsmu ma’ ħaddieħor dak li għandna.

Barra minn hekk, għaliex nemmu li l-familji huma għal dejjem, ħafna mill-ħidma li ssir ġewwa t-tempji hi bil-għan li r-rabta tal-familja ssir aktar b’ saħħitha. Iż-żwiġijiet fit-tempju jitwettqu biex idumu għal dejjem, mhux biss “sakemm il-mewt tifridkom.” Il-ġenituri u t-tfal isiru familji eterni fit-tempji. L-antenati jistgħu wkoll jirċievu l-barkiet kollha tat-tempju jekk xi ħadd iwettaq l-ordinanzi sagri f’isimhom u huma jaċċettaw dak l-att ta’ servizz. It-tempji huma postijiet mimlija attività!

X’inhu l-Ktieb ta’ Mormon?

Il-Ktieb ta’ Mormon huwa ktieb ta’ skrittura ispirata li jgħallimna dwar Alla u Ġesù Kristu. Jgħinna nirċievu direzzjoni għall-ħajja personali tagħna u jista’ jgħinna nħossuna aktar viċin ta’ Ġesù Kristu. Minn fejn ġej l-isem? Mijiet ta’ snin ilu fl-Amerki tal-qedem, profeta antik imsejjaħ Mormon ikkompila reġistru tal-poplu tiegħu. Huma ffaċċjaw ħafna mill-isfidi li niffaċċjaw aħna. U, eżatt bħalna, sabu l-qawwa meta daru lejn Ġesù Kristu. Ikseb introduzzjoni tal-Ktieb ta’ Mormon mill-missjunarji.

Il-Ktieb ta’ Mormon għandu jitqis mal-Bibbja bħala testment ieħor ta’ Ġesù Kristu u l-missjoni divina tiegħu bħala s-Salvatur u l-Feddej tad-dinja. Flimkien, il-Bibbja u l-Ktieb ta’ Mormon jipprovdu għarfien aħjar tal-imħabba kbira ta’ Alla għalina lkoll u jistgħu jgħinuna nersqu eqreb lejh.  

Tgħallem iktar dwar kif il-Bibbja u l-Ktieb ta’ Mormon jaħdmu flimkien.

Aħna nemmnu fil-Bibbja?

Iva. Il-Bibbja hija l-kelma ta’ Alla, volum sagru ta’ skrittura, u li nimxu wara t-tagħlim tagħha jwasslilna l-ferħ f’ħajjitna. Flimkien mal-Bibbja, aħna nsibu wkoll l-ispirazzjoni f’kotba oħra ta’ skrittura uniċi għall-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Huma jaħdmu lkoll flimkien biex jgħallmuna veritajiet importanti dwar Alla u Ġesù Kristu.

Tgħallem aktar dwar it-twemmin tagħna fil- Bibbja.

Segwi Aktar

Ikber fil-qrubija tiegħek lejn Alla. Iltaqa’ mal-missjunarji.

Iltaqa’ onlajn jew fiżikament. Aħna nwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek u nintroduċuk fil-komunità lokali tiegħek tal-knisja.

Sister missionaries

Messaġġ ta’ Tama

Ħafna ħwejjeġ meraviljużi ħa jseħħu fil-ġejjieni. Fil-jiem li ġejjin, se naraw l-akbar manifestazzjoni tal-qawwa tas-Salvatur li d-dinja qatt rat. Bejn issa u ż-żmien li fih Huwa jerġa’ lura “b’qawwa u bi glorja kbira,”(Joseph Smith-Matthew 1:36) Huwa se jsawwab numru bla għadd ta’ privileġġi, barkiet, u mirakli fuq il-fidili.
Official portrait of President Russell M. Nelson taken January 2018
Russell M. Nelson
Il-Profeta u l-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien

Komunità ta’ Fidi Ffukata fuq Ġesù Kristu

Four Corners: Primary Children
X’għandek Tistenna fil-Knisja
Il-Knisja hija refuġju mill-kaos tal-ħajja ta’ kuljum—post fejn tista’ tqim lil Alla ma’ fidili oħra li qed jippruvaw ikunu aktar bħal Ġesù. Aħna nieħdu pjaċir ħafna jekk int iżżurna!
Pacific, New Zealand, Stock Photos
It-Twemmin Tagħna
Il-qofol tat-twemmin kollu tagħna hu Alla u Ġesù Kristu. Tgħallem aktar dwar dak li nemmnu fih u kif dak it-twemmin fundamentali jista’ jispirak biex timxi wara s-Salvatur.
Pacific, Tonga, Stock Photos
Sir Afna
Issib membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien madwar id-dinja kollha. Aħna l-ħbieb u l-ġirien tagħkom li naħdmu flimkien biex nippruvaw nagħmlu d-dinja post aħjar.

Ikseb l-aħħar aħbarjiet mill-Knisja.

Qed iseħħu ħwejjeġ tajbin madwar id-dinja. Ikseb aġġornamenti kurrenti dwar proġetti, avvenimenti, sforzi ta’ solliev f’każ ta’ diżastri, u aktar.

Chile: Family Life
Sib Knisja
Viċin Tiegħek
Iltaqa’ mal-Missjunarji
Studja il-Ktieb ta’ Mormon